This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62024CA0761
Case C-761/24, AXA Bank Belgium and Others: Judgment of the Court (Eighth Chamber) of 23 April 2026 (request for a preliminary ruling from the Budapest Környéki Törvényszék – Hungary) – HM, JD v AXA Bank Belgium SA, OTP Bank Nyrt., OTP Faktoring Követeléskezelő Zrt. (Reference for a preliminary ruling – Consumer protection – Unfair terms in consumer contracts concluded between a seller or supplier and a consumer – Directive 93/13/EEC – Article 2(c) – Concept of seller or supplier – Article 6(1) – Effects of the finding that such a term is unfair – Invalidity of the contract – Article 7(1) – Deterrent effect of the prohibition on unfair terms – Loan agreement denominated in foreign currency – Contractual term placing the exchange rate risk on the consumer – Transfer of a contract among sellers or suppliers under national law – Seller or supplier against whom the consumer may assert the legal consequences of the invalidity of an unfair term in the transferred contract)
Kawża C-761/24, AXA Bank Belgium et: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-23 ta’ April 2026 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Budapest Környéki Törvényszék – l-Ungerija) – HM, JD vs AXA Bank Belgium SA, OTP Bank Nyrt., OTP Faktoring Követeléskezelő Zrt. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Klawżoli inġusti f’kuntratti konklużi bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur – Direttiva 93/13/KEE – Artikolu 2(ċ) – Kunċett ta’ bejjiegħ jew fornitur – Artikolu 6(1) – Effetti tal-konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ tali klawżola – Invalidità tal-kuntratt – Artikolu 7(1) – Effett dissważiv tal-projbizzjoni ta’ klawżoli inġusti – Kuntratt ta’ self iddenominat f’munita barranija – Klawżola kuntrattwali li tpoġġi r-riskju tal-kambju fuq il-konsumatur – Ċessjoni bejn bejjiegħa jew fornituri skont id-dritt nazzjonali – Bejjiegħ jew fornitur li fir-rigward tiegħu l-konsumatur jista’ jinvoka l-konsegwenzi legali tal-invalidità ta’ klawżola inġusta li tinsab fil-kuntratt ittrasferit)

ĠU C, C/2026/3279, 29.6.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/3279/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/3279 |
29.6.2026 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-23 ta’ April 2026 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Budapest Környéki Törvényszék – l-Ungerija) – HM, JD vs AXA Bank Belgium SA, OTP Bank Nyrt., OTP Faktoring Követeléskezelő Zrt.
(Kawża C-761/24 (1) , AXA Bank Belgium et)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Klawżoli inġusti f’kuntratti konklużi bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur - Direttiva 93/13/KEE - Artikolu 2(ċ) - Kunċett ta’ “bejjiegħ jew fornitur” - Artikolu 6(1) - Effetti tal-konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ tali klawżola - Invalidità tal-kuntratt - Artikolu 7(1) - Effett dissważiv tal-projbizzjoni ta’ klawżoli inġusti - Kuntratt ta’ self iddenominat f’munita barranija - Klawżola kuntrattwali li tpoġġi r-riskju tal-kambju fuq il-konsumatur - Ċessjoni bejn bejjiegħa jew fornituri skont id-dritt nazzjonali - Bejjiegħ jew fornitur li fir-rigward tiegħu l-konsumatur jista’ jinvoka l-konsegwenzi legali tal-invalidità ta’ klawżola inġusta li tinsab fil-kuntratt ittrasferit)
(C/2026/3279)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Budapest Környéki Törvényszék
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: HM, JD
Konvenuti: AXA Bank Belgium SA, OTP Bank Nyrt., OTP Faktoring Követeléskezelő Zrt.
Dispożittiv
L-Artikolu 2(ċ), l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur,
għandhom jiġu interpretati fis-sens li:
ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-konsumatur li jkun ikkonkluda kuntratt ma’ istituzzjoni ta’ kreditu, sussegwentement ittrasferit lil istituzzjoni ta’ kreditu oħra, għandu jinvoka d-drittijiet li huwa jislet minn din id-direttiva biss fir-rigward taċ-ċessjonarju ta’ dan il-kuntratt, sakemm dan it-trasferiment ma jrendix impossibbli fil-prattika jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet li dan il-konsumatur jislet minn din id-direttiva.
(1) ĠU C, C/2025/1075.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/3279/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)