Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62024CA0540

Kawża C-540/24, Cabris lnvestments: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Ottubru 2025 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Handelsgericht Wien – l-Awstrija) – Cabris lnvestments Ltd vs Revetas Capital Advisors LLP (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali – Regolament (UE) Nru 1215/2012 – Kamp ta’ applikazzjoni – Artikolu 25 – Klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni – Partijiet kontraenti stabbiliti fl-istess Stat terz – Attribuzzjoni lill-qrati ta’ Stat Membru tal-ġurisdizzjoni għall-konjizzjoni ta’ tilwim li jinbet minn dan il-kuntratt – Element barrani – Konsegwenzi tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea)

ĠU C, C/2025/6290, 1.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6290/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6290/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/6290

1.12.2025

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Ottubru 2025 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Handelsgericht Wien – l-Awstrija) – Cabris lnvestments Ltd vs Revetas Capital Advisors LLP

(Kawża C-540/24  (1) , Cabris lnvestments)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Kamp ta’ applikazzjoni - Artikolu 25 - Klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni - Partijiet kontraenti stabbiliti fl-istess Stat terz - Attribuzzjoni lill-qrati ta’ Stat Membru tal-ġurisdizzjoni għall-konjizzjoni ta’ tilwim li jinbet minn dan il-kuntratt - Element barrani - Konsegwenzi tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea)

(C/2025/6290)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Handelsgericht Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Cabris lnvestments Ltd

Konvenut: Revetas Capital Advisors LLP

Dispożittiv

L-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

taqa’ taħt din id-dispożizzjoni sitwazzjoni li fiha żewġ partijiet kontraenti ddomiċiljati fit-territorju tar-Renju Unit jaqblu, permezz ta’ ftehim li jattribwixxi ġurisdizzjoni konkluż matul il-perijodu tranżitorju previst fil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, dwar il-ġurisdizzjoni ta’ qorti ta’ Stat Membru għall-konjizzjoni ta’ tilwim li jinbet minn dan il-kuntratt, minkejja li din il-qorti tkun ġiet adita b’tilwima bejn dawn il-partijiet wara t-tmiem ta’ dan il-perijodu.


(1)  ĠU C C/2024/6635.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6290/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top