Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62025TN0648

Kawża T-648/25: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2025 – Shusha Shipholdings Afezco vs Il-Kunsill

ĠU C, C/2025/6302, 1.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6302/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6302/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/6302

1.12.2025

Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2025 – Shusha Shipholdings Afezco vs Il-Kunsill

(Kawża T-648/25)

(C/2025/6302)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Shusha Shipholdings Afezco SA (Baku, l-Ażerbajġan) (rappreżentant: L. Catrain González u C. Thomas, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1495 (1) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2025/1494 (2) (iktar ’il quddiem l-“atti kkontestati”), sa fejn dawn jinkludu l-bastiment tar-rikorrenti fl-Anness XVI tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK (3) u fl-Anness XLII tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 (4);

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-bastiment tar-rikorrenti ma jissodisfax il-kriterji għall-inklużjoni fil-lista li tinsab fl-atti kkontestati u li l-inklużjoni tiegħu fl-Anness XLII ma hijiex iġġustifikata fid-dawl tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3s tar-Regolament Nru 833/2014.

Il-bastiment tar-rikorrenti ma ħa ebda azzjoni kuntrarja għall-limitu fil-prezz tal-Unjoni u Shusha osservat ir-Riżoluzzjoni tal-IMO A.1192 (33).

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq li l-assenza ta’ motivazzjoni u l-assenza ta’ aċċess għall-fajl tal-provi jiksru l-Artikolu 296 TFUE u jwasslu għal ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti.

Il-Kunsill ma pprovdiex lir-rikorrenti r-raġunijiet u l-provi li jsostnu l-inklużjoni ta’ Shusha fil-lista tal-entitajiet li jittrasportaw żejt mhux maħdum li joriġina mir-Russja jew li huwa esportat mir-Russja filwaqt li jwettqu prattiki ta’ trasport marittimu irregolari u b’riskju għoli kif stabbilit fir-Riżoluzzjoni tal-IMO A.1192 (33), kemm qabel l-adozzjoni tal-atti kkontestati kif ukoll sussegwentement.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-inklużjoni tar-rikorrenti fil-lista tikkostitwixxi ksur sproporzjonat tal-libertà ta’ intrapriża, bi ksur tal-Artikoli 16 u 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”).

L-inklużjoni tagħha fl-atti kkontestati tipprevjeni lil Shusha milli jkollha aċċess għall-portijiet tal-Unjoni u milli tirċievi ċerti servizzi minnhom, u għandha effetti kollaterali oħra fuq it-tmexxija tan-negozju. Għaldaqstant, din hija restrizzjoni illegali tal-libertà ta’ intrapriża tar-rikorrenti li tmur kontra l-Artikoli 16 u 52 tal-Karta.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1495 tat-18 ta’ Lulju 2025 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L, 2025/1495, 19.7.2025).

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2025/1494 tat-18 ta’ Lulju 2025 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L, 2025/1494, 19.7.2025).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2014, L 229, p. 13).

(4)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2014, L 229, p. 1).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6302/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top