This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62025CN0354
Case C-354/25, Waisrinter: Request for a preliminary ruling from the Bundesverwaltungsgericht (Germany) lodged on 27 May 2025 – R. SpA v Bundesrepublik Deutschland
Kawża C-354/25, Waisrinter: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Mejju 2025 – R. SpA vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Kawża C-354/25, Waisrinter: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Mejju 2025 – R. SpA vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
ĠU C, C/2025/4737, 8.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4737/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/4737 |
8.9.2025 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Mejju 2025 – R. SpA vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-354/25, Waisrinter (1) )
(C/2025/4737)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesverwaltungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: R. SpA
Konvenut: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Intervenjent: A. AG
Domandi preliminari
|
1) |
Ir-rekwiżiti fil-qasam tal-ittikkettjar previsti fl-Artikolu 54, fl-Artikolu 55(3) u fl-Artikolu 63(1) tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (2) japplikaw għal prodott mediċinali li fir-rigward tiegħu tkun inħarġet awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq fi Stat Membru u li l-importazzjoni tiegħu fi Stat Membru ieħor tikkostitwixxi importazzjoni parallela meta mqabbla ma’ prodott mediċinali diġà awtorizzat f’dan it-tieni Stat Membru? |
|
2) |
L-Artikolu 63(3) tad-Direttiva 2001/83 għandu jiġi interpretat fis-sens li prodott mediċinali ma huwiex intiż li jiġi pprovdut direttament lill-pazjent jekk jiġi kklassifikat bħala prodott mediċinali suġġett għal preskrizzjoni medika? |
|
3) |
L-Artikolu 63(3) tad-Direttiva 2001/83 għandu effett dirett, b’tali mod li operatur ekonomiku li jixtieq jimporta fil-Ġermanja prodott mediċinali li joriġina minn Stat Membru ieħor jista’ jinvoka din id-dispożizzjoni quddiem il-qrati Ġermaniżi kontra l-konvenuta, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, li ma ttrasponietx din id-dispożizzjoni fid-dritt nazzjonali tagħha jew li ma ttrasponiethiex b’mod komplet? |
|
4) |
L-Artikolu 34 u l-Artikolu 36 TFUE jipprekludu l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali u tad-dritt tal-Unjoni, li jeżiġu l-ittikkettjar tal-imballaġġ primarju b’ċerti indikazzjonijiet minimi fil-lingwa tal-Istat Membru ta’ importazzjoni, għal prodott mediċinali importat b’mod parallel, meta l-ittikkettjar mill-ġdid tal-imballaġġ primarju tal-prodott mediċinali importat b’mod parallel, sabiex jiġu ssodisfatti dawn ir-rekwiżiti fil-qasam tal-ittikkettjar, ma jkunx possibbli minħabba dannu sostanzjali għas-sostenibbiltà tiegħu? |
(1) L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4737/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)