Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023TN0025

    Kawża T-25/23: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2023 – Orgatex vs EUIPO – Longton (Bodenmarkierung)

    ĠU C 94, 13.3.2023, p. 59–59 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.3.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 94/59


    Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2023 – Orgatex vs EUIPO – Longton (Bodenmarkierung)

    (Kawża T-25/23)

    (2023/C 94/71)

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent: Orgatex GmbH & Co. KG (Langenfeld, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Jacobs, M. Maybaum u M. Dümenil, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lawrence Longton (Brindle, ir-Renju Unit)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti

    Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Ewropea “Bodenmarkierung” –disinn tal-Unjoni Nru 1112155-0001

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Novembru 2022 fil-Każ R 110/2022-3

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Bord tal-Appell, inkluż, b’mod partikolari, l-ispejjeż tar-rikorrenti.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 25(1)(a) u tal-Artikolu 3(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002.


    Top