Този документ е извадка от уебсайта EUR-Lex.
Документ 62025TN0686
Case T-686/25: Action brought on 6 October 2025 – Ogólnopolski Związek Pracodawców – Niepublicznych Operatorów Pocztowych v Commission
Kawża T-686/25: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ottubru 2025 – Ogólnopolski Związek Pracodawców – Niepublicznych Operatorów Pocztowych vs Il-Kummissjoni
Kawża T-686/25: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ottubru 2025 – Ogólnopolski Związek Pracodawców – Niepublicznych Operatorów Pocztowych vs Il-Kummissjoni
ĠU C, C/2025/6190, 24.11.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6190/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/6190 |
24.11.2025 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ottubru 2025 – Ogólnopolski Związek Pracodawców – Niepublicznych Operatorów Pocztowych vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-686/25)
(C/2025/6190)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrent: Ogólnopolski Związek Pracodawców – Niepublicznych Operatorów Pocztowych (Kraków, il-Polonja) (rappreżentant: W. Knopkiewicz, avukat)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea (UE) C(2024) 7997 tal-15 ta’ Novembru 2024 (ippubblikata fl-4 ta’ Awwissu 2025) dwar il-miżura ta’ għajnuna SA.105121 (2024/NN) fil-forma ta’ kumpens mir-Repubblika tal-Polonja favur Poczta Polska S.A. għall-ispiża netta tal-obbligu ta’ servizz universali għall-perijodu 2021–2025; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 108(2) TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 4(4) tar-Regolament 2015/1589 (1), billi l-Kummissjoni ma ddeċidietx li tiftaħ il-proċedura konformement mal-Artikolu 108(2) TFUE, minkejja li kien għad hemm dubji dwar il-kompatibbiltà tal-miżura nnotifikata mas-suq intern, jiġifieri li l-evalwazzjoni tal-miżura ta’ għajnuna nnotifikata ltaqgħet ma’ diffikultajiet serji fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, bil-konsegwenza li r-rikorrenti, bħala parti interessata, ġiet imċaħda mid-dritt previst fl-Artikolu 6(1) u fl-Artikolu 24(1) tar-Regolament 2015/1589, milli tagħmel osservazzjonijiet dwar il-miżura proposta u, barra minn hekk, konsegwentement, dan seta’ jwassal għal evalwazzjoni żbaljata tal-kompatibbiltà ta’ din il-miżura mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE. |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża tal-partijiet ikkonċernati, jiġifieri motiv ibbażat fuq il-ksur tal-punti(a) u (b) tal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament 2015/1589, sa fejn:
|
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni. |
(1) Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015, li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015 L 248, p. 9).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6190/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)