Este documento é um excerto do sítio EUR-Lex
Documento 62024CA0213
Case C-213/24, Grzera: Judgment of the Court (Sixth Chamber) of 3 April 2025 (request for a preliminary ruling from the Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu – Poland) – E. T. v Dyrektor Izby Administracji Skarbowej we Wrocławiu (Reference for a preliminary ruling – Common system of value added tax (VAT) – Directive 2006/112/EC – Article 9(1) – Concepts of taxable person and economic activity – Sale of agricultural land for residential development – Preparation for sale by an agent acting as a professional trader – Statutory joint ownership of assets between co-owning spouses)
Kawża C-213/24, Grzera: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-3 ta’ April 2025 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu – il-Polonja) – E. T. vs Dyrektor Izby Administracji Skarbowej we Wrocławiu (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 9(1) – Kunċetti ta’ persuna taxxabbli u ta’ attività ekonomika – Bejgħ ta’ art agrikola għall-iżvilupp residenzjali – Preparazzjoni għall-bejgħ minn mandatarju awtorizzat jaġixxi bħala operatur professjonist – Komunjoni tal-akkwisti bejn konjuġi proprjetarji)
Kawża C-213/24, Grzera: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-3 ta’ April 2025 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu – il-Polonja) – E. T. vs Dyrektor Izby Administracji Skarbowej we Wrocławiu (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 9(1) – Kunċetti ta’ persuna taxxabbli u ta’ attività ekonomika – Bejgħ ta’ art agrikola għall-iżvilupp residenzjali – Preparazzjoni għall-bejgħ minn mandatarju awtorizzat jaġixxi bħala operatur professjonist – Komunjoni tal-akkwisti bejn konjuġi proprjetarji)
ĠU C, C/2025/3023, 10.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3023/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/3023 |
10.6.2025 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-3 ta’ April 2025 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu – il-Polonja) – E. T. vs Dyrektor Izby Administracji Skarbowej we Wrocławiu
(Kawża C-213/24 (1) , Grzera (2) )
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 9(1) - Kunċetti ta’ “persuna taxxabbli” u ta’ “attività ekonomika” - Bejgħ ta’ art agrikola għall-iżvilupp residenzjali - Preparazzjoni għall-bejgħ minn mandatarju awtorizzat jaġixxi bħala operatur professjonist - Komunjoni tal-akkwisti bejn konjuġi proprjetarji)
(C/2025/3023)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: E. T.
Konvenut: Dyrektor Izby Administracji Skarbowej we Wrocławiu
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li: tista’ titqies bħala persuna suġġetta għat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) li teżerċita attività ekonomika b’mod indipendenti persuna li tittrasferixxi art li inizjalment tkun tifforma parti mill-patrimonju personali tagħha billi tafda l-preparazzjoni tal-bejgħ lil operatur professjonist, li jwettaq, fil-kwalità ta’ mandatarju ta’ din il-persuna, passi attivi ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-art billi juża, għal dan il-bejgħ, mezzi simili għal dawk użati minn produttur, minn kummerċjant jew minn fornitur ta’ servizzi fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. |
|
2) |
L-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li: fil-kuntest ta’ tranżazzjoni ta’ bejgħ ikklassifikata bħala attività ekonomika fis-sens ta’ din id-direttiva, ma jipprekludix li l-komunjoni tal-akkwisti ffurmata mill-konjuġi koproprjetarji titqies bħala persuna taxxabbli li teżerċita attività ekonomika b’mod indipendenti, jekk dawn il-konjuġi jidhru, fir-rigward ta’ terzi, li jkunu wettqu flimkien it-tranżazzjoni ta’ bejgħ ta’ artijiet li jappartjenu lil din il-komunjoni, li tikkostitwixxi attività ekonomika, u jekk l-imsemmija komunjoni ssostni r-riskju ekonomiku marbut mal-eżerċizzju ta’ din l-attività. |
(1) ĠU C, C/2024/3594.
(2) L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3023/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)