This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62024CA0252
Case C-252/24, Prisum Healthcare: Judgment of the Court (Ninth Chamber) of 8 May 2025 (request for a preliminary ruling from the Curtea de Apel Bucureşti – Romania) – Prisum Healthcare SRL v Autoritatea Vamală Română (Reference for a preliminary ruling – Customs union – Common Customs Tariff – Combined Nomenclature – Tariff classification – Headings 2106 and 2202 – Food supplement in liquid form)
Kawża C-252/24, Prisum Healthcare: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-8 ta’ Mejju 2025 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Bucureşti – ir-Rumanija) – Prisum Healthcare SRL vs Autoritatea Vamală Română (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Unjoni doganali – Tariffa doganali komuni – Nomenklatura Magħquda – Klassifikazzjoni tariffarja – Intestaturi 2106 u 2202 – Suppliment tal-ikel f’forma likwida)
Kawża C-252/24, Prisum Healthcare: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-8 ta’ Mejju 2025 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Bucureşti – ir-Rumanija) – Prisum Healthcare SRL vs Autoritatea Vamală Română (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Unjoni doganali – Tariffa doganali komuni – Nomenklatura Magħquda – Klassifikazzjoni tariffarja – Intestaturi 2106 u 2202 – Suppliment tal-ikel f’forma likwida)
ĠU C, C/2025/3387, 30.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3387/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/3387 |
30.6.2025 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-8 ta’ Mejju 2025 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Bucureşti – ir-Rumanija) – Prisum Healthcare SRL vs Autoritatea Vamală Română
(Kawża C-252/24 (1) , Prisum Healthcare)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali - Tariffa doganali komuni - Nomenklatura Magħquda - Klassifikazzjoni tariffarja - Intestaturi 2106 u 2202 - Suppliment tal-ikel f’forma likwida)
(C/2025/3387)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Bucureşti
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Prisum Healthcare SRL
Konvenut: Autoritatea Vamală Română
Dispożittiv
In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, fil-verżjoni li tirriżulta mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1998 tal-20 ta’ Settembru 2022,
għandha tiġi interpretata fis-sens li:
preparazzjoni tal-ikel f’forma likwida li jkun fiha l-ħadid fil-forma ta’ sulfat tal-ħadid, kumpless ta’ vitamini, imluħa minerali, estratti tal-ħxejjex, estratti naturali tal-frott, nutrijenti oħra, għasel, zokkor u ġulepp tal-glukosju, li tiġi kkonsmata bħala tali f’doża ta’ żewġ kuċċarini kuljum, ikkummerċjalizzata fi fliexken tal-plastik ta’ 200 millilitru, intiża għal użu speċifiku għall-produzzjoni tal-emoglobina u taċ-ċelloli tad-demm ħomor u li jkollha l-funzjoni ta’ suppliment tal-ikel li jikkontribwixxi għall-bilanċ tas-saħħa, għall-benesseri ġenerali tal-ġisem u għall-funzjonament normali tas-sistema immunitarja, taqa’ taħt l-intestatura 2202 ta’ din in-nomenklatura.
(1) ĠU C, C/2024/4444.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3387/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)