EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023CN0389

Kawża C-389/23, Bulgarfrukt: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Wedding (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Ġunju 2023 – Bulgarfrukt – Fruchthandels GmbH vs Oranzherii Gimel II EOOD

ĠU C 321, 11.9.2023, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 321/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Wedding (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Ġunju 2023 – Bulgarfrukt – Fruchthandels GmbH vs Oranzherii Gimel II EOOD

(Kawża C-389/23, Bulgarfrukt)

(2023/C 321/33)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Wedding

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Bulgarfrukt – Fruchthandels GmbH

Konvenut: Oranzherii Gimel II EOOD

Domandi preliminari

1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 (1) u r-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea (2) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-qorti għandha tannulla ordni ta’ ħlas Ewropea fil-kuntest ta’ rikors meta din ma tkunx ġiet innotifikata jew ikkomunikata, jew ma tkunx ġiet validament innotifikata jew ikkomunikata, lill-konvenut?

2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv: l-imsemmija regolamenti għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-eżekuzzjoni forzata tal-ordni ta’ ħlas Ewropea għandha tiġi ddikjarata inammissibbli jekk l-ordni ta’ ħlas Ewropea ma tkunx ġiet innotifikata jew ikkomunikata, jew ma tkunx ġiet validament innotifikata jew ikkomunikata, lill-konvenut?

3)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv: ir-Regolament Nru 1896/2006 għandu jiġi interpretat fis-sens li konvenut li jkun jaf bil-ħruġ ta’ ordni ta’ ħlas Ewropea li madankollu ma tkunx għadha ġiet innotifikata jew ikkomunikata lilu, jew ma tkunx ġiet validament innotifikata jew ikkomunikata lilu, għadu ma jistax jopponiha validament?


(1)   ĠU 2007, L 324, p. 79, rettifika fil-ĠU 2015, L 68, p. 91.

(2)   ĠU 2006, L 399, p. 1.


Top