This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62024CN0199
Case C-199/24, Garrapatica: Request for a preliminary ruling from the Attunda tingsrätt (Sweden) lodged on 13 March 2024 – ND v Garrapatica AB
Kawża C-199/24, Garrapatica: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Attunda tingsrätt (l-Isvezja) fit13 ta’ Marzu 2024 ND vs Garrapatica AB
Kawża C-199/24, Garrapatica: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Attunda tingsrätt (l-Isvezja) fit13 ta’ Marzu 2024 ND vs Garrapatica AB
ĠU C, C/2024/3161, 21.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3161/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/3161 |
21.5.2024 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Attunda tingsrätt (l-Isvezja) fit-13 ta’ Marzu 2024 ND vs Garrapatica AB
(Kawża C-199/24, Garrapatica)
(C/2024/3161)
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Attunda tingsrätt
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: ND
Konvenut: Garrapatica AB
Domandi preliminari
|
1. |
L-Artikolu 85(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (1) jagħmilha possibbli għall-Istati Membri li jadottaw miżuri leġiżlattivi flimkien ma’ dawk li għandhom jadottaw skont l-Artikolu 85(2) tar-regolament li jikkonċerna l-ipproċessar ta’ data personali għal finijiet oħra minbarra dawk ġurnalistiċi jew għall-finijiet ta’ espressjoni akkademika, artistika jew letterarja? |
|
2. |
Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda: L-Artikolu 85(1) tal-GDPR jippermetti r-rikonċiljazzjoni tad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali skont dak ir-regolament mal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, li jimplika li l-uniku rimedju ġudizzjarju disponibbli għal persuna li d-data personali tagħha tiġi pproċessata billi l-kundanni kriminali fil-konfront ta’ dik il-persuna jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq l-internet, bi ħlas, huwa l-ftuħ ta’ proċeduri kriminali għal malafama jew azzjoni għad-danni għal malafama? |
|
3. |
Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel jew għat-tieni domanda: Attività li tikkonsisti fit-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq l-internet bi ħlas, mingħajr ipproċessar jew modifika, ta’ dokumenti pubbliċi fil-forma ta’ kundanni kriminali tista’ tikkostitwixxi pproċessar ta’ data personali għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 85(2) tal-GDPR? |
(1) ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3161/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)