This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62024CN0842
Case C-842/24, DNO Yemen: Request for a preliminary ruling from the Cour de cassation (France) lodged on 6 December 2024 – DNO Yemen AS v Petrolin Trading Limited, Moe Oil & Gas Yemen Limited, The Ministry of Oil and Minerals (of The Republic of Yemen), Yemen Oil & Gas Corporation/The Yemen Company, Dove Energy Limited, liquidated
Kawża C-842/24, DNO Yemen: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fis-6 ta’ Diċembru 2024 – DNO Yemen AS vs Petrolin Trading Limited, Moe Oil & Gas Yemen Limited, The Ministry of Oil and Minerals (of The Republic of Yemen), Yemen Oil & Gas Corporation / The Yemen Company, Dove Energy Limited, stralċata
Kawża C-842/24, DNO Yemen: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fis-6 ta’ Diċembru 2024 – DNO Yemen AS vs Petrolin Trading Limited, Moe Oil & Gas Yemen Limited, The Ministry of Oil and Minerals (of The Republic of Yemen), Yemen Oil & Gas Corporation / The Yemen Company, Dove Energy Limited, stralċata
ĠU C, C/2025/5431, 20.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5431/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/5431 |
20.10.2025 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fis-6 ta’ Diċembru 2024 – DNO Yemen AS vs Petrolin Trading Limited, Moe Oil & Gas Yemen Limited, The Ministry of Oil and Minerals (of The Republic of Yemen), Yemen Oil & Gas Corporation / The Yemen Company, Dove Energy Limited, stralċata
(Kawża C-842/24, DNO Yemen)
(C/2025/5431)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: DNO Yemen AS
Konvenuti: Petrolin Trading Limited, Moe Oil & Gas Yemen Limited, The Ministry of Oil and Minerals (of The Republic of Yemen), Yemen Oil & Gas Corporation / The Yemen Company, Dove Energy Limited, stralċata
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1352/2014 tat-18 ta’ Diċembru 2014 rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen (1), għandu jiġi interpretat, fid-dawl tal-linji gwida ppubblikati mill-Kunsill, aġġornati fl-4 ta’ Mejju 2018, fis-sens li t-tqegħid għad-dispożizzjoni indirett jista’ jinftiehem bħala t-tqegħid ta’ fondi għad-dispożizzjoni ta’ entitajiet pubbliċi mhux suġġetti għall-miżuri restrittivi, jekk jiġi stabbilit li l-persuni suġġetti għal dawn il-miżuri jeżerċitaw, fi ħdan dawn l-entitajiet, influwenza li tikkompeti ma’ dik tal-Gvern leġittimu mhux suġġett għal dawn il-miżuri? |
|
2) |
Meta l-eżistenza ta’ din l-influwenza kompetitriċi tiġi stabbilita, l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1352/2014 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-entitajiet li l-fondi jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħhom huma preżunti li huma kkontrollati mill-persuni suġġetti għall-miżuri restrittivi? Fil-każ ta’ risposta fil-pożittiv, din il-preżunzjoni tippermetti l-produzzjoni ta’ prova kuntrarja? F’dan ir-rigward, il-fatt li l-Gvern leġittimu, li ma huwiex suġġett għall-miżuri restrittivi, ma jikkooperax mal-persuni suġġetti għal dawn il-miżuri huwa rilevanti? |
|
3) |
Meta l-provi prodotti quddiem il-qorti nazzjonali ma jippermettux li jiġi evalwat jekk l-influwenza determinanti fi ħdan l-entità li l-fondi jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha toriġinax mill-Gvern leġittimu jew mill-persuni suġġetti għas-sanzjonijiet, is-sempliċi riskju raġonevoli li dawn tal-aħħar jibbenefikaw finalment minn dawn il-fondi kollha jew minn parti minnhom huwa suffiċjenti sabiex jiġu applikati s-sanzjonijiet? |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5431/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)