This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62025CN0650
Case C-650/25 P: Appeal brought on 2 October 2025 by Yuri Schefler against the order of the General Court (First Chamber) delivered on 24 July 2025 in Case T-430/24, Schefler v Council
Kawża C-650/25 P: Appell ippreżentat fit-2 ta’ Ottubru 2025 minn Yuri Schefler mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fl-24 ta’ Lulju 2025 fil-Kawża T-430/24, Schefler vs Il-Kunsill
Kawża C-650/25 P: Appell ippreżentat fit-2 ta’ Ottubru 2025 minn Yuri Schefler mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fl-24 ta’ Lulju 2025 fil-Kawża T-430/24, Schefler vs Il-Kunsill
ĠU C, C/2025/5947, 17.11.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5947/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/5947 |
17.11.2025 |
Appell ippreżentat fit-2 ta’ Ottubru 2025 minn Yuri Schefler mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fl-24 ta’ Lulju 2025 fil-Kawża T-430/24, Schefler vs Il-Kunsill
(Kawża C-650/25 P)
(C/2025/5947)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Yuri Schefler (rappreżentant: P. Blanchetier, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
— |
tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-24 ta’ Lulju 2025, Yuri Schefler vs Il-Kunsill (T-430/24, ECLI:EU:T:2025:770); |
|
— |
skont l-Artikolu 170 tar-Regoli tal-Proċedura, jekk l-appell jiġi ddikjarat fondat, tilqa’ t-talbiet imressqa quddiem il-Qorti Ġenerali u, konsegwentement, tannulla l-punt 6(a) tal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/1745 tal-24 ta’ Ġunju 2024 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (1), sa fejn jemenda l-Artikolu 3d(1) tar-Regolament (UE) Nru 833/2014 (2) u, sussidjarjament, jinterpreta l-punt 6(a) tal-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 2024/1745 b’tali mod li dan ma japplikax għas-sitwazzjoni ta’ G. Schefler minħabba l-istatus tiegħu ta’ refuġjat, iċ-ċittadinanza Brittanika tiegħu, l-assenza ta’ rabtiet ekonomiċi, soċjali jew oħrajn mar-Russja, u, barra minn hekk, minħabba li wera r-rieda inekwivoka tiegħu li jabbanduna ċ-ċittadinanza Russa, li l-konsegwenzi tagħha jitħallew għall-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja; |
|
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tal-proċedura, inklużi dawk sostnuti mill-appellant. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka aggravju uniku.
L-ewwel u l-uniku aggravju: dan l-aggravju huwa magħmul minn tliet partijiet, ibbażati fuq l-iżbalji ta’ liġi mwettqa mill-Qorti Ġenerali fid-digriet appellat:
|
1. |
Billi ddikjarat li ma għandiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għat-talba intiża sabiex jiġi kkonstatat li d-dispożizzjoni kkontestata ma hijiex applikabbli għall-appellant minħabba li din kienet intiża sabiex tikseb sentenza dikjaratorja, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fil-punti 12 u 13 tad-digriet appellat; |
|
2. |
Billi qieset li l-appellant ma huwiex individwalment ikkonċernat mill-miżura kkontestata u ma għandux locus standi abbażi tat-tieni parti tas-sentenza tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fil-punti 28 sa 35 tad-digriet appellat; |
|
3. |
Billi qieset li d-dispożizzjoni kkontestata tinvolvi miżuri ta’ implimentazzjoni u li l-appellant ma għandhiex locus standi abbażi tat-tielet parti tas-sentenza tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fil-punti 48 sa 78 tad-digriet appellat. |
(1) ĠU L, 2024/1745, rettifiki fil-ĠU L, 2024/90435, fil-ĠU L, 2024/90606, fil-ĠU L, 2024/90647 u fil-ĠU L, 2025/90057.
(2) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2014, L 229, p. 1, u rettifiki fil-ĠU 2014, L 246, p. 59, u fil-ĠU 2022, L 114, p. 214).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5947/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)