This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62025CN0496
Case C-496/25, Lin III: Request for a preliminary ruling from the Înalta Curte de Casație și Justiție (Romania) lodged on 21 July 2025 – Parchetul de pe lângă Curtea de Apel București, D.S.N., D.C.A., S.R., L.D., I.L., B.T., B.M., G.A.A., A.D., G.C., A.D. v Statul român – Agenția națională de Administrare Fiscală, A.G.
Kawża C-496/25, Lin III: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie (ir-Rumanija) fil-21 ta’ Lulju 2025 – Parchetul de pe lângă Curtea de Apel București, D.S.N., D.C.A., S.R., L.D., I.L., B.T., B.M., G.A.A., A.D., G.C., A.D. vs Statul român – Agenția Națională de Administrare Fiscală, A.G.
Kawża C-496/25, Lin III: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie (ir-Rumanija) fil-21 ta’ Lulju 2025 – Parchetul de pe lângă Curtea de Apel București, D.S.N., D.C.A., S.R., L.D., I.L., B.T., B.M., G.A.A., A.D., G.C., A.D. vs Statul român – Agenția Națională de Administrare Fiscală, A.G.
ĠU C, C/2025/5572, 27.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5572/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/5572 |
27.10.2025 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie (ir-Rumanija) fil-21 ta’ Lulju 2025 – Parchetul de pe lângă Curtea de Apel București, D.S.N., D.C.A., S.R., L.D., I.L., B.T., B.M., G.A.A., A.D., G.C., A.D. vs Statul român – Agenția Națională de Administrare Fiscală, A.G.
(Kawża C-496/25, Lin III (1) )
(C/2025/5572)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Parchetul de pe lângă Curtea de Apel Bucureşti, D.S.N., D.C.A., S.R., L.D., I.L., B.T., B.M., G.A.A., A.D., G.C., A.D.
Konvenuti: Statul român – Agenția Națională de Administrare Fiscală, A.G.
Domandi preliminari
|
1) |
Fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 325 TFUE, tal-Artikolu 1(1) u tal-Artikolu 2(1) tal-Konvenzjoni li saret fuq il-bażi ta’ l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (iktar ’il quddiem il-“Konvenzjoni PIF”) (2) l-assoċjazzjoni ta’ numru ta’ persuni bil-ħsieb li jwettqu frodi tal-VAT tista’ titqies bħala frodi jew kwalunkwe attività illegali oħra li tippreġudika l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea indipendentement mit-twettiq tal-frodi li tikkostitwixxi l-iskop tal-assoċjazzjoni. |
|
2) |
Fil-każ li r-risposta għad-domanda preċedenti tkun fl-affermattiv, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2 TUE, tal-Artikolu 4(2) u (3) TUE, tal-Artikolu 2(2) TFUE, tal-Artikolu 325(1) TFUE u tal-Artikolu 2(1) tal-Konvenzjoni PIF, kif interpretati mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Lulju 2023, Lin (C-107/23 PPU, EU:C:2023:606, iktar ’il quddiem is-“sentenza Lin”), [kif ukoll] tal-Artikolu 20, tal-Artikolu 49(1), tal-Artikolu 52(3) u tal-Artikolu 53 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali li jikkonċernaw reati relatati mal-VAT u reati marbuta ma’ dawn ir-reati, il-qorti nazzjonali għandha ma tapplikax l-istandard nazzjonali ta’ protezzjoni relatat mal-prinċipju ta’ lex mitior kif jirriżulta mill-ġurisprudenza vinkolanti tal-qorti suprema ta’ dan l-Istat Membru, standard li jgħid li l-atti proċedurali li seħħew qabel l-invalidazzjoni tad-dispożizzjoni leġiżlattiva nazzjonali li tirregola l-kawżi ta’ interruzzjoni tat-termini ta’ preskrizzjoni għar-responsabbiltà kriminali ma għandhomx effett li jinterrompu l-preskrizzjoni, meta:
|
(1) L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 8, p. 57.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5572/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)