Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023CN0421

Kawża C-421/23, ONSS: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Liège (il-Belġju) fl-10 ta’ Lulju 2023 – Ministère public, Office National de Sécurité Sociale (ONSS) vs EX

ĠU C, C/2023/953, 27.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/953/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/953/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2023/953

27.11.2023

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Liège (il-Belġju) fl-10 ta’ Lulju 2023 – Ministère public, Office National de Sécurité Sociale (ONSS) vs EX

(Kawża C-421/23, ONSS)

(C/2023/953)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ministère public, Office National de Sécurité Sociale (ONSS)

Konvenut: EX

Domandi preliminari

1)

Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika fil-każ fejn ikun ġie deċiż, mingħajr ebda kontestazzjoni min-naħa tal-partijiet dwar dan il-punt, li, minn naħa, iċ-ċertikati A1 maħruġa huma foloz skont l-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istat ospitanti u li, min-naħa l-oħra, l-investigazzjonijiet tal-awtoritajiet ġudizzjarji tal-istess Stat ospitanti jidher li juru li ċ-ċertifikati kontenzjużi ma nħarġux mill-awtorità kompenti tal-Istat emittenti u dan minkejja li din tal-aħħar irċeviet kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, il-proċedura ta’ djalogu u ta’ konċiljazzjoni stabbilita mill-Artikolu 76(6) tar-Regolament Nru 883/2004 (li tirriproduċi l-proċedura msemmija fl-Artikolu 84bis(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni ta’ l-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (2)) hija prerekwiżit obbligatorju sabiex jiġi ddeterminat jekk il-kundizzjonijiet tal-eżistenza ta’ frodi humiex issodisfatti?

3)

Jekk ir-risposti għal dawn iż-żewġ domandi huma fl-affermattiv, l-awtoritajiet tal-Istat fejn l-impjegati jkunu wettqu l-attività tagħhom jistgħu, skont il-prinċipju ta’ projbizzjoni tal-frodi u tal-abbuż ta’ dritt li huwa prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni u li l-individwi għandhom josservaw, ma jiħdux inkunsiderazzjoni l-imsemmija ċertifikati A1, inkluż meta ma jkunx sar użu mill-proċedura ta’ djalogu u ta’ konċiljazzjoni f’każ ta’ suspett ta’ frodi, fejn mill-fatti li jkunu ġew ippreżentati lilhom għall-evalwazzjoni tagħhom ikun jista’ jiġi kkonstatat li l-imsemmija ċertifikati ġew maħruġa konsegwenza ta’ għemil tal-persuna li timpjega meqjus, minn awtorità ġudizzjarja tal-Istat ospitanti, bħala wieħed frawdolenti?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/953/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top