Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023TN0233

    Kawża T-233/23: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2023 – Gutseriev vs Il-Kunsill

    ĠU C 223, 26.6.2023, p. 39–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.6.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 223/39


    Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2023 – Gutseriev vs Il-Kunsill

    (Kawża T-233/23)

    (2023/C 223/52)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Mikail Safarbekovich Gutseriev (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: B. Kennelly u J. Pobjoy, barristers u D. Anderson, avukat)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    skont l-Artikolu 263 TFUE, tannulla (i) id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/421 tal-24 ta’ Frar 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (ĠU 2023, L 61, p. 41, rettifiki fil-ĠU 2023, L 70, p. 56, u fil-ĠU 2023, L 90, p. 66) u (ii) ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/419 tal-24 ta’ Frar 2023 li jimplimenta l-Artikolu 8a tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (ĠU 2023, L 61, p. 20), sa fejn dawn japplikaw għar-rikorrent (iktar ’il quddiem, flimkien, l-“Atti Kkontestati tal-2023”);

    skont l-Artikolu 277 TFUE, tiddikjara li l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2012 (kif emendata) u l-Artikolu 2(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta’ Mejju 2006 (kif emendata) huma inapplikabbli sa fejn dawn japplikaw għar-rikorrent minħabba illegalità, u konsegwentement tannulla, sa fejn dawn japplikaw għar-rikorrent, l-Atti Kkontestati tal-2023;

    tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tar-rikorrent.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

    1.

    L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kunsill għamel żball manifest ta’ evalwazzjoni meta qies li l-kriterju sabiex ir-rikorrent jitniżżel fil-miżuri kkontestati huwa ssodisfatt.

    2.

    It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kunsill kiser id-drittijiet fundamentali tar-rikorrent, inkluż id-drittijiet għall-ħajja privata, għall-proprjetà u għal-libertà ta’ intrapriża.

    3.

    It-tielet motiv, sussidjarjament, ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ illegalità jekk il-kriterju ta’ nomina fl-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642 u l-Artikolu 2(5) tar-Regolament tal-Kunsill 765/2006 għandu jiġi interpretat bħala li jinkludi kwalunkwe forma ta’ sapport jew kwalunkwe forma ta’ benefiċċju.


    Top