This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C/2026/00711
Notice of open competition – EPSO/AD/427/26 – Administrators (AD 5)
Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali — EPSO/AD/427/26 — Amministraturi (AD 5)
Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali — EPSO/AD/427/26 — Amministraturi (AD 5)
PUB/2026/71
ĠU C, C/2026/711, 5.2.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/711/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/711 |
5.2.2026 |
AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONI ĠENERALI
EPSO/AD/427/26 — Amministraturi (AD 5)
(C/2026/711)
Data ta’ skadenza għall-applikazzjoni: l-10 ta’ Marzu 2026 f’12.00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell
WERREJ
|
1. |
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI | 2 |
|
2. |
XI DMIRIJIET GĦANDI NISTENNA LI NWETTAQ? | 2 |
|
3. |
JIEN ELIĠIBBLI? | 2 |
|
3.1. |
Kundizzjonijiet ġenerali | 2 |
|
3.2. |
Kundizzjonijiet speċifiċi — lingwi | 2 |
|
3.3. |
Kundizzjonijiet speċifiċi — edukazzjoni u esperjenza | 2 |
|
4. |
KIF TIĠI ORGANIZZATA L-KOMPETIZZJONI? | 2 |
|
4.1. |
Ħarsa ġenerali lejn il-fażijiet tal-kompetizzjoni | 2 |
|
4.2. |
Lingwi użati f’din il-kompetizzjoni | 3 |
|
4.3. |
Fażijiet tal-kompetizzjoni | 3 |
|
4.3.1. |
Applikazzjoni | 3 |
|
4.3.2. |
Ittestjar | 4 |
|
4.3.3. |
Punteġġ tat-test u kontroll tal-eliġibbiltà | 5 |
|
4.3.4. |
Ħolqien tal-lista ta’ riżerva | 7 |
|
5. |
OPPORTUNITAJIET INDAQS U AKKOMODAMENT RAĠONEVOLI | 7 |
|
ANNESS I. |
Regoli ġenerali | 8 |
|
ANNESS II. |
Dmirijiet tipiċi | 16 |
|
ANNESS III. |
Eżempji ta’ kwalifiki minimi | 17 |
1. DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
|
(a) |
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO, European Personnel Selection Office) qiegħed jorganizza kompetizzjoni miftuħa, ibbażata fuq kwalifiki u testijiet, sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva li minnha l-istituzzjonijiet, il-korpi, u l-aġenziji tal-Unjoni Ewropea (UE) jistgħu jirreklutaw membri ġodda tas-servizz ċivili bħala “amministraturi” (bil-grad AD 5). |
|
(b) |
Dan l-avviż ta’ kompetizzjoni u l-annessi tiegħu inkluż Anness I “Regoli ġenerali”, jifformaw il-qafas legalment vinkolanti għal din il-kompetizzjoni. |
|
(c) |
L-EPSO jagħmel ħiltu biex juża lingwaġġ li juża ġens newtrali u inklużiv. Kull referenza għal persuna ta’ ġeneru speċifiku trid titqies li tikkostitwixxi wkoll referenza għal persuna ta’ kull ġeneru ieħor. |
|
(d) |
L-għadd previst ta’ kandidati li jirnexxu: 1490. |
2. XI DMIRIJIET GĦANDI NISTENNA LI NWETTAQ?
Ġentilment ara Anness II għall-informazzjoni dwar il-kompiti tipiċi li l-kandidati li jirnexxu mistennija jwettqu.
3. JIEN ELIĠIBBLI?
Il-kandidati jeħtieġ li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi ta’ eliġibbiltà (ara Taqsimiet 3.1 sa 3.3) sad-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor fit-Taqsima 3.3.
3.1. Kundizzjonijiet ġenerali
Il-kandidati jridu:
|
1) |
ikunu ċittadini ta’ wieħed mill-Istati Membri tal-UE u jgawdu d-drittijiet kollha bħala ċittadini; |
|
2) |
ikunu ssodisfaw kull obbligu impost fuqhom mil-liġijiet li jikkonċernaw is-servizz militari; u |
|
3) |
jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-karattru għat-twettiq tad-dmirijiet involuti. |
3.2. Kundizzjonijiet speċifiċi — lingwi
Il-kandidati jeħtieġ li jkollhom għarfien ta’ mill-inqas żewġ lingwi uffiċjali tal-UE kif previst fit-Taqsima 4.2.
3.3. Kundizzjonijiet speċifiċi — edukazzjoni u esperjenza
|
(a) |
Biex ikunu eliġibbli, il-kandidati jrid ikollhom livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji mitmuma ta’ mill-inqas 3 snin, iċċertifikati b’diploma mogħtija b’deċiżjoni meħuda mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2026. Ġentilment ara Anness III għal eżempji ta’ kwalifiki minimi. |
|
(b) |
Ma għandek bżonn l-ebda esperjenza professjonali. |
4. KIF TIĠI ORGANIZZATA L-KOMPETIZZJONI?
4.1. Ħarsa ġenerali lejn il-fażijiet tal-kompetizzjoni
Din il-kompetizzjoni tiġi organizzata fil-fażijiet li ġejjin:
|
— |
l-applikazzjoni (ara t-Taqsima 4.3.1), |
|
— |
l-ittestjar: testijiet ta’ raġunament, test tal-għarfien dwar l-UE, test tal-ħiliet diġitali, u essay liberu dwar kwistjonijiet tal-UE (“EUFTE, free-text essay on EU matters) (ara t-Taqsima 4.3.2), |
|
— |
il-punteġġ tat-test u l-kontroll tal-eliġibbiltà (ara t-Taqsima 4.3.3), |
|
— |
il-ħolqien tal-lista ta’ riżerva (ara t-Taqsima 4.3.4). |
4.2. Lingwi użati f’din il-kompetizzjoni
|
(a) |
Ir-Regolamenti tal-Persunal (1) jistipulaw li uffiċjal jista’ jkun appuntat biss bil-kundizzjoni li jipproduċi evidenza ta’ għarfien komplut ta’ waħda mil-lingwi tal-UE u għarfien sodisfaċenti ta’ lingwa oħra tal-UE sal-punt meħtieġ sabiex iwettaq id-dmirijiet tiegħu. |
|
(b) |
Għaldaqstant, f’din il-kompetizzjoni, kandidat irid ikollu għarfien sħiħ (livell minimu C1) ta’ waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE u għarfien sodisfaċenti (livell minimu B2) ta’ lingwa differenti li trid tintgħażel minn fost it-23 lingwa uffiċjali l-oħra tal-UE. Il-livelli minimi indikati hawn japplikaw għal kull kapaċità lingwistika (smigħ, qari, interazzjoni mitkellma, produzzjoni mitkellma, u kitba) mitluba fil-formola tal-applikazzjoni. Dawn il-ħiliet jirriflettu dawk tal-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi (2). |
|
(c) |
Għall-faċilità ta’ referenza, dawn il-lingwi jissejħu l-“lingwa 1” u l-“lingwa 2”. |
|
(d) |
Il-lingwi se jintużaw f’fażijiet differenti tal-kompetizzjoni kif indikat fit-Tabella 1. Tabella 1
|
|
(e) |
Il-kandidati se jkollhom jindikaw l-għażla tagħhom tal-lingwi tat-test fil-formola tal-applikazzjoni tagħhom. |
4.3. Fażijiet tal-kompetizzjoni
4.3.1. Applikazzjoni
|
(a) |
Sabiex japplikaw, il-kandidati jeħtieġ li jkollhom kont tal-kandidat marbut ma’ EU Login maħluq b’indirizz tal-posta elettronika li jibqa’ validu l-ħin kollu sal-pubblikazzjoni tal-lista ta’ riżerva (ara t-Taqsima 1(3) tar-Regoli ġenerali). |
|
(b) |
Il-kandidati jridu japplikaw online fis-sit web tal-EPSO (3) u jissottomettu l-applikazzjonijiet tagħhom sal- l-10 ta’ Marzu 2026 f’12.00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell. |
|
(c) |
Permezz tas-sottomissjoni tal-formola tal-applikazzjoni tagħhom, il-kandidati jiddikjaraw li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha msemmija fit-Taqsima 3 “Jien eliġibbli?”. Hija r-responsabbiltà tal-kandidati li jiżguraw li jimlew u jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom sal-iskadenza. Ladarba tkun għaddiet l-iskadenza tal-applikazzjoni, il-kandidati ma jkunux jistgħu jagħmlu aktar bidliet fl-applikazzjoni tagħhom. |
|
(d) |
Sal-10 ta’ Marzu 2026 f’12.00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell, il-kandidati jridu jtellgħu kopja skennjata tal-karta tal-identità jew tal-passaport validu tagħhom. |
|
(e) |
Sas-7 ta’ Ottubru 2026 f’12.00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell, il-kandidati jridu jtellgħu l-kopji skennjati tad-dokumenti l-oħrajn kollha li jsostnu d-dikjarazzjonijiet magħmula fil-formola tal-applikazzjoni tagħhom. |
|
(f) |
Spjegazzjoni dwar kif jistgħu jittellgħu d-dokumenti hija disponibbli fuq il-paġna ddedikata għall-kompetizzjoni fuq is-sit web tal-EPSO. |
4.3.2. Ittestjar
(a)
|
(i) |
Il-kandidati kollha li ssottomettew il-formola tal-applikazzjoni tagħhom sal-iskadenza indikata fil-punt 4.3.1(b) se jiġu mistiedna jagħmlu sensiela ta’ testijiet definiti hawn taħt. Ġentilment innota li l-ordni li fiha jiġu organizzati t-testijiet tista’ tkun differenti mill-ordni li fiha huma elenkati f’dan l-avviż. |
|
(ii) |
It-testijiet isiru u jiġu sorveljati (inviġilati) mill-bogħod. L-EPSO se jinforma lill-kandidati dwar il-modalitajiet tal-ittestjar l-aktar tard mal-istedina tagħhom għat-testijiet. |
|
(iii) |
Jekk kandidat jonqos milli jagħmel jew ilesti wieħed jew aktar mit-testijiet, kif speċifikat f’dan l-avviż u/jew fl-istruzzjonijiet ipprovduti lill-kandidati, il-parteċipazzjoni tagħhom fil-kompetizzjoni tintemm (ara t-Taqsima 5 tar-Regoli ġenerali). |
(b)
|
(i) |
It-testijiet ta’ raġunament huma testijiet ta’ mistoqsijiet b’għażliet multipli li jivvalutaw il-ħiliet ta’ raġunament verbali, numeriku u astratt tal-kandidati. Dawn jiġu organizzati kif indikat fit-Tabella 2. Tabella 2
|
|
(ii) |
Sabiex jgħaddu għall-pass li jkun imiss fil-kompetizzjoni (ara t-Taqsima 4.3.3), il-kandidati jridu jiksbu mill-inqas:
|
(c)
|
(i) |
It-test tal-għarfien dwar l-UE huwa test b’għażliet multipli dwar l-UE, l-istituzzjonijiet u l-proċeduri tagħha, u l-politiki ewlenin. Ir-referenzi użati biex jiġi żviluppat dan it-test se jkunu disponibbli fis-sit web tal-EPSO wara li jiġi ppubblikat l-avviż tal-kompetizzjoni. |
|
(ii) |
It-test tal-għarfien dwar l-UE se jiġi organizzat kif indikat fit-Tabella 3. Tabella 3
|
(d)
|
(i) |
It-test tal-ħiliet diġitali huwa test b’għażliet multipli bl-għan li jivvaluta l-litteriżmu diġitali tal-kandidati — il-kapaċità li jifhmu u jużaw it-teknoloġiji diġitali għal diversi kompiti u skopijiet, skont il-Qafas Ewropew ta’ Kompetenza Diġitali għaċ-Ċittadini (4) (DigComp). |
|
(ii) |
It-test tal-ħiliet diġitali se jinkludi mistoqsijiet mill-oqsma li ġejjin:
|
|
(iii) |
It-test se jiġi organizzat kif indikat fit-Tabella 4. Tabella 4
|
(e)
|
(i) |
Il-EUFTE għandu l-għan li jivvaluta l-ħiliet ta’ komunikazzjoni bil-miktub tal-kandidat. Se jiġi organizzat kif indikat fit-Tabella 5. |
Tabella 5
|
Test |
Lingwa |
Durata |
Punteġġ |
Punteġġ minimu |
|
EUFTE |
Lingwa 2 |
40 minuta |
minn 0 sa 10 |
5/10 |
|
(ii) |
Il-kandidati se jkunu meħtieġa jwieġbu għall-kompitu/i tat-test abbażi tad-dokumentazzjoni relatata mal-kwistjonijiet tal-UE. Id-dokumentazzjoni se tkun disponibbli fis-sit web tal-EPSO qabel id-data tat-test. Il-kandidati se jirċievu l-istess dokumentazzjoni matul it-test, flimkien mal-kompitu/i bbażat(i) fuqu. |
|
(iii) |
Il-EUFTE la huwa test tal-lingwa u lanqas test tal-għarfien fattwali. Il-valutazzjoni se tkun ibbażata fuq l-ankri speċifiċi ppubblikati fis-sit web tal-EPSO (5). |
4.3.3. Punteġġ tat-test u kontroll tal-eliġibbiltà
(a)
|
(i) |
Il-punteġġi tat-test se jintużaw kif indikat fit-Tabella 6. Tabella 6
|
|
(ii) |
Jekk kandidat jonqos milli jikseb il-punteġġ(i) minimu/i meħtieġ(a) f’wieħed mit-testijiet, il-parteċipazzjoni tiegħu fil-kompetizzjoni tintemm. Dawn il-kandidati mhux se jkollhom it-tweġibiet u/jew il-kitbiet tat-test tagħhom ipproċessati ulterjorment u mhux se jkollhom l-eliġibbiltà tagħhom ivverifikata. |
|
(iii) |
Il-kandidati li jonqsu milli jagħmlu jew ilestu t-testijiet kollha (ara t-Taqsima 4.3.2 hawn fuq u t-Taqsima 5 tar-Regoli ġenerali) mhuma se jkollhom l-ebda waħda mit-tweġibiet u/jew mill-kitbiet tat-test tagħhom ipproċessata u mhux se jkollhom l-eliġibbiltà tagħhom ivverifikata. |
|
(iv) |
Ir-riżultati tat-testijiet jiġu nnotifikati biss lill-kandidati fi tmiem il-kompetizzjoni (ara l-punt 4.3.4(d)), irrispettivament mill-istadju tal-kompetizzjoni li l-kandidat ikun wasal fih. |
(b)
|
(i) |
It-testijiet b’għażliet multipli se jingħataw punteġġ fl-ordni li ġejja: it-testijiet tar-raġunament, it-test tal-għarfien dwar l-UE, u t-test tal-ħiliet diġitali. Kull darba, il-punteġġ ta’ test jinħadem biss għal dawk il-kandidati li jkunu kisbu mill-inqas il-punteġġ(i) minimu/i meħtieġ(a) fit-test preċedenti. |
|
(ii) |
Il-kandidati li jkunu kisbu mill-inqas il-punteġġi minimi meħtieġa kollha se jkollhom ir-riżultati tagħhom magħduda flimkien skont il-ponderazzjonijiet indikati fit-Tabella 6 sabiex jinħadmilhom punteġġ preliminari kkombinat. |
|
(iii) |
Il-kandidati mbagħad jiġu kklassifikati f’ordni dekrexxenti skont il-punteġġi preliminari kkombinati tagħhom. Din il-klassifikazzjoni preliminari se tintuża biex jiġu ddeterminati l-kandidati li se jinħadem il-punteġġ tal-kitbiet tal-EUFTE tagħhom u se tiġi vverifikata l-eliġibbiltà tagħhom. |
|
(iv) |
Il-punteġġ tal-kitbiet tal-EUFTE u l-kontroll tal-eliġibbiltà (din tal-aħħar titwettaq skont il-punt (v) hawn taħt) se jinħadem b’mod parallel għal għadd limitat ta’ kandidati meħuda skont l-ordni dekrexxenti tal-klassifikazzjoni preliminari. Fil-prinċipju, dan in-numru mhuwiex se jaqbeż il-1,5 darbiet tal-għadd previst ta’ kandidati li jirnexxu. Madankollu, dan jista’ jiżdied mill-Bord tas-Selezzjoni fid-dawl tal-għadd ta’ kandidati b’punteġġi ugwali. |
|
(v) |
Il-kontroll tal-eliġibbiltà jinvolvi l-verifika tal-konformità mal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà stabbiliti fit-Taqsima 3 “Jien eliġibbli?”. Il-Bord tas-Selezzjoni jieħu d-deċiżjoni dwar l-eliġibbiltà tal-kandidati billi jqabbel (a) id-dikjarazzjonijiet magħmula fil-formola tal-applikazzjoni; u (b) id-dokumenti debitament ipprovduti mill-kandidati f’konformità mat-Taqsima 2.4, il-punti (1)–(3), tar-Regoli ġenerali biex jappoġġjaw dawk id-dikjarazzjonijiet. |
|
(vi) |
Jekk kandidat(a) ma jkunx/tkunx fost dawk li ġabu l-ogħla punteġġ kif definit fil-punt (iv) hawn fuq, il-parteċipazzjoni tiegħu/tagħha fil-kompetizzjoni tiġi fi tmiemha. Dawn il-kandidati mhux se jkollhom il-kitbiet tal-EUFTE tagħhom ipproċessati u mhux se jkollhom l-eliġibbiltà tagħhom ivverifikata. |
|
(vii) |
Il-kandidati li jkunu kisbu mill-inqas il-punteġġi minimi meħtieġa fl-EUFTE u li nstabu li jkunu eliġibbli se jkollhom ir-riżultati tagħhom magħduda flimkien skont il-ponderazzjonijiet indikati fit-Tabella 6 sabiex jinħadmilhom punteġġ finali kkombinat. Il-kandidati mbagħad jiġu kklassifikati f’ordni dekrexxenti skont il-punteġġi finali kkombinati tagħhom. Din il-klassifikazzjoni finali se sservi bħala l-bażi biex jiġu stabbiliti l-listi ta’ riżerva. |
4.3.4. Ħolqien tal-lista ta’ riżerva
|
(a) |
Wara li jitlestew il-proċeduri msemmija fil-punt 4.3.3(b), il-Bord tas-Selezzjoni se jinkludi fil-lista ta’ riżerva l-ismijiet tal-kandidati li (i) kisbu mill-inqas il-punteġġi minimi kollha meħtieġa u wieħed mill-ogħla punteġġi finali kkombinati minn fost il-kandidati msemmija fil-punt 4.3.3(b)(iv); u (ii) instabu li kienu eliġibbli. Dan isir fl-ordni dekrexxenti tal-klassifikazzjoni finali sakemm jintlaħaq l-għadd previst ta’ kandidati li jirnexxu jew sakemm jitnaqqas il-grupp ta’ kandidati li jissodisfaw il-kriterji msemmija f’dan il-punt. |
|
(b) |
Il-kandidati kollha li jġibu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli fil-lista ta’ riżerva se jiżdiedu mal-lista ta’ riżerva. |
|
(c) |
L-ismijiet fil-lista ta’ riżerva jiġu elenkati b’mod alfabetiku. Il-lista ta’ riżerva tkun disponibbli għas-servizzi ta’ reklutaġġ. |
|
(d) |
Il-kandidati se jiġu nnotifikati bir-riżultati tagħhom (ir-riżultati tat-testijiet u r-riżultati tal-kontroll tal-eliġibbiltà) ħlief fil-każijiet li fihom it-tweġibiet u/jew il-kitbiet tat-test tagħhom ma jkunux ġew ipproċessati u/jew l-eliġibbiltà ma tkunx ġiet ivverifikata għar-raġunijiet imsemmija f’dan l-avviż. |
|
(e) |
L-inklużjoni fil-lista ta’ riżerva ma tagħti l-ebda dritt jew garanzija ta’ reklutaġġ. |
5. OPPORTUNITAJIET INDAQS U AKKOMODAMENT RAĠONEVOLI
|
(a) |
L-EPSO jagħmel ħiltu biex japplika politika ta’ opportunitajiet indaqs għall-kandidati kollha. |
|
(b) |
Il-kandidati li għandhom diżabilità jew kundizzjoni medika li tista’ taffettwa l-kapaċità tagħhom li jagħmlu t-testijiet għandhom jindikaw dan fil-formola ta’ applikazzjoni tagħhom u jimxu mal-proċedura sabiex jitolbu akkomodament raġonevoli kif deskritt fis-sit web tal-EPSO (6). Wara li jeżamina t-talba tal-kandidati kif ukoll id-dokumenti ta’ sostenn rilevanti, l-EPSO jista’ jikkonċedi akkomodament raġonevoli fejn jitqies neċessarju. |
(1) Ir-Regolament Nru 31(KEE), 11(KEEA), li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Ħaddiema Oħra tal-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU 45, 14.6.1962, p. 1385/62). It-test konsolidat (mhux uffiċjali) jinsab hawnhekk: http://data.europa.eu/eli/reg/1962/31(1)/2026-01-01.
(2) https://eu-careers.europa.eu/mt/documents/common-european-framework-reference-languages.
(3) https://eu-careers.europa.eu/mt/open-competition-permanent-staff.
(4) Vuorikari, R., Kluzer, S. u Punie, Y., DigComp 2.2, The Digital Competence framework for citizens — With new examples of knowledge, skills and attitudes, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2022, https://op.europa.eu/mt/publication-detail/-/publication/50c53c01-abeb-11ec-83e1-01aa75ed71a1.
(5) https://eu-careers.europa.eu/mt/help/what-written-test.
(6) https://eu-careers.europa.eu/mt/how-request-specific-adjustments-selection-tests.
ANNESS I
REGOLI ĠENERALI
1. Dispożizzjonijiet bażiċi
|
(1) |
Id-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-regoli ġenerali japplikaw sakemm l-avviż tal-kompetizzjoni ma jiddikjarax mod ieħor. |
|
(2) |
Kandidat jista’ japplika għall-istess kompetizzjoni darba biss. |
|
(3) |
Il-kandidati jirċievu informazzjoni sensittiva għall-ħin fil-kontijiet tal-kandidat tagħhom. Jenħtieġ li dawn jiċċekkjaw il-kont tal-kandidat tagħhom mill-inqas kull tlett ijiem kalendarji biex isegwu l-progress tagħhom matul il-kompetizzjoni u biex jevitaw li jitilfu xi skadenza.
Jekk kandidat ma jistax jiċċekkja l-kont tal-kandidat tiegħu minħabba problema teknika min-naħa tal-EPSO, għandu jinnotifika lill-EPSO immedjatament permezz tal-formola ta’ kuntatt online (1). |
|
(4) |
Il-kandidati jridu jiżguraw li l-kont tal-kandidat tagħhom fil-Portal Uniku tal-Kandidati (2) jkun marbut ma’ EU Login maħluq b’indirizz tal-email li jibqa’ validu f’kull ħin sal-pubblikazzjoni tal-lista ta’ riżerva, sabiex l-EPSO jkun jista’ jikkuntattjahom permezz tal-kont tal-kandidat tagħhom matul il-proċess kollu tal-kompetizzjoni. Fin-nuqqas ta’ dan, l-EPSO ma jistax jinżamm responsabbli għal kwalunkwe konsegwenza ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-rekwiżit u ma’ struzzjonijiet ulterjuri, inkluż it-telf possibbli ta’ aċċess għall-kont tal-kandidat u għall-komunikazzjoni relatata mal-kompetizzjoni, b’mod partikolari jekk jintuża kont tal-kandidat marbut ma’ EU Login maħluq b’indirizz professjonali li jista’ jiġi diżattivat għal diversi raġunijiet (tmiem tal-kuntratt, bidla fl-assenjazzjoni, eċċ.). |
|
(5) |
Jekk bosta kandidati jiksbu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli f’kull fażi tal-kompetizzjoni, dawn kollha jgħaddu għall-fażi li jmiss tal-kompetizzjoni. Jekk bosta kandidati jkunu kisbu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli f’lista ta’ riżerva, dawn jiġu inklużi kollha f’dik il-lista ta’ riżerva. |
|
(6) |
Kwalunkwe kandidat ammess mill-ġdid wara talba, ilment jew appell ta’ suċċess jew (a) jerġa’ jidħol fil-kompetizzjoni fil-fażi li minnha jkun ġie eskluż jew (b) jiżdied mal-lista ta’ riżerva, kif applikabbli. |
|
(7) |
Meta l-EPSO jindirizza kandidat permezz tal-kont tal-kandidat jew bl-email, jagħmel dan f’waħda mil-lingwi li l-kandidat ikun iddikjara li għandu għarfien tagħha fil-livell B2 jew ogħla (3) fil-qasam “Qari” tat-taqsima “Lingwi” fil-formola ta’ applikazzjoni (ara wkoll it-Taqsima 2.1 ta’ dawn ir-regoli ġenerali). |
|
(8) |
Il-kandidati jistgħu jikkuntattjaw lill-EPSO permezz tal-formola ta’ kuntatt online disponibbli fuq is-sit web tal-EPSO (4). Qabel ma jikkuntattjaw lill-EPSO, il-kandidati huma mistiedna jikkonsultaw it-taqsima “mistoqsijiet frekwenti” fuq is-sit web tal-EPSO (5). |
|
(9) |
L-EPSO jirriżerva d-dritt li jwaqqaf kull korrispondenza mhux xierqa (jiġifieri ripetittiva, abbużiva u/jew irrilevanti). |
2. Edukazzjoni (6) , esperjenza (7) , dokumenti ta’ sostenn
2.1. It-Taqsima “is-CV tiegħi” tal-kont tal-kandidat
Qabel ma japplikaw għal kompetizzjoni, il-kandidati jridu jimlew it-taqsima “Is-CV tiegħi” tal-kont tal-kandidat tagħhom. Meta japplika għal kompetizzjoni speċifika, kandidat ma għandux għalfejn jerġa’ jdaħħal l-informazzjoni minn “Is-CV tiegħi” fil-formola tal-applikazzjoni. Stampa tad-data mit-taqsima “Is-CV tiegħi” se tiġi mehmuża awtomatikament mal-formola tal-applikazzjoni tagħhom fil-mument li l-kandidat jissottometti l-applikazzjoni tiegħu. Hija r-responsabbiltà tal-kandidati li jiżguraw li “Is-CV tiegħi” tkun aġġornata f’dak il-mument.
2.2. Edukazzjoni
|
(1) |
Lawrji, diplomi u/jew ċertifikati, kemm jekk maħruġa f’pajjiżi tal-UE kif ukoll f’pajjiżi mhux tal-UE, iridu jiġu rikonoxxuti minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tal-UE. |
|
(2) |
Id-differenzi bejn is-sistemi edukattivi nazzjonali, b’mod partikolari d-differenzi bejn it-titoli mogħtija lil-lawrji, id-diplomi u ċ-ċertifikati, se jitqiesu meta jiġi vvalutat jekk il-kandidati għandhomx il-kwalifiki meħtieġa mill-avviż tal-kompetizzjoni. |
2.3. Esperjenza professjonali
|
(1) |
Biex tiġi kkunsidrata, l-esperjenza professjonali trid tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali li ġejjin:
|
|
(2) |
L-esperjenza professjonali, kif elenkata hawn taħt, se tiġi kkunsidrata wkoll fid-dawl ta’ regoli speċifiċi, inklużi ċerti eżenzjonijiet mir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu (1) hawn fuq:
|
2.4. Dokumenti ta’ sostenn
|
(1) |
Il-kandidati se jkollhom itellgħu — fil-kont tal-kandidat tagħhom — kopji tad-dokumenti li jsostnu d-dikjarazzjonijiet magħmula fil-formola ta’ applikazzjoni tagħhom (ara wkoll it-Taqsima 2.1 ta’ dawn ir-regoli ġenerali). Huma jkollhom jagħmlu dan sad-data stabbilita fl-avviż tal-kompetizzjoni jew — jekk ma tiġi stabbilita l-ebda data mill-avviż — sad-data indikata mill-EPSO. |
|
(2) |
Jekk ma jingħatax/jingħatawx dokument(i) ta’ sostenn sad-data msemmija hawn fuq, kandidat jista’ jitqies ineliġibbli jew ma jitqisux il-kwalifiki edukattivi jew l-esperjenza speċifiċi tiegħu. |
|
(3) |
Fi kwalunkwe fażi tal-proċedura, il-kandidati jistgħu jintalbu biex jipprovdu informazzjoni jew dokumenti addizzjonali. |
|
(4) |
Fost dokumenti oħra, il-kandidati se jkollhom itellgħu kopja tal-karta tal-identità jew tal-passaport tagħhom li trid tkun valida fid-data tal-għeluq tal-applikazzjonijiet. Meta jintalbu jagħmlu dan, il-kandidati jkollhom jippreżentaw kopja oriġinali tal-karta tal-identità jew tal-passaport tagħhom. |
|
(5) |
Bħala prova tal-kwalifiki edukattivi tagħhom, il-kandidati se jkollhom jipprovdu:
|
|
(6) |
Il-perjodi kollha ta’ attività professjonali jridu jkunu koperti minn kopji oriġinali jew iċċertifikati tad-dokumenti li ġejjin:
|
3. Rwol tal-Bord tas-Selezzjoni
|
(1) |
Il-Bord tas-Selezzjoni tal-kompetizzjoni jiddeċiedi dwar id-diffikultà tat-testijiet tal-kompetizzjoni u japprova l-kontenut tagħhom, jevalwa l-konformità tal-kandidati mal-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ eliġibbiltà, iqabbel il-merti tal-kandidati, u jagħżel l-aħjar kandidati fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti fl-avviż tal-kompetizzjoni. |
|
(2) |
Il-proċedimenti tal-Bord tas-Selezzjoni huma sigrieti. |
|
(3) |
Il-ħidma tal-Bord tas-Selezzjoni hija ffaċilitata mill-EPSO. |
4. Kunflitt ta’ interess
|
(1) |
L-ismijiet tal-membri tal-Bord huma ppubblikati fis-sit web tal-EPSO (8). |
|
(2) |
Il-kandidati, il-membri tal-Bord tas-Selezzjoni, u l-membri tal-persunal tal-EPSO li jiffaċilitaw l-organizzazzjoni ta’ kompetizzjoni speċifika huma meħtieġa jiddikjaraw kwalunkwe kunflitt ta’ interess li jista’ jinqala’, b’mod partikolari, f’każijiet ta’ relazzjoni ta’ familja jew ta’ xogħol dirett. Sitwazzjoni li tista’ tikkostitwixxi kunflitt ta’ interess għandha tiġi ddikjarata lill-EPSO malli l-persuna kkonċernata ssir taf biha. L-EPSO se jevalwa kull każ individwalment u jieħu miżuri xierqa. |
|
(3) |
Biex tiġi żgurata l-indipendenza tal-Bord tas-Selezzjoni, ħlief f’każijiet espressament awtorizzati, huwa strettament ipprojbit li l-kandidati jew kwalunkwe persuna barra l-Bord tipprova tikkuntattja lil kwalunkwe wieħed mill-membri tiegħu dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-kompetizzjoni jew il-proċedimenti tal-Bord. |
|
(4) |
Il-kandidati li jixtiequ jiddikjaraw il-każ tagħhom lill-Bord tas-Selezzjoni jridu jagħmlu dan bil-miktub, billi jissottomettu din il-korrispondenza permezz tal-kont tal-kandidat tagħhom. |
|
(5) |
Ksur ta’ xi waħda mir-regoli msemmija hawn fuq jista’ jirriżulta f’azzjoni dixxiplinarja kontra membru tal-Bord tas-Selezzjoni jew membru tal-persunal tal-EPSO u/jew fi skwalifika ta’ kandidat mill-kompetizzjoni (ara t-Taqsima 6). |
5. Testijiet
|
(1) |
L-EPSO jinforma lill-kandidati dwar il-modalitajiet tal-ittestjar filwaqt li jagħti kwalunkwe dettall u struzzjoni meħtieġa mhux aktar tard minn meta jistieden lill-kandidati għat-testijiet. |
|
(2) |
Jekk, u kemm-il darba jiġu informati, il-kandidati jridu jibbukkjaw appuntament ta’ test skont l-istruzzjonijiet li jkunu rċevew mingħand l-EPSO. Il-perjodi ta’ prenotazzjoni u ttestjar huma limitati. |
|
(3) |
Il-kandidati jridu jlestu l-passi kollha meħtieġa msemmija fl-istruzzjonijiet maħruġa qabel it-testijiet, bħall-installazzjoni tas-software, it-twettiq tas-sinkronizzazzjoni(jiet) meħtieġa, it-twettiq ta’ prova tal-konnettività, it-test tal-prerekwiżiti tekniċi, jew kontroll tas-sistemi u/jew test ta’ simulazzjoni. Il-konformità mal-istruzzjonijiet se tippermetti li tiġi vverifikata l-prontezza tal-ambjent tal-IT tal-kandidat u l-kompatibbiltà tal-apparat tal-kandidat mal-pjattaforma tal-ittestjar jew l-applikazzjoni. In-nuqqas li jitlestew il-passi obbligatorji jista’ jipprevjeni lill-kandidat milli jagħmel it-testijiet u jimpedixxi l-kapaċità tal-fornitur tat-twettiq tat-test milli jindirizza b’mod effettiv kwalunkwe kwistjoni teknika li jista’ jiltaqa’ magħha l-kandidat matul l-ittestjar. |
|
(4) |
F’każijiet fejn il-kandidati jonqsu milli jibbukkjaw, jagħmlu jew ilestu test wieħed jew aktar, jitqies li l-parteċipazzjoni tagħhom fil-kompetizzjoni tkun intemmet, sakemm il-kandidati ma jkunux jistgħu jagħtu prova li n-nuqqas ta’ prenotazzjoni, ta’ attendenza jew ta’ tlestija ta’ test kien dovut għal ċirkostanzi lil hinn mill-kontroll tal-kandidati jew minħabba sitwazzjoni ta’ force majeure. Huma għandhom jikkuntattjaw lill-EPSO malajr kemm jista’ jkun, preferibbilment qabel it-test, u għandhom jipprovdu l-ġustifikazzjoni meħtieġa, inkluż, fejn applikabbli, prova li kkuntattjaw lis-servizzi ta’ appoġġ tekniku. |
|
(5) |
In-nuqqas ta’ konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli f’relazzjoni mal-ittestjar, speċifikati fl-istruzzjonijiet u l-informazzjoni disponibbli għall-kandidati ma jitqiesx bħala ċirkostanza lil hinn mill-kontroll tal-kandidati jew bħala sitwazzjoni ta’ force majeure. |
|
(6) |
Il-kandidati huma mistiedna wkoll jikkonsultaw is-sit web tal-EPSO (9) biex isiru jafu aktar dwar il-proċeduri ta’ selezzjoni tal-EPSO, inkluż dwar ir-rekwiżiti ġenerali applikabbli għall-ittestjar. |
6. Skwalifika mill-kompetizzjoni
|
(1) |
Il-kandidati jistgħu jiġu skwalifikati fi kwalunkwe stadju tal-kompetizzjoni għar-raġunijiet li ġejjin:
|
|
(2) |
Il-kandidati għar-reklutaġġ mill-istituzzjonijiet tal-UE huma mistennija jaġixxu bl-ogħla integrità possibbli, f’konformità mal-Artikolu 27, l-ewwel paragrafu, u l-Artikolu 28(c) tar-Regolamenti tal-Persunal. F’każ ta’ frodi jew attentat ta’ frodi, l-EPSO jista’ jiddeċiedi li jiddikjara kandidat ineliġibbli għal kompetizzjonijiet futuri għal perjodu ta’ żmien limitat. |
7. Tħassib u rimedji
7.1. Kwistjonijiet tekniċi u organizzattivi
|
(1) |
Jekk fi kwalunkwe fażi tal-proċedura tas-selezzjoni l-kandidati jiltaqgħu ma’ problema teknika jew organizzattiva serja, huma għandhom jinfurmaw lill-EPSO permezz tal-kont tal-kandidat tagħhom. |
|
(2) |
Għal kwistjonijiet bil-kont tal-kandidat jew il-formola tal-applikazzjoni, il-kandidati jridu jikkuntattjaw lill-EPSO immedjatament u f’kull każ qabel l-iskadenza għall-applikazzjonijiet. |
|
(3) |
Meta l-problema tinqala’ waqt l-ittestjar, kandidat irid jagħmel dawn iż-żewġ affarijiet:
|
|
(4) |
Ilmenti riċevuti wara l-iskadenza speċifikata f’dan il-punt jiġu meqjusa inammissibbli. |
|
(5) |
Ilmenti dwar kwistjonijiet tekniċi, ippreżentati minn kandidati li naqsu milli jieħdu l-passi msemmija fit-Taqsima 5(3) jitqiesu inammissibbli sakemm il-kandidati ma jkunux jistgħu jagħtu prova li n-nuqqas li jieħdu l-passi meħtieġa kollha kien dovut għal ċirkostanzi lil hinn mill-kontroll tagħhom jew minħabba sitwazzjoni ta’ force majeure. |
|
(6) |
Rikjesti li jsiru fil-kuntest tal-ilmenti msemmija fit-Taqsimiet 7.2.2 u 7.3.1 u bbażati fuq allegati kwistjonijiet tekniċi u/jew organizzattivi li ma kinux ġew irrapportati f’konformità mat-Taqsima 7.1 moqrija flimkien mat-Taqsima 5, se jiġu meqjusa inammissibbli. |
7.2. Proċeduri ta’ rieżami interni
7.2.1.
|
(1) |
Il-kandidati li jqisu li għandhom raġunijiet ġustifikabbli biex jemmnu li żball f’waħda jew aktar mill-mistoqsijiet fit-test ta’ mistoqsija b’għażla multipla (MCQ) affettwa l-kapaċità tagħhom li jwieġbu, jistgħu jitolbu li l-mistoqsija/jiet ikkonċernata/i tiġi/jiġu rieżaminata/i. |
|
(2) |
Il-Bord tas-Selezzjoni jista’ jiddeċiedi li “jinnewtralizza” il-mistoqsija/jiet li jkun fihom l-iżball: jikkanċella l-mistoqsija/jiet ikkonċernata/i u jqassam mill-ġdid il-punti inizjalment allokati għal dik/dawk il-mistoqsija/jiet fost il-mistoqsijiet l-oħra tat-test. Dawk il-kandidati li jkunu rċevew il-mistoqsija/jiet ikkonċernata/i biss jiġu affettwati minn dan il-kalkolu mill-ġdid. L-għoti ta’ punteġġi tat-testijiet jibqa’ kif imsemmi fit-taqsimiet rilevanti tal-avviż tal-kompetizzjoni. |
|
(3) |
Biex jintroduċi lment dwar mistoqsija/jiet tat-test MCQ, kandidat għandu:
|
|
(4) |
Ilmenti sottomessi wara l-iskadenza jew ilmenti li ma jiddeskrivux b’mod ċar il-mistoqsija/jiet kkontestata/i u/jew l-iżball/żbalji allegat/i mhux se jiġu kkunsidrati. B’mod partikolari, ilmenti li sempliċement jindikaw kwistjonijiet allegati ta’ traduzzjoni, mingħajr ma jispeċifikaw il-problema, mhux se jiġu kkunsidrati. |
|
(5) |
It-talbiet li jkunu saru fil-kuntest tal-ilmenti msemmija fit-Taqsima 7.3.1 u bbażati fuq kwistjonijiet allegati fil-mistoqsijiet tat-test MCQ li ma kinux ġew irrapportati skont it-Taqsima 7.2.1, jiġu miċħuda. |
7.2.2.
|
(1) |
Il-kandidati jistgħu jitolbu rieżami ta’ deċiżjoni meħuda mill-Bord tas-Selezzjoni, li tistabbilixxi r-riżultati tagħhom, tiddetermina jekk jistgħux jipproċedu għall-fażi li jmiss tal-kompetizzjoni, jew taffettwa l-istatus legali tagħhom bħala kandidati b’mod ieħor. |
|
(2) |
L-għan tal-proċedura ta’ rieżami huwa li tippermetti lill-Bord tas-Selezzjoni jemenda d-deċiżjoni kkontestata f’każijiet fejn ikun hemm raġuni biex jagħmel dan (bħal żball fl-evalwazzjoni). Fil-proċedura ta’ rieżami, il-Bord tas-Selezzjoni se jirrieżamina l-valutazzjoni tiegħu tal-merti tal-kandidat u se jikkonferma l-konklużjonijiet inizjali tiegħu jew jipprovdi valutazzjoni riveduta. |
|
(3) |
Il-Bord tas-Selezzjoni mhu se jwieġeb għall-ebda argument legali, kemm jekk relatat mal-valutazzjoni kkontestata kif ukoll jekk le. Kwalunkwe argument ta’ natura legali u pretensjoni relatata mal-qafas legali tal-kompetizzjoni jistgħu jitressqu fil-forma ta’ lment amministrattiv (ara t-Taqsima 7.3.1). |
|
(4) |
Is-sempliċi fatt li l-kandidati jistgħu ma jaqblux mal-evalwazzjoni mill-Bord tas-Selezzjoni tal-prestazzjoni tagħhom f’test jew tal-kwalifiki edukattivi u/jew l-esperjenza tagħhom, ma jfissirx li l-Bord tas-Selezzjoni wettaq żball ta’ valutazzjoni. Il-Bord tas-Selezzjoni jgawdi marġni wiesa’ ta’ diskrezzjoni biex jagħmel ġudizzji ta’ valur dwar il-prestazzjoni, il-kwalifiki edukattivi u l-esperjenza tal-kandidati. |
|
(5) |
Ma hija possibbli l-ebda talba għal rieżami fir-rigward tar-riżultati tat-test MCQ. |
|
(6) |
Biex jintroduċi talba għal rieżami, kandidat irid:
|
|
(7) |
Il-kandidati jirċievu rikonoxximent awtomatiku li t-talba tagħhom tkun waslet. Il-Bord tas-Selezzjoni se jeżamina t-talba għal rieżami u se jinforma lill-kandidat bid-deċiżjoni tiegħu mill-aktar fis possibbli. |
|
(8) |
It-talbiet għal rieżami li jaslu wara l-iskadenza indikata fil-punt (6)(a) hawn fuq jitqiesu inammissibbli u ma jiġux eżaminati, ħlief fejn il-kandidati jistgħu juru sitwazzjoni ta’ force majeure. |
7.3. Forom oħra ta’ rieżami
7.3.1.
|
(1) |
Il-kandidati jistgħu jressqu lment amministrattiv kontra miżura (deċiżjoni jew nuqqas tagħha) jekk:
|
|
(2) |
L-ilment jista’ jsir kontra n-nuqqas ta’ deċiżjoni f’dawk il-każijiet fejn hemm obbligu li tittieħed deċiżjoni fi żmien skadenza speċifikata fir-Regolamenti tal-Persunal. |
|
(3) |
Il-kandidati li jkunu ressqu talba għal rieżami (ara t-Taqsima 7.2.2) iridu jistennew sakemm jiġu nnotifikati bit-tweġiba għal dik it-talba qabel ma jiddeċiedu jekk jippreżentawx ilment amministrattiv. F’każijiet bħal dawn, l-iskadenza għall-introduzzjoni ta’ lment amministrattiv tibda tgħodd mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-Bord tas-Selezzjoni dwar it-talba għal rieżami. |
|
(4) |
L-ilmenti amministrattivi jiġu eżaminati mid-Direttur tal-EPSO li jaġixxi bħala l-Awtorità tal-Ħatra skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal. |
|
(5) |
L-għan tal-proċedura tal-ilmenti amministrattivi huwa li jiġi vverifikat jekk il-qafas legali tal-kompetizzjoni ġiex irrispettat. Il-kandidati għandhom jinnotaw li d-Direttur tal-EPSO ma jistax ibiddel ġudizzju ta’ valur magħmul minn Bord tas-Selezzjoni u ma għandu l-ebda setgħa legali biex ibiddel is-sustanza ta’ deċiżjoni tal-Bord tas-Selezzjoni. Jekk id-Direttur tal-EPSO jsib żball proċedurali jew żball manifest ta’ valutazzjoni, il-każ jista’ jiġi referit lura lill-Bord tas-Selezzjoni għal valutazzjoni mill-ġdid. |
|
(6) |
Biex jintroduċi lment amministrattiv, kandidat għandu:
|
|
(7) |
L-ilmenti amministrattivi li jaslu wara l-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal jitqiesu inammissibbli. |
7.3.2.
|
(1) |
Il-kandidati għandhom id-dritt li jressqu appell ġudizzjarju quddiem il-Qorti Ġenerali, skont l-Artikolu 270 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal. |
|
(2) |
Appelli ġudizzjarji kontra deċiżjonijiet meħuda mill-EPSO (aktar milli mill-Bord tas-Selezzjoni) ma jkunux ammissibbli quddiem il-Qorti Ġenerali sakemm kandidat ma jkunx uża kif xieraq ir-rimedju ta’ lment amministrattiv skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal (ara t-Taqsima 7.3.1 hawn fuq). |
|
(3) |
L-informazzjoni kollha dwar l-appelli ġudizzjarji tinsab fuq is-sit web tal-Qorti Ġenerali (10). |
7.3.3.
|
(1) |
Iċ-ċittadini u r-residenti kollha tal-UE jistgħu jressqu lment lill-Ombudsman Ewropew dwar każijiet ta’ amministrazzjoni ħażina. |
|
(2) |
Qabel ma jressqu lment lill-Ombudsman, il-kandidati l-ewwel iridu jkunu eżawrew ir-rimedji interni pprovduti mill-EPSO (ara t-Taqsimiet 7.1 u 7.2 hawn fuq). |
|
(3) |
L-ilmenti li jsiru lill-Ombudsman ma għandhom l-ebda effett sospensiv fuq l-iskadenzi stabbiliti għall-preżentazzjoni ta’ talbiet, ilmenti, jew appelli ġudizzjarji msemmija f’dawn ir-regoli. |
|
(4) |
L-informazzjoni kollha dwar l-ilmenti lill-Ombudsman tista’ tinstab fuq is-sit web apposta (11). |
Tmiem l- ANNESS I, ikklikkja hawn biex terġa’ lura għat-test ewlieni
(1) https://eu-careers.europa.eu/mt/contact-us.
(2) https://eu-careers.europa.eu/mt/single-candidate-portal-new-online-portal-your-applications.
(3) https://eu-careers.europa.eu/mt/documents/common-european-framework-reference-languages.
(4) https://eu-careers.europa.eu/mt/contact-us.
(5) https://eu-careers.europa.eu/mt/epso-faqs-by-category.
(6) Għall-finijiet ta’ din il-kompetizzjoni, l-espressjonijiet “edukazzjoni” u “kwalifiki edukattivi” jintużaw b’mod interkambjabbli.
(7) Għall-finijiet ta’ din il-kompetizzjoni, l-espressjonijiet “esperjenza”, “esperjenza professjonali”, u “esperjenza ta’ xogħol” jintużaw b’mod interkambjabbli.
(8) https://eu-careers.europa.eu/mt.
(9) https://eu-careers.europa.eu/mt.
ANNESS II
DMIRIJIET TIPIĊI
1. L-elaborazzjoni u l-formulazzjoni tal-politika
|
(a) |
It-twettiq ta’ analiżi u evalwazzjoni politika, legali jew xjentifika, u l-kontribut għall-formulazzjoni ta’ politiki fl-oqsma ta’ azzjoni tal-UE; u/jew |
|
(b) |
L-iżgurar ta’ koordinazzjoni u konsultazzjoni interservizz u interistituzzjonali, inkluż matul il-proċeduri leġiżlattivi; u/jew |
|
(c) |
It-twettiq ta’ riċerka u analiżi legali, u l-konsulenza dwar kwistjonijiet legali; u/jew |
|
(d) |
L-abbozzar ta’ atti legali; u/jew |
|
(e) |
L-assistenza lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet permezz ta’ kontributi u konsulenza bil-miktub jew bil-fomm fir-rigward tal-elaborazzjoni u l-formulazzjoni tal-politika; u/jew |
|
(f) |
Ir-rappreżentanza tal-unità, is-servizz jew l-istituzzjoni f’laqgħat u fora oħra fil-kuntest tal-elaborazzjoni u l-formulazzjoni tal-politika. |
2. Implimentazzjoni tal-linji ta’ politika u twettiq operazzjonali
|
(a) |
Il-kontribut għall-implimentazzjoni tal-linji ta’ politika f’linji ta’ politika settorjali speċifiċi; u/jew |
|
(b) |
It-twettiq ta’ analiżijiet politiċi, legali, xjentifiċi u tal-linji ta’ politika, u t-tisrif tas-sejbiet f’miżuri ta’ politika, legali jew operazzjonali; u/jew |
|
(c) |
L-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dokumenti legali, u b’hekk jingħata kontribut għall-infurzar tal-liġi tal-UE; u/jew |
|
(d) |
L-iżgurar ta’ koordinazzjoni u konsultazzjoni interservizz u interistituzzjonali matul l-implimentazzjoni tal-linji ta’ politiki u tal-atti legali; u/jew |
|
(e) |
Il-ġestjoni tar-relazzjonijiet, il-koordinazzjoni u ż-żamma ta’ kuntatt mal-partijiet ikkonċernati interni u esterni: l-istituzzjonijiet tal-UE, l-Istati Membri, l-organizzazzjonijiet nazzjonali u internazzjonali, l-esperti, eċċ.; u/jew |
|
(f) |
Il-ġestjoni taċ-ċiklu tal-programm/tal-proġett; u/jew |
|
(g) |
It-twettiq ta’ evalwazzjonijiet u valutazzjonijiet, u t-tfassil ta’ rapporti; u/jew |
|
(h) |
Ir-rappreżentanza tal-unità, is-servizz jew l-istituzzjoni f’laqgħat u fora oħra fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-linji ta’ politika u t-twettiq operazzjonali; u/jew |
|
(i) |
Il-kontribut għall-implimentazzjoni ta’ strateġiji u programmi ta’ ħidma, inkluż billi jiġi propost titjib fil-metodi u l-proċeduri ta’ ħidma; u/jew |
|
(j) |
L-abbozzar ta’ noti ta’ analiżi tal-linji ta’ politika, briefings, u linji gwida; u/jew |
|
(k) |
Il-kontribut għall-komunikazzjoni esterna kif ukoll għall-komunikazzjoni u r-rapportar interni. |
3. Ġestjoni tar-riżorsi
|
(a) |
Il-ġestjoni, is-superviżjoni u l-ottimizzazzjoni tal-użu tar-riżorsi inklużi l-persunal, il-finanzi u t-tagħmir; u/jew |
|
(b) |
Il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proċeduri amministrattivi, finanzjarji u baġitarji; u/jew |
|
(c) |
Il-parteċipazzjoni fit-tħejjija tal-estimi tal-baġit u fit-tfassil tar-rapporti u l-kontijiet annwali; u/jew |
|
(d) |
Il-ġestjoni ta’ riskji strateġiċi, operazzjonali, soċjali u baġitarji. |
Tmiem l- ANNESS II, ikklikkja hawn biex terġa’ lura għat-test ewlieni
ANNESS III
EŻEMPJI TA’ KWALIFIKI MINIMI
(Eżempji ta’ kwalifiki minimi għal kull Stat Membru u għar-Renju Unit u għal kull grad li jikkorrispondu, fil-prinċipju, għal dawk meħtieġa mill-avviżi ta’ kompetizzjoni)
Ġentilment agħfas hawnhekk għal verżjoni ta’ dawn l-eżempji li tista’ tinqara faċilment
|
PAJJIŻ |
Minn AST-SC 1 sa AST-SC 6 Minn AST 1 sa AST 7 |
Minn AST 3 sa AST 11 |
Minn AD 5 sa AD 16 |
|||||||||||||
|
Edukazzjoni sekondarja (li tagħti aċċess għall-edukazzjoni postsekondarja) |
Edukazzjoni postsekondarja (kors postsekondarju iżda mhux universitarju jew kors universitarju qasir ta’ perjodu ta’ mill-inqas sentejn) |
Edukazzjoni ta’ livell universitarju (mill-anqas tliet snin) |
Edukazzjoni ta’ livell universitarju (erba’ snin jew aktar) |
|||||||||||||
|
Belgique — België — Belgien |
Certificat de l’enseignement secondaire supérieur (CESS)/Diploma secundair onderwijs Diplôme d'aptitude à accéder à l'enseignement supérieur (DAES)/Getuigschrift van hoger secundair onderwijs Diplôme d'enseignement professionnel/Getuigschrift van het beroepssecundair onderwijs |
Candidature/Kandidaat Graduat/Gegradueerde Bachelor/Professioneel gerichte Bachelor |
Bachelor académique (180 crédits) Academisch gerichte Bachelor (180 ECTS) |
Licence/Licentiaat Master Diplôme d'études approfondies (DEA) Diplôme d'études spécialisées (DES) Diplôme d'études supérieures spécialisées (DESS) Gediplomeerde in de Voortgezette Studies (GVS) Gediplomeerde in de Gespecialiseerde Studies (GGS) Gediplomeerde in de Aanvullende Studies (GAS) Agrégation/Aggregaat Ingénieur industriel/Industrieel ingenieur Doctorat/Doctoraal diploma |
||||||||||||
|
България |
Диплома за завършено средно образование |
Специалист по … |
|
Диплома за висше образование Бакалавър Магистър |
||||||||||||
|
Česko |
Vysvědčení o maturitní zkoušce |
Vysvědčení o absolutoriu (Absolutorium) + diplomovaný specialista (DiS.) |
Diplom o ukončení bakalářského studia (Bakalář) |
Diplom o ukončení vysokoškolského studia Magistr Doktor |
||||||||||||
|
Danmark |
Bevis for: Studentereksamen Højere Forberedelseseksamen (HF) Højere Handelseksamen (HHX) Højere Afgangseksamen (HA) Bac pro: Bevis for Højere Teknisk Eksamen (HTX) |
Videregående uddannelser = Bevis for = Eksamensbevis som (erhvervsakademiuddannelse AK) |
Bachelorgrad (BA eller BS) Professionsbachelorgrad Diplomingeniør |
Kandidatgrad/Candidatus Master/Magistergrad (mag.art) Licenciatgrad ph.d.-grad |
||||||||||||
|
Deutschland |
Abitur/Zeugnis der allgemeinen Hochschulreife Fachabitur/Zeugnis der Fachhochschulreife |
|
Fachhochschulabschluss Bachelor |
Hochschulabschluss/Fachhochschulabschluss/Master Magister Artium/Magistra Artium Staatsexamen/Diplom Erstes Juristisches Staatsexamen Doktorgrad |
||||||||||||
|
Eesti |
Gümnaasiumi lõputunnistus + riigieksamitunnistus Lõputunnistus kutsekeskhariduse omandamise kohta |
Tunnistus keskhariduse baasil kutsekeskhariduse omandamise kohta |
Bakalaureusekraad (min 120 ainepunkti) Bakalaureusekraad (< 160 ainepunkti) |
Rakenduskõrghariduse diplom Bakalaureusekraad (160 ainepunkti) Magistrikraad Arstikraad Hambaarstikraad Loomaarstikraad Filosoofiadoktor Doktorikraad (120–160 ainepunkti) |
||||||||||||
|
Éire/Ireland |
Ardteistiméireacht, Grád D3, I 5 ábhar/Leaving Certificate Grade D3 in 5 subjects Gairmchlár na hArdteistiméireachta (GCAT)/Leaving Certificate Vocational Programme (LCVP) |
Teastas Náisiúnta/National Certificate Gnáthchéim bhaitsiléara/Ordinary bachelor degree Dioplóma náisiúnta (ND, Dip.)/National diploma (ND, Dip.) Ardteastas (120 ECTS)/Higher Certificate (120 ECTS) |
Céim onóracha bhaitsiléara (3 bliana/180 ECTS) (BA, B.Sc, B.Eng)/Honours bachelor degree (3 years/180 ECTS) (BA, B.Sc, B.Eng) |
Céim onóracha bhaitsiléara (4 bliana/240 ECTS)/Honours bachelor degree (4 years/240 ECTS) Céim ollscoile/University degree Céim mháistir (60-120 ECTS)/Master’s degree (60-120 ECTS) Dochtúireacht/Doctorate |
||||||||||||
|
Ελλάδα |
Απολυτήριο Γενικού Λυκείου Απολυτήριο Κλασικού Λυκείου Απολυτήριο Τεχνικού Επαγγελματικού Λυκείου Απολυτήριο Ενιαίου Πολυκλαδικού Λυκείου Απολυτήριο Ενιαίου Λυκείου Απολυτήριο Τεχνολογικού Επαγγελματικού Εκπαιδευτηρίου |
Δίπλωμα επαγγελματικής κατάρτισης (IΕΚ) |
|
Πτυχίο ΑΕI (πανεπιστημίου, πολυτεχνείου, ΤΕI) Μεταπτυχιακό Δίπλωμα Ειδίκευσης (2ος κύκλος) Διδακτορικό Δίπλωμα (3ος κύκλος) |
||||||||||||
|
España |
Bachillerato + Curso de Orientación Universitaria (COU) Bachillerato BUP Diploma de Técnico especialista |
FP grado superior (Técnico superior) |
Diplomado/Ingeniero técnico |
Licenciatura Máster Ingeniero Título de Doctor |
||||||||||||
|
France |
Baccalauréat Diplôme d'accès aux études universitaires (DAEU) Brevet de technicien |
Diplôme d'études universitaires générales (DEUG) Brevet de technicien supérieur (BTS) Diplôme universitaire de technologie (DUT) Diplôme d'études universitaires scientifiques et techniques (DEUST) |
Licence |
Maîtrise Maîtrise des sciences et techniques (MST), maîtrise des sciences de gestion (MSG), diplôme d'études supérieures techniques (DEST), diplôme de recherche technologique (DRT), diplôme d'études supérieures spécialisées (DESS), diplôme d'études approfondies (DEA), master 1, master 2 professionnel, master 2 recherche Diplôme des grandes écoles Diplôme d'ingénieur Doctorat |
||||||||||||
|
Hrvatska |
Svjedodžba o državnoj maturi Svjedodžba o završnom ispitu |
Stručni pristupnik/pristupnica |
Baccalaureus/Baccalaurea (sveučilišni prvostupnik/prvostupnica) |
Baccalaureus/Baccalaurea (sveučilišni prvostupnik/prvostupnica) Stručni specijalist Magistar struke Magistar inženjer/magistrica inženjerka (mag. ing) Doktor struke Doktor umjetnosti |
||||||||||||
|
Italia |
Diploma di maturità (vecchio ordinamento) Perito ragioniere Diploma di superamento dell’esame di Stato conclusivo dei corsi di studio di istruzione secondaria superiore |
Diploma universitario (DU) Certificato di specializzazione tecnica superiore Attestato di competenza (4 semestri) |
Diploma di laurea – L (breve) |
Diploma di laurea (DL) Laurea specialistica (LS) Master di I livello Dottorato di ricerca (DR) |
||||||||||||
|
Κύπρος |
Απολυτήριο |
Δίπλωμα = Programmes offered by Public/Private Schools of Higher Education (for the latter accreditation is compulsory) Higher Diploma |
|
Πανεπιστημιακό Πτυχίο/Bachelor Master Doctorat |
||||||||||||
|
Latvija |
Atestāts par vispārējo vidējo izglītību Diploms par profesionālo vidējo izglītību |
Diploms par pirmā līmeņa profesionālo augstāko izglītību |
Bakalaura diploms (min. 120 kredītpunktu) |
Bakalaura diploms (160 kredītpunktu) Profesionālā bakalaura diploms Maģistra diploms Profesionālā maģistra diploms Doktora grāds |
||||||||||||
|
Lietuva |
Brandos atestatas |
Aukštojo mokslo diplomas Aukštesniojo mokslo diplomas |
Profesinio bakalauro diplomas Aukštojo mokslo diplomas |
Aukštojo mokslo diplomas Bakalauro diplomas Magistro diplomas Daktaro diplomas Meno licenciato diplomas |
||||||||||||
|
Luxembourg |
Diplôme de fin d’études secondaires et techniques |
BTS Brevet de maîtrise Brevet de technicien supérieur Diplôme de premier cycle universitaire (DPCU) Diplôme universitaire de technologie (DUT) |
Bachelor Diplôme d'ingénieur technicien |
Master Diplôme d'ingénieur industriel DESS en droit européen |
||||||||||||
|
Magyarország |
Gimnáziumi érettségi bizonyítvány Szakközépiskolai érettségi-képesítő bizonyítvány |
Felsőfokú szakképesítést igazoló bizonyítvány (Higher Vocational Programme) |
Főiskolai oklevél Alapfokozat (Bachelor degree 180 credits) |
Egyetemi oklevél Alapfokozat (Bachelor degree 240 credits) Mesterfokozat (Master degree) (Osztatlan mesterképzés) Doktori fokozat |
||||||||||||
|
Malta |
Advanced Matriculation or GCE Advanced level in 3 subjects (2 of them grade C or higher) Matriculation certificate (2 subjects at Advanced level and 4 at Intermediate level including Systems of Knowledge with overall grade A-C) + Passes in the Secondary Education Certificate examination at Grade 5 2 A Levels (passes A-C) + a number of subjects at Ordinary level, or equivalent |
MCAST diplomas/certificates Higher National Diploma |
Bachelor’s degree |
Bachelor’s degree Master of Arts Doctorate |
||||||||||||
|
Nederland |
Diploma VWO Diploma staatsexamen (2 diploma's) Diploma staatsexamen voorbereidend wetenschappelijk onderwijs (Diploma staatsexamen VWO) Diploma staatsexamen hoger algemeen voortgezet onderwijs (Diploma staatsexamen HAVO) |
Kandidaatsexamen Associate degree (AD) |
Bachelor (WO) HBO bachelor degree Baccalaureus of „Ingenieur” |
HBO/WO Master's degree Doctoraal examen/Doctoraat |
||||||||||||
|
Österreich |
Matura/Reifeprüfung Reife- und Diplomprüfung Berufsreifeprüfung |
Kollegdiplom/Akademiediplom |
Fachhochschuldiplom/Bakkalaureus/Bakkalaurea |
Universitätsdiplom Fachhochschuldiplom Magister/Magistra Master Diplomprüfung, Diplom-Ingenieur Magisterprüfungszeugnis Rigorosenzeugnis Doktortitel |
||||||||||||
|
Polska |
Świadectwo dojrzałości Świadectwo ukończenia liceum ogólnokształcącego |
Dyplom ukończenia kolegium nauczycielskiego Świadectwo ukończenia szkoły policealnej |
Licencjat/Inżynier |
Magister/Magister inżynier Dyplom doktora |
||||||||||||
|
Portugal |
Diploma de Ensino Secundário Certificado de Habilitações do Ensino Secundário |
|
Bacharel Licenciado |
Licenciado Mestre Doutorado |
||||||||||||
|
România |
Diplomă de bacalaureat |
Diplomă de absolvire (colegiu universitar) Învățământ preuniversitar |
Diplomă de licenţă |
Diplomă de licenţă Diplomă de inginer Diplomă de urbanist Diplomă de master Certificat de atestare (studii academice postuniversitare) Diplomă de doctor |
||||||||||||
|
Slovenija |
Maturitetno spričevalo (spričevalo o poklicni maturi) (spričevalo o zaključnem izpitu) |
Diploma višje strokovne šole |
Diploma o pridobljeni visoki strokovni izobrazbi |
Univerzitetna diploma Magisterij Specializacija Doktorat |
||||||||||||
|
Slovensko |
Vysvedčenie o maturitnej skúške |
Absolventský diplom |
Diplom o ukončení bakalárskeho štúdia (Bakalár) |
Diplom o ukončení vysokoškolského štúdia Bakalár (Bc.) Magister Magister/Inžinier ArtD. |
||||||||||||
|
Suomi/Finland |
Ylioppilastutkinto tai peruskoulu + kolmen vuoden ammatillinen koulutus – Studentexamen eller grundskola + treårig yrkesinriktad utbildning Todistus yhdistelmäopinnoista (Betyg över kombinationsstudier) |
Ammatillinen opistoasteen tutkinto – Yrkesexamen på institutnivå |
Kandidaatin tutkinto – Kandidatexamen/Ammattikorkeakoulututkinto – Yrkeshögskoleexamen (min. 120 opintoviikkoa – studieveckor) |
Maisterin tutkinto – Magisterexamen/Ammattikorkeakoulututkinto – Yrkeshögskoleexamen (min. 160 opintoviikkoa – studieveckor) Tohtorin tutkinto (Doktorsexamen) joko 4 vuotta tai 2 vuotta lisensiaatin tutkinnon jälkeen – antingen 4 år eller 2 år efter licentiatexamen Lisensiaatti/Licentiat |
||||||||||||
|
Sverige |
Slutbetyg från gymnasieskolan (3-årig gymnasial utbildning) |
Högskoleexamen (80 poäng) Högskoleexamen, 2 år, 120 högskolepoäng Yrkeshögskoleexamen/Kvalificerad yrkeshögskoleexamen, 1–3 år |
Kandidatexamen (akademisk examen omfattande minst 120 poäng, varav 60 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 10 poäng) Meriter på grundnivå: Kandidatexamen, 3 år, 180 högskolepoäng (Bachelor) |
Magisterexamen (akademisk examen omfattande minst 160 poäng, varav 80 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 20 poäng eller två uppsatser motsvarande 10 poäng vardera)
Meriter på avancerad nivå:
Meriter på forskarnivå:
|
||||||||||||
|
United Kingdom |
General Certificate of Education Advanced level — 2 passes or equivalent (grades A to E) BTEC National Diploma General National Vocational Qualification (GNVQ), advanced level Advanced Vocational Certificate of Education, A level (VCE A level) |
Higher National Diploma/Certificate (BTEC)/SCOTVEC Diploma of Higher Education (DipHE) National Vocational Qualifications (NVQ) Scottish Vocational Qualifications (SVQ) level 4 |
(Honours) Bachelor degree NB: Master’s degree in Scotland |
Honours Bachelor degree Master’s degree (MA, MB, MEng, MPhil, MSc) Doctorate |
||||||||||||
|
NOTE: UK diplomas awarded in 2020 (until 31 December 2020) are accepted without an equivalence. UK diplomas awarded as from 1 January 2021 must be accompanied by an equivalence issued by a competent authority of an EU Member State. |
||||||||||||||||
Tmiem l- ANNESS III, ikklikkja hawn biex terġa’ lura għat-test ewlieni
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/711/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)