Vyberte pokusně zaváděné prvky, které byste chtěli vyzkoušet

Tento dokument je výňatkem z internetových stránek EUR-Lex

Dokument 62024TN0363

Kawża T-363/24: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2024 – Ferngas Netzgesellschaft vs Il-Kummissjoni

ĠU C, C/2024/5242, 2.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5242/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5242/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/5242

2.9.2024

Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2024 – Ferngas Netzgesellschaft vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-363/24)

(C/2024/5242)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Ferngas Netzgesellschaft mbH (Schwaig bei Nürnberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Richter u J. Funke-Kaiser, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tas-26 ta’ Marzu 2024, C(2024) 2041 final, fil-Każ SA.112489 (2024/N);

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tallega ksur tad-drittijiet tagħha għal parteċipazzjoni min-naħa tal-konvenuta. Hija ssostni li l-konvenuta ma tatx bidu għall-proċedura ta’ investigazzjoni formali skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) 2015/1589 (1), minkejja li kien hemm dubji serji dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq intern.

Il-konvenuta awtorizzat lill-benefiċjarju tal-għajnuna SEFE Securing Energy for Europe GmbH (iktar ’il quddiem “SEFE”) jakkwista l-kumplament tal-ishma ta’ WIGA skont ir-regoli fil-qasam tal-għajnuna billi approvat ir-revoka parzjali ta’ projbizzjoni tal-akkwist ikkonfermata mill-Ġermanja, mingħajr ma ħadet inkunsiderazzjoni l-effetti kompetittivi fuq is-swieq tal-infrastruttura inkwistjoni li joperaw fihom WIGA u r-rikorrenti. L-analiżi tal-konvenuta tas-swieq bl-ingrossa tonqos milli tirrikonoxxi s-sitwazzjoni speċjali li teżisti fil-Ġermanja, jiġifieri li diversi operaturi ta’ sistemi ta’ trażmissjoni tal-gass jinsabu f’sitwazzjonijiet kompetittivi b’diversi modi, mhux l-inqas u attwalment f’kompetizzjoni għall-investimenti fl-infrastruttura tan-networks idroġeniċi.

Barra minn hekk, il-konvenuta tiġġustifika l-bżonn li takkwista l-kumplament tal-ishma ta’ WIGA mill-Ġermanja, minn naħa, billi ssostni li l-klassifikazzjoni ta’ BBB fir-rigward ta’ SEFE inkella tkun fil-perikolu wara l-privatizzazzjoni mill-ġdid ta’ SEFE kif ikkonfermata mill-Ġermanja. Ir-raġuni għal dan huwa l-fatt li l-attività kummerċjali iktar riskjuża ta’ SEFE kellha tiġi paċuta b’impenn ikbar ta’ assi immobbli f’infrastruttura tan-network b’riskju iktar baxx. Min-naħa l-oħra, u b’kuntrast ma’ dan, jibqa’ l-fatt, li ma huwiex ikkontestat mill-konvenuta, li n-negozju tal-infrastruttura ta’ SEFE jibqa’ eskluż mill-obbligu ta’ privatizzazzjoni mill-ġdid ikkonfermat mill-Ġermanja. Din l-inkonsistenza interna tindika wkoll diffikultajiet serji fl-eżaminazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq intern.

Diffikultajiet serji li jirrikjedu l-ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali huma indikati wkoll mill-fatt li l-konvenuta teżamina b’mod inkomplet il-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq intern, anki bil-bidla mitluba għall-impenji mogħtija, peress li ssemmi standard ta’ eżami xieraq, iżda ma tapplikahx. B’mod partikolari, il-konvenuta ma teżaminax jekk l-akkwist ta’ WIGA huwiex “indispensabbli” fis-sens tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar (2) sabiex tiġi żgurata l-vijabbiltà fit-tul tal-benefiċjarju tal-għajnuna SEFE.


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015 L 248, p. 9).

(2)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Il-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi mhux finanzjarji f’diffikultà (ĠU 2014 C 249, p. 1).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5242/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Nahoru