This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62023TA0049
Case T-49/23: Judgment of the General Court of 29 May 2024 – Angelidis v Parliament (Civil service – Officials – Disciplinary proceedings – Disciplinary penalty – Withholding of an amount from the pension – Right to be heard – Liability)
Kawża T-49/23: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Mejju 2024 – Angelidis vs Il-Parlament (“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Proċedura dixxiplinari – Sanzjoni dixxiplinari – Żamma mill-ammont tal-pensjoni – Dritt għal smigħ – Responsabbiltà”)
Kawża T-49/23: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Mejju 2024 – Angelidis vs Il-Parlament (“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Proċedura dixxiplinari – Sanzjoni dixxiplinari – Żamma mill-ammont tal-pensjoni – Dritt għal smigħ – Responsabbiltà”)
ĠU C, C/2024/4328, 15.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4328/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/4328 |
15.7.2024 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Mejju 2024 – Angelidis vs Il-Parlament
(Kawża T-49/23) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Proċedura dixxiplinari - Sanzjoni dixxiplinari - Żamma mill-ammont tal-pensjoni - Dritt għal smigħ - Responsabbiltà)
(C/2024/4328)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Angel Angelidis (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: M. Maes u J.-N. Louis, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Seyr, K. Zejdová u I. Lázaro Betancor, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrent jitlob, l-ewwel nett, l-annullament tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Lulju 2022 li permezz tagħha huwa impona sanzjoni dixxiplinarja fuqu (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”), it-tieni nett, it-tneħħija tad-deċiżjoni kkontestata mill-fajl personali tiegħu, it-tielet nett, ir-rimbors tas-somom imnaqqsa taħt id-deċiżjoni kkontestata mill-pensjoni tal-irtirar tiegħu, inklużi l-interessi moratorji mid-data tal-ewwel tnaqqis u, ir-raba’ nett, il-kumpens għad-dannu li huwa sostna bħala riżultat tad-deċiżjoni kkontestata.
Dispożittiv
|
1) |
Id-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Lulju 2022 li timponi żamma ta’ EUR 600 fix-xahar mill-pensjoni ta’ Angel Angelidis matul sena b’applikazzjoni tal-Artikolu 9(2) tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea hija annullata. |
|
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
3) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4328/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)