Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C/2023/01629

Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

PUB/2023/1754

ĠU C, C/2023/1629, 27.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1629/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1629/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2023/1629

27.12.2023

Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(C/2023/1629)

Image 1

Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida taż-żewġ euro, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Portugall

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro kollha. Bil-għan li tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009  (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-żewġ euro, iżda n-naħa nazzjonali tagħhom fiha disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż emittenti: Il-Portugall

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ

Deskrizzjoni tad-disinn: Il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ (World Youth Day, WYD) sar f’Lisbona f’Awwissu 2023. Il-WYD hija laqgħa dinjija ta’ żgħażagħ, li jixtiequ jieħdu sehem f’laqgħa festiva mal-Papa u ma’ mijiet ta’ eluf ta’ żgħażagħ oħra li jikkondividu l-istess prinċipji universali ta’ paċi, unjoni u fraternità madwar id-dinja kollha.

Id-disinn juri s-Salib tal-Pellegrin, sett ta’ figuri simili għall-bniedem ta’ daqsijiet u sawriet differenti murija bħal fi globu. Fil-qiegħ, żewġ idejn ikopru t-totalità f’ġest li jilqa’ l-inklużjoni u l-universalità li huwa implikat f’din il-laqgħa. Fit-tarf ta’ fuq, żewġ skrizzjonijiet jaqraw “JORNADA MUNDIAL DA JUVENTUDE” (bil-Portugiż, għal JUM DINJI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ) u “LISBOA 2023”. Fuq ix-xifer ta’ taħt, l-arma araldika tal-Portugall, l-iskrizzjoni “PORTUGAL”, il-marka taz-zekka “CASA DA MOEDA” (l-isem taz-Zekka Portugiża) u l-isem tad-disinjatur “JOÃO DUARTE”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 1 015 000

Id-data tal-ħruġ: Lulju 2023


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar il-linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1629/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top