This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62023CN0472
Case C-472/23, L.: Request for a preliminary ruling from the Sąd Rejonowy dla m.st. Warszawy w Warszawie (Poland) lodged on 25 July 2023 — L. sp. z o.o. v A.B.S.A.
Kawża C-472/23, L.: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla m.st. Warszawy w Warszawie (il-Polonja) fil-25 ta’ Lulju 2023 – L. sp. z o.o. vs A.B. S.A.
Kawża C-472/23, L.: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla m.st. Warszawy w Warszawie (il-Polonja) fil-25 ta’ Lulju 2023 – L. sp. z o.o. vs A.B. S.A.
ĠU C, C/2023/498, 6.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/498/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2023/498 |
6.11.2023 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla m.st. Warszawy w Warszawie (il-Polonja) fil-25 ta’ Lulju 2023 – L. sp. z o.o. vs A.B. S.A.
(Kawża C-472/23, L.)
(C/2023/498)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Rejonowy dla m.st. Warszawy w Warszawie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: L. sp. z o.o.
Konvenut: A.B. S.A.
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 10(2)(g) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (1) moqri fid-dawl tal-premessi 6, 8 u 31 tad-Direttiva, għandu jinftiehem fis-sens li fil-każ, fejn partijiet tad-dispożizzjonijiet ta’ kuntratt ta’ kreditu għall-konsumatur jitqiesu li huma inġusti, li r-rata ta’ imposta perċentwali fis-sena ta’ kreditu ddikjarata mill-kreditur mal-konklużjoni tal-kuntratt tkun ogħla milli jekk wieħed jassumi li l-klawżola kuntrattwali inġusta ma hijiex vinkolanti, il-kreditur ikun naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-dispożizzjoni? |
|
2) |
L-Artikolu 10(2)(k) tad-Direttiva 2008/48/KE moqri fid-dawl tal-premessi 6, 8 u 31 tad-Direttiva, għandu jinftiehem fis-sens li huwa suffiċjenti li wieħed jagħti informazzjoni lill-konsumatur dwar kemm spiss, f’liema sitwazzjonijiet u b’liema perċentwali massima jistgħu jiġu miżjuda l-imposti marbuta mat-twettiq tal-kuntratt, anki jekk il-konsumatur ma jkunx jista’ jivverifika sitwazzjoni speċifika, u l-imposta tista’ konsegwentement tiġi rdoppjata? |
|
3) |
L-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/48/KE moqri fid-dawl tal-premessi 6, 8, 9 u 47 tad-Direttiva għandu jinftiehem fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li tipprevedi biss sanzjoni waħda għal ksur tal-obbligu ta’ informazzjoni impost fuq il-kreditur, irrispettivament mil-livell ta’ ksur tal-obbligu ta’ informazzjoni u l-impatt ta’ dan il-ksur fuq id-deċiżjoni eventwali tal-konsumatur li jikkonkludi l-kuntratt ta’ kreditu, liema sanzjoni tinvolvi l-eżenzjoni tal-kreditu minn interessi u spejjeż? |
(1) ĠU 2008, L 133, p. 66, rettifiki fil-ĠU 2009, L 207, p. 14, ĠU 2010, L 199, p. 40 u fil-ĠU 2011, L 234, p. 46.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/498/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)