This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62025TN0614
Case T-614/25, Trading 4: Request for a preliminary ruling from the Augstākā tiesa (Senāts) (Latvia) made on 25 August 2025 – AS Trading 4 v Valsts ieņēmumu dienests
Kawża T-614/25, Trading 4: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (Senāts) (il-Latvja) fil-25 ta’ Awwissu 2025 – SIA Trading 4 vs Valsts ieņēmumu dienests
Kawża T-614/25, Trading 4: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (Senāts) (il-Latvja) fil-25 ta’ Awwissu 2025 – SIA Trading 4 vs Valsts ieņēmumu dienests
ĠU C, C/2025/5968, 17.11.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5968/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/5968 |
17.11.2025 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (Senāts) (il-Latvja) fil-25 ta’ Awwissu 2025 – SIA Trading 4 vs Valsts ieņēmumu dienests
(Kawża T-614/25, Trading 4)
(C/2025/5968)
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākā tiesa (Senāts)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: SIA Trading 4
Konvenut: Valsts ieņēmumu dienests
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 138(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60), moqri flimkien mal-Artikoli 141 u 197(1) tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta l-prodotti suġġetti għal taxxi speċjali jiġu kkunsinnati taħt arranġament ta’ sospensjoni tat-taxxa fil-kuntest ta’ operazzjoni triangolari u meta jiġi stabbilit li d-debitriċi tat-taxxa hija l-persuna taxxabbli responsabbli għall-ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud stabbilita fit-tielet Stat Membru, dan il-fatt jikkostitwixxi fih innifsu motiv għall-eżenzjoni mit-taxxa – skont l-Artikolu 138(1) tal-imsemmija direttiva – tal-kunsinna mwettqa mill-persuna taxxabbli responsabbli għall-ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud stabbilita fl-ewwel Stat Membru lill-persuna taxxabbli responsabbli għall-ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud stabbilita fit-tieni Stat Membru, bil-kundizzjoni li fit-tilwima jintwera li l-merkanzija tkun effettivament ġiet esportata mill-imsemmi l-ewwel Stat Membru u tkun ġiet ikkunsinnata fit-tielet Stat Memrbu? |
|
2) |
Fil-każ ta’ operazzjoni triangolari, l-Artikolu 138(1) tad-Direttiva 2006/112, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta l-persuna taxxabbli responsabbli għall-ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud stabbilita fl-ewwel Stat Membru tiġi informata li l-persuna taxxabbli responsabbli għall-ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud stabbilita fit-tieni Stat Membru ser tikkunsinna sussegwentement il-merkanzija, b’mod immedjatament, lil persuna taxxabbli responsabbli għall-ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud stabbilita f’tielet Stat Membru, qabel it-tluq ta’ din il-merkanzija mill-ewwel Stat Membru u qabel it-trasport tagħha lil din il-persuna taxxabbli tat-tielet Stat Membru, il-kunsinna mill-persuna taxxabbli responsabbli għall-ħlas tat-taxxa stabbilita fl-ewwel Stat Membru lill-persuna taxxabbli responsabbli għall-ħlas tat-taxxa stabbilita fit-tieni Stat Membru ma hijiex eżentata mit-taxxa fuq il-valur miżjud? |
|
3) |
L-Artikolu 141 tad-Direttiva 2006/112 huwa applikabbli meta, wara operazzjoni triangolari, impriża tat-tielet Stat Membru terġa’ tbigħ din l-istess merkanzija fil-kuntest ta’ din l-istess operazzjoni ta’ trasport uniku ġewwa it-territorju tal-Unjoni Ewropea? |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5968/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)