Dit document is overgenomen van EUR-Lex
Document 62024CN0211
Case C-211/24, LEGO: Request for a preliminary ruling from the Fővárosi Törvényszék (Hungary) lodged on 18 March 2024 – LEGO A/S v Pozitív Energiaforrás Kft.
Kawża C-211/24, LEGO: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fit18 ta’ Marzu 2024 – LEGO A/S vs Pozitív Energiaforrás Kft.
Kawża C-211/24, LEGO: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fit18 ta’ Marzu 2024 – LEGO A/S vs Pozitív Energiaforrás Kft.
ĠU C, C/2024/3593, 17.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3593/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/3593 |
17.6.2024 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fit-18 ta’ Marzu 2024 – LEGO A/S vs Pozitív Energiaforrás Kft.
(Kawża C-211/24, LEGO)
(C/2024/3593)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fġvárosi Törvényszék
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: LEGO A/S
Konvenut: Pozitiv Energiaforrás Kft.
Domandi preliminari
|
1. |
F’kawża bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha l-proprjetarju jinvoka disinn protett skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat-12 ta’ Diċembru 2001 dwar id-disinji Komunitarji (1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament”), fir-rigward ta’ blokka ta’ kostruzzjoni waħda jew iktar ta’ logħba ta’ kostruzzjoni tal-konvenuta li jissodisfaw l-istess funzjoni ta’ assemblaġġ bħall-blokok tad-disinn tar-rikorrenti, għandha titqies li hija konformi mad-dritt tal-Unjoni, prattika ġudizzjarja li permezz tagħha l-qrati nazzjonali, meta jiddeterminaw il-portata tal-protezzjoni, fis-sens tal-Artikolu 10 tar-Regolament, tad-disinn tar-rikorrenti:
|
|
2. |
Fil-każ li, f’kawża bil-karatteristiċi indikati iktar ’il fuq, għandu jiġi konkluż li l-protezzjoni mogħtija mid-disinn tar-rikorrenti testendi għal parti waħda jew għal ftit partijiet preżenti fil-logħob ta’ kostruzzjoni tal-konvenuta, li, madankollu, jikkostitwixxu numru żgħir ta’ blokok ta’ kostruzzjoni meta mqabbla mal-blokok kollha, id-dritt tal-Unjoni jippermetti r-rikonoxximent ta’ setgħa ta’ evalwazzjoni li permezz tagħha l-qorti tiċħad, fid-dawl tan-natura parzjali tal-ksur, tal-gravità limitata u tal-portata tal-ksur fir-rigward tal-prodott fl-intier tiegħu u tal-interessi marbuta mal-kummerċ mingħajr restrizzjoni ta’ logħba ta’ kostruzzjoni li fil-parti l-kbira tagħha ma hijiex ikkontestata, raġunijiet li jikklassifikaw bħala “raġunijiet fondati” fis-sens tal-Artikolu 89(1) tar-Regolament, it-talba intiża li tkun ipprojbita l-kontinwazzjoni tal-importazzjoni fil-pajjiż tal-logħba ta’ kostruzzjoni? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 142.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3593/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)