EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62023CN0413
Case C-413/23 P: Appeal brought on 5 July 2023 by the European Data Protection Supervisor against the judgment of the General Court (Eighth Chamber, Extended Composition) delivered on 26 April 2023 in Case T-557/20, Single Resolution Board v European Data Protection Supervisor
Kawża C-413/23 P: Appell ippreżentat fil-5 ta’ Lulju 2023 mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla Estiża) fis-26 ta’ April 2023 fil-Kawża T-557/20, Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni vs Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
Kawża C-413/23 P: Appell ippreżentat fil-5 ta’ Lulju 2023 mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla Estiża) fis-26 ta’ April 2023 fil-Kawża T-557/20, Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni vs Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
ĠU C 296, 21.8.2023, p. 24–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 296/24 |
Appell ippreżentat fil-5 ta’ Lulju 2023 mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla Estiża) fis-26 ta’ April 2023 fil-Kawża T-557/20, Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni vs Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
(Kawża C-413/23 P)
(2023/C 296/26)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) (rappreżentanti: D. Nardi, T. Zerdick, P. Candellier, X. Lareo, G. Devin, aġenti)
Parti: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)
Talbiet
L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tannulla s-sentenza appellata fl-intier tagħha; |
— |
tiddeċiedi definittivament il-kawża; |
— |
tikkundanna lis-SRB iħallas l-ispejjeż tal-proċeduri tal-appell u tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell, l-appellant jinvoka ż-żewġ aggravji li ġejjin:
L-ewwel aggravju: Interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 3(1) u tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament 2018/1725 (1) kif interpretati mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja peress li rrikjediet li l-KEPD jevalwa jekk l-informazzjoni inkwistjoni fil-kawża kinitx data personali mill-perspettiva tad-destinatarju u billi naqset milli tagħti kunsiderazzjoni għall-kunċett ta’ psewdonimizzazzjoni.
It-tieni aggravju: Interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 4(2) u tal-Artikolu 26(1) tar-Regolament 2018/1725 billi naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-prinċipju ta’ responsabbiltà u billi ddeċidiet li l-KEPD jmissu pproduċa provi li SRB kien effettivament anonimizza d-data personali li kien qed jipproċessa.
(1) Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU 2018, L 295, p. 39).