Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62025CN0758

Kawża C-758/25, Molkerei Alois Müller: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Novembru 2025 – Molkerei Alois Müller GmbH & Co. KG vs Wettbewerbszentrale e. V.

ĠU C, C/2026/1332, 16.3.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1332/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1332/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/1332

16.3.2026

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Novembru 2025 – Molkerei Alois Müller GmbH & Co. KG vs Wettbewerbszentrale e. V.

(Kawża C-758/25, Molkerei Alois Müller)

(C/2026/1332)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Molkerei Alois Müller GmbH & Co. KG

Konvenut: Wettbewerbszentrale e. V.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (1), moqri flimkien mal-Anness tiegħu, jippermetti li indikazzjoni dwar in-nutrizzjoni awtorizzata – b’mod partikolari indikazzjoni relatata ma’ nutrijent imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (2) – tiġi kkompletata permezz ta’ messaġġ li ċertament ma jkunx jidher fl-Anness imsemmi fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 1924/2006 iżda jkun oġġettivament preċiż, jekk jikkostitwixxi, mill-perspettiva tal-konsumatur, kjarifika tal-indikazzjoni dwar in-nutrizzjoni?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

2)

Il-kontenut ta’ messaġġ mhux inkluż fl-Anness imsemmi fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 1924/2006 li jinkludi indikazzjoni dwar in-nutrizzjoni awtorizzata għandu jkun konformi mal-kundizzjonijiet għall-użu tal-indikazzjoni dwar in-nutrizzjoni previsti fl-Anness?


(1)   ĠU 2006, L 404, p. 9, rettifika fil-ĠU 2007, L 12, p. 3.

(2)   ĠU 2011, L 304, p. 18, rettifiki fil-ĠU 2014, L 331, p. 40, fil-ĠU 2016, L 266, p. 7, fil-ĠU 2022, L 35, p. 26, fil-ĠU 2023, L 142, p. 41, u fil-ĠU 2023, L 214, p. 229.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1332/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top