This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62025CN0419
Case C-419/25 P: Appeal brought on 21 June 2025 by KP against the order of the General Court (Sixth Chamber) delivered on 10 April 2025 in Case T-673/21 AJ-REV, KP v Council and Others
Kawża C-419/25 P: Appell ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2025 minn KP mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fl-10 ta’ April 2025 fil-Kawża T-673/21 AJ-REV, KP vs Il-Kunsill et
Kawża C-419/25 P: Appell ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2025 minn KP mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fl-10 ta’ April 2025 fil-Kawża T-673/21 AJ-REV, KP vs Il-Kunsill et
ĠU C, C/2025/4744, 8.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4744/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/4744 |
8.9.2025 |
Appell ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2025 minn KP mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fl-10 ta’ April 2025 fil-Kawża T-673/21 AJ-REV, KP vs Il-Kunsill et
(Kawża C-419/25 P)
(C/2025/4744)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: KP (rappreżentant: J. Stojsavljevic-Savic, Solicitor)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, Eulex Kosovo
Talbiet
L-appellant jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
— |
tannulla d-digriet appellat; |
|
— |
tagħti għajnuna legali lill-appellant abbażi tat-talba tat-18 ta’ Ottubru 2021; |
|
— |
tikkundanna lill-partijiet oħra fil-proċedura għall-ispejjeż tal-appell u tal-ewwel istanza. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi kkonkludiet li fatt ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Settembru 2024, KS et vs Il-Kunsill et, (C-29/22 P u C-44/22 P, EU:C:2024:725), ma jistax jikkostitwixxi fatt għall-finijiet tal-Artikolu 169(1) tar-Regoli tal-Proċedura.
It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li l-interpretazzjoni korretta tal-liġi kienet teżisti qabel id-digriet tas-26 ta’ Novembru 2021, KP vs Il-Kunsill et (T-673/21 AJ), għaliex fl-10 ta’ Settembru 2024 il-Qorti tal-Ġustizzja ċċarat il-liġi kif dejjem kienet (ex tunc).
It-tielet nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi naqset milli tindirizza partijiet sostantivi tar-rikors u ma pprovdietx motivazzjoni suffiċjenti għad-deċiżjoni tagħha.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4744/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)