Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62025CN0287

Kawża C-287/25, OPmobility: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fis-16 ta’ April 2025 – Ministre de l'Économie, des Finances et de la Souveraineté industrielle et numérique vs Société OPmobility

ĠU C, C/2025/3869, 21.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3869/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3869/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/3869

21.7.2025

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fis-16 ta’ April 2025 – Ministre de l'Économie, des Finances et de la Souveraineté industrielle et numérique vs Société OPmobility

(Kawża C-287/25, OPmobility)

(C/2025/3869)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d'État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ministre de l’Économie, des Finances et de la Souveraineté industrielle et numérique

Konvenut: Société OPmobility

Domandi preliminari

1)

a)

Il-fatt li l-Istat ta’ residenza ta’ kumpannija li tmexxi grupp fiskalment integrat rrinunzja, skont ir-regoli ta’ territorjalità tat-tassazzjoni fid-dritt nazzjonali tiegħu, għad-dritt li jeżerċita s-setgħa tiegħu li jintaxxa l-profitti tas-sussidjarja mhux residenti ta’ dik il-kumpannija li tinsab fi Stat Membru ieħor, jista’ jqajjem dubji dwar in-natura oġġettivament paragunabbli tas-sitwazzjoni ta’ kumpannija omm residenti li tixtieq tikkostitwixxi entità fiskali waħda ma’ sussidjarja residenti, ma’ dik ta’ kumpannija omm residenti li tixtieq tikkostitwixxi entità fiskali waħda ma’ sussidjarja mhux residenti, sakemm it-tnejn li huma jfittxu li jibbenefikaw mill-vantaġġi tas-sistema ta’ integrazzjoni fiskali?

b)

Il-fatt li l-Istat Membru ta’ residenza ta’ kumpannija li tmexxi grupp fiskalment integrat rrinunzja, skont konvenzjoni għall-ħelsien minn taxxa doppja, għad-dritt li jeżerċita s-setgħa tiegħu li jintaxxa l-profitti tas-sussidjarja mhux residenti ta’ dik il-kumpannija li tinsab fi Stat Membru ieħor jista’ jqajjem dubji dwar in-natura oġġettivament paragunabbli tas-sitwazzjoni ta’ kumpannija omm residenti li tixtieq tifforma entità fiskali waħda ma’ sussidjarja residenti ma’ dik ta’ kumpannija omm residenti li tixtieq tifforma entità fiskali waħda ma’ sussidjarja mhux residenti, sakemm it-tnejn li huma jfittxu li jibbenefikaw mill-vantaġġi tas-sistema ta’ integrazzjoni fiskali?

2)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, f’waħda jew l-oħra tal-partijiet tagħha, l-impossibbiltà, fil-kuntest ta’ sistema ta’ integrazzjoni fiskali bħal dik prevista fl-Artikoli 223 A et seq. tal-Kodiċi Ġenerali tat-Taxxi, li ssir tpaċija bejn il-profitti globali ta’ dan il-grupp, u t-telf definittiv ta’ sussidjarja mhux residenti ta’ kumpannija tal-grupp, tikkostitwixxi waħda mir-regoli ta’ konsolidazzjoni tal-profitti u t-telf fi ħdan l-entità fiskali waħda, kompatibbli, fuq din il-bażi biss, mal-libertà ta’ stabbiliment jew, għall-kuntrarju, tali impossibbiltà għandha titqies bħala r-rifjut ta’ vantaġġ fiskali distint mir-regoli ta’ konsolidazzjoni tal-profitti u t-telf fi ħdan il-grupp, li jikkostitwixxi, fih nnifsu, restrizzjoni sproporzjonata inkompatibbli ma’ din il-libertà?


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3869/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top