Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023TA1193

Kawża T-1193/23: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2025 – Rimorchiatori Riuniti Panfido & C. vs CINEA (Klawżola ta’ arbitraġġ – Rikors għal annullament – Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) – Programm ta’ Ħidma Pluriennali tal-2014 Awtostradi tal-Baħar – Azzjoni Poseidon Med II – Ftehim ta’ sussidju – Ħlas tal-bilanċ – Rimbors tas-somom imħallsa bil-quddiem – Attività mhux realizzata)

ĠU C, C/2025/4762, 8.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4762/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4762/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/4762

8.9.2025

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2025 – Rimorchiatori Riuniti Panfido & C. vs CINEA

(Kawża T-1193/23)  (1)

(Klawżola ta’ arbitraġġ - Rikors għal annullament - Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) - Programm ta’ Ħidma Pluriennali tal-2014 “Awtostradi tal-Baħar” - Azzjoni “Poseidon Med II” - Ftehim ta’ sussidju - Ħlas tal-bilanċ - Rimbors tas-somom imħallsa bil-quddiem - Attività mhux realizzata)

(C/2025/4762)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Rimorchiatori Riuniti Panfido & C. Srl (Venezia, l-Italja) (rappreżentant: M. Solveni, avukat)

Konvenut: L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent (rappreżentanti: I. Ramallo, N. Kopietz u V. Bard, aġenti, assistiti minn A. Duron, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob, minn-naħa, prinċipalment, skont l-Artikolu 272 TFUE, li jiġi ddikjarat li hija eżegwixxiet korrettament l-attività li minnha hija kienet inkarigata fil-kuntest tal-Attività “Poseidon Med II”, li hija għandha dritt għal ħlas sħiħ tas-sussidju abbażi ta’ din l-attività u li l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent (CINEA) hija obbligata tħallasha is-somma li fadal ta’ EUR 3 308 761,60, kif ukoll, minn naħa l-oħra, sussidjarjament, skont l-Artikolu 263 TFUE, l-annullament tal-ittra taċ-CINEA tal-9 ta’ Ottubru 2023 bir-referenza Ares(2023)6844841, li skontha, essenzjalment, il-livell ta’ realizzazzjoni tal-attività li minnha hija kienet inkarigata kien ta’ 0 %.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Rimorchiatori Riuniti Panfido & C. Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)   ĠU C, C/2024/1874, 11.3.2024.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4762/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top