Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62025TN0475

Kawża T-475/25: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Lulju 2025 – Petropavlovsk vs Il-Kunsill

ĠU C, C/2025/4816, 8.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4816/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4816/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/4816

8.9.2025

Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Lulju 2025 – Petropavlovsk vs Il-Kunsill

(Kawża T-475/25)

(C/2025/4816)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Petropavlovsk plc (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: B. Kennelly, Senior Counsel)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/936 tal-20 ta’ Mejju 2025 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), inkwantu tirrigwarda lir-rikorrenti;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/933 tal-20 ta’ Mejju 2025 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (2), inkwantu jirrigwarda lir-rikorrenti; (iktar ’il quddiem, flimkien, is-“sanzjonijiet”),

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kunsill wettaq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta ddetermina li l-kriterju ta’ deżinjazzjoni kien ġie ssodisfatt. B’mod partikolari, ir-raġunijiet mogħtija mill-Kunsill għall-inklużjoni tar-rikorrenti fis-sanzjonijiet huma evidentement skorretti u ma għandhom l-ebda bażi fir-realtà. Il-Kunsill aġixxa b’mod mhux raġonevoli meta rrifjuta li jikkunsidra s-sanzjonijiet mill-ġdid, inkwantu japplikaw għar-rikorrenti. Il-Kunsill kien imissu wettaq investigazzjoni ulterjuri u wettaq eżami sew tas-suffiċjenza, tal-kredibbiltà, u tal-affidabbiltà tal-materjal li bbaża ruħu fuqu, imma naqas milli jagħmel dan. Ma hemmx bażi fattwali b’saħħitha biżżejjed għas-sanzjonijiet, inkwantu japplikaw għar-rikorrenti u għalhekk għandhom jiġu annullati.


(1)   ĠU L, 2025/936, 20.5.2025.

(2)   ĠU L, 2025/933, 20.5.2025.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4816/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top