Ez a dokumentum az EUR-Lex webhelyről származik.
Dokumentum 62024CN0487
Case C-487/24 P: Appeal brought on 10 July 2024 by Lorenz Kiene, Classic Tankstellen GmbH & Co. KG, eFuel GmbH and eFuel Projektentwicklung GmbH against the order of the General Court (Third Chamber) delivered on 2 May 2024 in Case T-419/23, Kiene and Others v European Parliament and Council of the European Union
Kawża C-487/24 P: Appell ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2024 minn Herrn Lorenz Kiene, Classic Tankstellen GmbH & Co. KG, eFuel GmbH u eFuel Projektentwicklung GmbH mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-2 ta’ Mejju 2024 fil-Kawża T-419/23, Kiene et vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Kawża C-487/24 P: Appell ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2024 minn Herrn Lorenz Kiene, Classic Tankstellen GmbH & Co. KG, eFuel GmbH u eFuel Projektentwicklung GmbH mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-2 ta’ Mejju 2024 fil-Kawża T-419/23, Kiene et vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
ĠU C, C/2024/5311, 9.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5311/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/5311 |
9.9.2024 |
Appell ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2024 minn Herrn Lorenz Kiene, Classic Tankstellen GmbH & Co. KG, eFuel GmbH u eFuel Projektentwicklung GmbH mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-2 ta’ Mejju 2024 fil-Kawża T-419/23, Kiene et vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-487/24 P)
(C/2024/5311)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Lorenz Kiene, Classic Tankstellen GmbH & Co. KG, eFuel GmbH, eFuel Projektentwicklung GmbH (rappreżentanti: A. Dlouhy, E. Macher, M. Soppe, Rechtsanwälte)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
— |
tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-419/23 tat-2 ta’ Mejju 2024; |
|
— |
tannulla l-Artikolu 1(1)(a) sa (d) tar-Regolament (UE) 2023/851 (1); |
|
— |
sussidjarjament, tibgħat lura l-Kawża T-419/23 quddiem il-Qorti Ġenerali għal kwalunkwe deċiżjoni neċessarja; |
|
— |
tordna lill-partijiet l-oħra jħallsu l-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi l-ispejjeż legali sostnuti mill-appellanti fil-Kawża T-419/23. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti huma impriżi li joperaw fl-iżvilupp, fil-produzzjoni u fil-bejgħ ta’ fjuwils b’livell żero ta’ emissjonijiet tal-karbonju fil-qasam tat-traffiku tat-triq. Permezz tal-appell tagħhom, l-appellanti qegħdin jikkontestaw id-digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Mejju 2024, li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors tagħhom għal annullament kontra l-Artikolu 1(1) tar-Regolament 2023/851 bħala inammissibbli.
L-ewwel aggravju: applikazzjoni u evalwazzjoni tal-kriterju ta’ inċidenza individwali fis-sens tat-tieni varjazzjoni tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE minħabba komprensjoni u klassifikazzjoni legali żbaljati tal-fatti.
It-tieni aggravju: ksur tad-dritt għal smigħ tal-appellanti, b’mod partikolari minħabba evalwazzjoni żbaljata tar-rekwiżiti tal-inċidenza individwali fis-sens tat-tieni varjazzjoni fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u minħabba nuqqas li tiġi rrikonoxxuta l-assenza tal-possibbiltà ta’ rimedji ġudizzjarji oħra.
(1) Regolament (UE) 2023/851 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ April 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2019/631 fir-rigward tat-tisħiħ tal-istandards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 għall-karozzi ġodda tal-passiġġieri u għall-vetturi kummerċjali ħfief ġodda f’konformità mal-ambizzjoni klimatika akbar tal-Unjoni (ĠU 2023, L 110, p. 5)
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5311/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)