This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62024CA0080
Case C-80/24, Zwrotybankowe.pl: Judgment of the Court (Fourth Chamber) of 9 October 2025 (request for a preliminary ruling from the Sąd Rejonowy dla Warszawy – Śródmieścia w Warszawie – Poland) – Zwrotybankowe.pl sp. z o.o. v Powszechna Kasa Oszczędności Bank Polski S.A. (Reference for a preliminary ruling – Credit agreements for consumers – Directive 2008/48/EC – Article 22(2) – Imperative nature of that directive – Assignment to a third party by a consumer of his or her claim against a bank – Directive 93/13/EEC – Article 6(1) – Article 7(1) – Unfair terms in consumer contracts – Examination by a national court of its own motion of the unfairness of the terms in a claim assignment agreement which is not subject to an ongoing dispute before that court)
Kawża C-80/24, Zwrotybankowe.pl: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Ottubru 2025 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy dla Warszawy – Śródmieścia w Warszawie – il-Polonja) – Zwrotybankowe.pl sp. z o.o. vs Powszechna Kasa Oszczędności Bank Polski S.A. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi – Direttiva 2008/48/KE – Artikolu 22(2) – Natura imperattiva ta’ din id-direttiva – Trasferiment favur terz minn konsumatur tal-kreditu tiegħu fil-konfront ta’ bank – Direttiva 93/13/KEE – Artikolu 6(1) – Artikolu 7(1) – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Stħarriġ ex officio mill-qorti nazzjonali tan-natura inġusta tal-klawżoli ta’ kuntratt ta’ trasferiment ta’ kreditu li ma huwiex is-suġġett tat-tilwima pendenti quddiem dik il-qorti)

ĠU C, C/2025/6284, 1.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6284/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/6284 |
1.12.2025 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Ottubru 2025 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy dla Warszawy – Śródmieścia w Warszawie – il-Polonja) – Zwrotybankowe.pl sp. z o.o. vs Powszechna Kasa Oszczędności Bank Polski S.A.
(Kawża C-80/24 (1) , Zwrotybankowe.pl)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi - Direttiva 2008/48/KE - Artikolu 22(2) - Natura imperattiva ta’ din id-direttiva - Trasferiment favur terz minn konsumatur tal-kreditu tiegħu fil-konfront ta’ bank - Direttiva 93/13/KEE - Artikolu 6(1) - Artikolu 7(1) - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Stħarriġ ex officio mill-qorti nazzjonali tan-natura inġusta tal-klawżoli ta’ kuntratt ta’ trasferiment ta’ kreditu li ma huwiex is-suġġett tat-tilwima pendenti quddiem dik il-qorti)
(C/2025/6284)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Rejonowy dla Warszawy - Śródmieścia w Warszawie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Zwrotybankowe.pl sp. z o.o.
Konvenut: Powszechna Kasa Oszczędności Bank Polski S.A.
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 22(2) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li: ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lil konsumatur jittrasferixxi għall-benefiċċju ta’ terz, li ma huwiex konsumatur, kreditu bbażat fuq il-ksur ta’ dritt mogħti lilu mil-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi din id-direttiva. |
|
2) |
L-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li: qorti nazzjonali ma hijiex obbligata tistħarreġ ex officio n-natura inġusta ta’ klawżola ta’ kuntratt ta’ trasferiment ta’ kreditu konkluż minn konsumatur meta t-tilwima li hija adita biha, bejn il-kumpannija ċessjonarja u bejjiegħ jew fornitur, ma tkunx tirrigwarda dan il-kuntratt ta’ trasferiment, iżda tkun tirrigwarda l-kreditu tal-konsumatur fil-konfront ta’ dan il-bejjiegħ jew fornitur. |
(1) ĠU C, C/2024/3056.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6284/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)