Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62024TA0433

Kawża T-433/24: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Frar 2026 – Batchelor vs Il-Kummissjoni (Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Regolament (UE) 2022/1925 – Dokumenti relatati man-nomina bħala gwardjan – Rifjut ta’ aċċess – Obbligu ta’ motivazzjoni – Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-proċeduri ġudizzjarji – Eċċezzjoni li tirrigwarda l-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ awditu – Interess pubbliku superjuri – Obbligu ta’ motivazzjoni)

ĠU C, C/2026/2029, 13.4.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2029/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2029/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/2029

13.4.2026

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Frar 2026 – Batchelor vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-433/24)  (1)

(Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Regolament (UE) 2022/1925 - Dokumenti relatati man-nomina bħala gwardjan - Rifjut ta’ aċċess - Obbligu ta’ motivazzjoni - Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-proċeduri ġudizzjarji - Eċċezzjoni li tirrigwarda l-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ awditu - Interess pubbliku superjuri - Obbligu ta’ motivazzjoni)

(C/2026/2029)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Edward William Batchelor (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L.-M. Osepciu, barrister)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Burón Pérez u A.-C. Simon, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2024) 3818 final tat-2 ta’ Ġunju 2024 li tiċħad l-applikazzjoni konfermatorja tiegħu għal aċċess għal dokumenti, skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Edward William Batchelor huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)   ĠU C, C/2024/6103, 21.10.2024.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2029/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top