This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62026TN0077
Case T-77/26: Action brought on 5 February 2026 – AUDCB and Others v Commission
Kawża T-77/26: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2026 – AUDCB et vs Il-Kummissjoni
Kawża T-77/26: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2026 – AUDCB et vs Il-Kummissjoni
ĠU C, C/2026/1617, 23.3.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1617/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/1617 |
23.3.2026 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2026 – AUDCB et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-77/26)
(C/2026/1617)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Associação unidos em defesa de Covas de Barroso (AUDCB) (Covas de Barroso, il-Portugall), ClientEarth, Delegación en España (Madrid, Spanja), ClientEarth AISBL (Ixelles, il-Belġju) (rappreżentant: F. Logue, Solicitor, u L. Caldeira, avukat)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla l-partijiet tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, li jinsabu f’ittra tas-26 ta’ Novembru 2025 bir-referenza Ares(2025)10337715, li permezz tagħha l-Kummissjoni ċaħdet talba għal eżami mill-ġdid intern tat-12 ta’ Ġunju 2025 imressqa mir-rikorrenti skont l-Artikolu 10 tar-Regolament Aarhus (1) dwar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/840 tal-25 ta’ Marzu 2025 li tirrikonoxxi ċerti proġetti tal-materja prima kritika bħala Proġetti Strateġiċi skont ir-Regolament (UE) 2024/1252 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2); u |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ din il-proċedura. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “liġi ambjentali” fis-sens tal-Artikolu 2(1)(f) tar-Regolament Aarhus jew, sussidjarjament, fuq żball manifest fl-applikazzjoni tiegħu għat-tielet motiv ta’ eżami mill-ġdid; u żball manifest meta rrifjutat li teżamina mill-ġdid id-deċiżjoni.
|
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi u fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-evalwazzjoni skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament (UE) 2024/1252.
|
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 6 ta' Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU 2006, L 264, p. 13).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/840 tal-25 ta’ Marzu 2025 li tirrikonoxxi ċerti proġetti tal-materja prima kritika bħala Proġetti Strateġiċi skont ir-Regolament (UE) 2024/1252 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C (2025) 1904) (ĠU L 2025,/840).
(3) Ir-Regolament (UE) 2024/1252 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li jistabbilixxi qafas li jiżgura provvista sigura u sostenibbli tal-materja prima kritika u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, (UE) 2018/1724 u (UE) 2019/1020 (ĠU L 2024,/1252, rettifika fil-ĠU L, 2024/90330 u fil-ĠU L, 2024/90589).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1617/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)