This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62024CA0212
Joined Cases C-212/24, C-226/24 and C-227/24, L.T. and Others (Social allowances in respect of fixed-term agricultural workers): Judgment of the Court (Tenth Chamber) of 8 May 2025 (requests for a preliminary ruling from the Corte d’appello di Firenze – Italy) – L.T. s.s. (C-212/24), A.M. (C-226/24), XXX (C-227/24) v Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS) (References for a preliminary ruling – Social policy – Fixed-term work – Directive 1999/70/EC – Framework agreement on fixed-term work concluded by ETUC, UNICE and CEEP – Clause 4(1) – Principle of non-discrimination against fixed-term workers – Scope – Concept of an employment condition – Fixed-term agricultural labourers – Social security contributions calculated on the basis of remuneration – Remuneration of fixed-term agricultural workers established on the basis of daily working hours completed – Remuneration of permanent agricultural workers established on the basis of a fixed daily working time)
Kawżi magħquda C-212/24, C-226/24 u C-227/24, L.T. et (Allowances soċjali għal ħaddiema agrikoli għal żmien determinat): Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-8 ta’ Mejju 2025 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte d’Appello di Firenze – l-Italja) – L.T. s.s. (C-212/24), A.M. (C-226/24), XXX (C-227/24) vs Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Xogħol għal żmien determinat – Direttiva 1999/70/KE – Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat – Il-punt 1 tal-Klawżola 4 – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni tal-ħaddiema għal żmien determinat – Kamp ta’ applikazzjoni – Kunċett ta’ kundizzjoni ta’ impjieg – Ħaddiema agrikoli għal żmien determinat – Kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali kkalkolati skont ir-remunerazzjonijiet – Remunerazzjonijiet tal-ħaddiema agrikoli għal żmien determinat stabbiliti skont is-sigħat ta’ xogħol ta’ kuljum imwettqa – Remunerazzjonijiet tal-ħaddiema agrikoli għal żmien indeterminat stabbiliti skont is-sigħat ta’ xogħol ta’ kuljum b’rata fissa)

ĠU C, C/2025/3385, 30.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3385/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/3385 |
30.6.2025 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-8 ta’ Mejju 2025 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte d’Appello di Firenze – l-Italja) – L.T. s.s. (C-212/24), A.M. (C-226/24), XXX (C-227/24) vs Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)
(Kawżi magħquda C-212/24 (1) , C-226/24 (2) u C-227/24 (3) , L.T. et (Allowances soċjali għal ħaddiema agrikoli għal żmien determinat))
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Xogħol għal żmien determinat - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat - Il-punt 1 tal-Klawżola 4 - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni tal-ħaddiema għal żmien determinat - Kamp ta’ applikazzjoni - Kunċett ta’ “kundizzjoni ta’ impjieg” - Ħaddiema agrikoli għal żmien determinat - Kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali kkalkolati skont ir-remunerazzjonijiet - Remunerazzjonijiet tal-ħaddiema agrikoli għal żmien determinat stabbiliti skont is-sigħat ta’ xogħol ta’ kuljum imwettqa - Remunerazzjonijiet tal-ħaddiema agrikoli għal żmien indeterminat stabbiliti skont is-sigħat ta’ xogħol ta’ kuljum b’rata fissa)
(C/2025/3385)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte d’Appello di Firenze
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: L.T. s.s. (C-212/24), A.M. (C-226/24), XXX (C-227/24)
Konvenut: Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)
fil-preżenza ta’: Agenzia delle entrate – Riscossione
Dispożittiv
Il-punt 1 tal-klawżola 4 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999 li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP,
għandu jiġi interpretata fis-sens li:
jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, hekk kif interpretata minn qorti nazzjonali suprema, li bis-saħħa tagħha l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, dovuti minn persuni li jimpjegaw ħaddiema agrikoli għal żmien determinat bil-għan li jiffinanzjaw benefiċċji ta’ skema professjonali ta’ sigurtà soċjali, huma kkalkolati skont ir-remunerazzjonijiet imħallsa lil dawn il-ħaddiema għas-sigħat ta’ xogħol ta’ kuljum li huma effettivament ħadmu, filwaqt li l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali dovuti mill-persuni li jimpjegaw ħaddiema agrikoli għal żmien indeterminat huma kkalkolati fuq il-bażi ta’ remunerazzjoni stabbilita għal sigħat tax-xogħol ta’ kuljum b’rata fissa, kif stabbilit mid-dritt nazzjonali, indipendentement mis-sigħat effettivament maħduma.
(1) ĠU C C/2024/3743.
(2) ĠU C C/2024/3745.
(3) ĠU C C/2024/3746.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3385/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)