This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62025TB0086
Case T-86/25: Order of the General Court of 4 September 2025 – Taylor v Council (Action for annulment – Common foreign and security policy – Restrictive measures taken in respect of actions undermining or threatening the territorial integrity, sovereignty and independence of Ukraine – Reference to the applicant’s name in the identifying information of another person whose name is included on the list – No act adversely affecting a person – Inadmissibility)
Kawża T-86/25: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Settembru 2025 – Taylor vs Il-Kunsill (Rikors għal annullament – Politika esterna u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tal-azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina – Indikazzjoni ta’ isem ir-rikorrent fl-informazzjoni ta’ identifikazzjoni ta’ persuna oħra li isimha huwa inkluż fil-lista – Ebda att li jikkawża preġudizzju – Inammissibbiltà)
Kawża T-86/25: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Settembru 2025 – Taylor vs Il-Kunsill (Rikors għal annullament – Politika esterna u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tal-azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina – Indikazzjoni ta’ isem ir-rikorrent fl-informazzjoni ta’ identifikazzjoni ta’ persuna oħra li isimha huwa inkluż fil-lista – Ebda att li jikkawża preġudizzju – Inammissibbiltà)
ĠU C, C/2025/5587, 27.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5587/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/5587 |
27.10.2025 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Settembru 2025 – Taylor vs Il-Kunsill
(Kawża T-86/25) (1)
(Rikors għal annullament - Politika esterna u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tal-azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina - Indikazzjoni ta’ isem ir-rikorrent fl-informazzjoni ta’ identifikazzjoni ta’ persuna oħra li isimha huwa inkluż fil-lista - Ebda att li jikkawża preġudizzju - Inammissibbiltà)
(C/2025/5587)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Maurice Taylor (Vessy, l-Iżvizzera) (rappreżentanti: A. Carreri, F. Donati u M. Dal Prà, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Nadbath u N. Rouam, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent qiegħed jitlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/3182 tas-16 ta’ Diċembru 2024 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L, 2024/3182) u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/3183 tas-16 ta’ Diċembru 2024 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L, 2024/3183), sa fejn dawn l-atti jikkonċernawh.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Maurice Taylor għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, inkluż dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5587/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)