EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023CN0293

Kawża C-293/23, ENGIE Deutschland: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Mejju 2023 – ENGIE Deutschland GmbH vs Landesregulierungsbehörde beim Sächsischen Staatsministerium für Wirtschaft, Arbeit und Verkehr

ĠU C 286, 14.8.2023, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 286/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Mejju 2023 – ENGIE Deutschland GmbH vs Landesregulierungsbehörde beim Sächsischen Staatsministerium für Wirtschaft, Arbeit und Verkehr

(Kawża C-293/23, ENGIE Deutschland)

(2023/C 286/24)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ENGIE Deutschland GmbH

Konvenut: Landesregulierungsbehörde beim Sächsischen Staatsministerium für Wirtschaft, Arbeit und Verkehr

Partijiet oħra fil-proċedura: Zwickauer Energieversorgung GmbH, Bundesnetzagentur für Elektrizität, Gas, Telekommunikation, Post und Eisenbahnen

Domanda preliminari

Il-punti 28 u 29 tal-Artikolu 2 u l-Artikolu 30 et seq. tad-Direttiva 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (riformulazzjoni) (1), jipprekludu dispożizzjoni bħall-punt 24a tal-Artikolu 3 flimkien mal-punt 16 tal-Artikolu (3) tal-Energiewirtschaftsgesetz (il-Liġi dwar il-Ġestjoni tal-Enerġija), li skont din l-operatur ta’ impjant tal-enerġija intiż għall-provvista tal-enerġija ma għandu l-ebda obbligu ta’ operatur ta’ sistema ta’ distribuzzjoni jekk jibni u jħaddem l-impjant tal-enerġija minflok is-sistema ta’ distribuzzjoni preċedenti, sabiex jipprovdi lil numru ta’ proprjetajiet immobbli għall-użu ta’ abitazzjoni, b’sa 200 unità residenzjali mikrija, b’ammont annwali ta’ enerġija trażmessa sa 1 000 MWh bl-użu ta’ elettriku ġġenerat f’impjant ta’ sħana u enerġija kkombinati (koġenerazzjoni), bl-ispejjeż tal-kostruzzjoni u tat-tħaddim tal-impjant tal-enerġija sostnuti mill-konsumaturi finali (min jikri) bħala parti minn tariffa bażika ta’ kull xahar li għandha titħallas għas-sħana li tkun ġiet ipprovduta, u li l-operatur ibiegħ l-elettriku ġġenerat lil min jikri?


(1)  ĠU 2019, L 158, p. 125.


Top