EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62024TN0270

Kawża T-270/24: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2024 – Bazhaev vs Il-Kunsill

ĠU C, C/2024/4338, 15.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4338/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4338/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/4338

15.7.2024

Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2024 – Bazhaev vs Il-Kunsill

(Kawża T-270/24)

(C/2024/4338)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Musa Yusopovich Bazhaev (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: T. Bontinck, M. Brésart u J. Goffin, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

prinċipalment, tiddikjara illegali l-kriterju ta’ inklużjoni previst fil-punt (e) tal-Artikolu 1(1) u fil-punt (g) tal-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK, kif ukoll fil-punt (g) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2014/269, peress li jkopri “negozjanti ewlenin li joperaw fir-Russja u l-membri tal-familja immedjati tagħhom, jew persuni fiżiċi oħra, li jibbenefikaw minnhom, jew negozjanti […] involuti f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna” u għalhekk:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/847 (1) tat-12 ta’ Marzu 2024, sa fejn tinkludi l-isem tar-rikorrent fl-anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/849 (2) tat-12 ta’ Marzu 2024, sa fejn jinkludi l-isem tar-rikorrent fl-anness tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2014/269 tas-17 ta’ Marzu 2014;

sussidjarjament, abbażi tal-motivi l-oħra invokati mir-rikorrent:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/847 tat-12 ta’ Marzu 2024, sa fejn tinkludi l-isem tar-rikorrent fl-anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/849 tat-12 ta’ Marzu 2024, sa fejn jinkludi l-isem tar-rikorrent fl-anness tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2014/269 tas-17 ta’ Marzu 2014;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq eċċezzjoni ta’ illegalità tal-kriterju (g) previst fl-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni 2014/145.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrent.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għal smigħ.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/847 tat-12 ta’ Marzu 2024 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L, 2024/847).

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/849 tat-12 ta’ Marzu 2024 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L, 2024/849).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4338/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top