EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023CN0279

Kawża C-279/23, Skarb Państwa: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy Katowice – Zachód w Katowicach (il-Polonja) fit-28 ta’ April 2023 – Skarb Państwa – Dyrektor Okręgowego Urzędu Miar w K. vs Z. sp.j.

ĠU C 286, 14.8.2023, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 286/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy Katowice – Zachód w Katowicach (il-Polonja) fit-28 ta’ April 2023 – Skarb Państwa – Dyrektor Okręgowego Urzędu Miar w K. vs Z. sp.j.

(Kawża C-279/23, Skarb Państwa)

(2023/C 286/21)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy Katowice – Zachód w Katowicach

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Skarb Państwa – Dyrektor Okręgowego Urzędu Miar w K.

Konvenut: Z. sp.j.

Domanda preliminari

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2011/7/UE tas-16 ta’ Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali (1) jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lil qorti nazzjonali tiċħad rikors intiż għall-kisba ta’ kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru msemmija f’din id-dispożizzjoni minħabba li l-ħlas tardiv tad-debitur ma kienx sinjifikattiv jew minħabba li l-ammont dovut tad-dejn imħallas tardivament mid-debitur kien żgħir?


(1)  ĠU 2011, L 48, p. 1.


Top