Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62025TN0620

Kawża T-620/25: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2025 – LJ et vs Eulex Kosovo

ĠU C, C/2025/6301, 1.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6301/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6301/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/6301

1.12.2025

Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2025 – LJ et vs Eulex Kosovo

(Kawża T-620/25)

(C/2025/6301)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: LJ u ħames rikorrenti oħra (rappreżentant: A. Bzdyń, avukat)

Konvenut: Eulex Kosovo

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkonstata li l-kuntratti ta’ xogħol tar-rikorrenti ġew xolti qabel iż-żmien u illegalment;

tagħti lil kull rikorrent kumpens ta’ ammont ekwivalenti għal disa’ xhur paga, inkluża allowance ta’ kuljum;

tagħti lil kull rikorrent rimedju ġust għad-dannu morali;

tordna l-ħlas tal-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ix-xoljiment qabel iż-żmien u illegali tal-kuntratti tagħhom għal żmien determinat.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 22a, 22b u 22c tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll tal-punti 1 u 2 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni (1).


(1)  Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni (ĠU 2019, L 305, p. 17).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6301/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top