This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62023TA0038
Case T-38/23: Judgment of the General Court of 10 April 2024 – IB v EUIPO
Kawża T-38/23: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ April 2024 – IB vs EUIPO
Kawża T-38/23: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ April 2024 – IB vs EUIPO
ĠU C, C/2024/3328, 3.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3328/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
C/2024/3328 |
3.6.2024 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ April 2024 – IB vs EUIPO
(Kawża T-38/23) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Invalidità totali u permanenti - Rifjut li titkompla l-proċedura ta’ invalidità - Artikolu 266 TFUE - Deċiżjoni adottata b’eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali - Miżuri li tirrikjedi l-eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ annullament - Proċedura dixxiplinari - Revoka - Responsabbiltà)
(C/2024/3328)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: IB (rappreżentant: N. de Montigny, avukata)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lukošiūtė, E. Lekan u D. Botis, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 207 TFUE, ir-rikorrenti titlob, essenzjalment, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-11 ta’ April 2022 adottata b’eżekuzzjoni tas-sentenza tat-13 ta’ Ottubru 2021, IB vs EUIPO (T-22/20, EU:T:2021:689), kif ukoll, sa fejn meħtieġ, tad-deċiżjoni tat-2 ta’ Novembru 2022 li tiċħad l-ilment kontra d-deċiżjoni tal-11 ta’ April 2022, it-tieni, b’mod prinċipali, il-kumpens għad-dannu mġarrab minħabba din id-deċiżjoni jew, sussidjarjament, li l-EUIPO tiġi ordnata tkompli bil-proċedura ta’ invalidità u, it-tielet nett, li t-tielet tabib tal-Kumitat tal-Invalidità jiġi maħtur ex officio.
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal- 11 ta’ April 2022 adottata b’eżekuzzjoni tas-sentenza tat- 13 ta’ Ottubru 2021, IB vs EUIPO (T-22/20), hija annullata. |
2) |
L-EUIPO hija kkundannata tħallas lil IB is-somma ta’ EUR 4 000 bħala kumpens għad-dannu morali mġarrab. |
3) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
4) |
L-EUIPO hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti minn IB kif ukoll is-somom maħruġa mill-kaxxa tal-Qorti Ġenerali bħala għajnuna ġudizzjarja. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3328/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)