Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023CN0128

Kawża C-128/23, Müller Reisen: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Marzu 2023 – Müller Reisen GmbH vs Stadt Olsberg

ĠU C 173, 15.5.2023, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Marzu 2023 – Müller Reisen GmbH vs Stadt Olsberg

(Kawża C-128/23, Müller Reisen)

(2023/C 173/32)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent quddiem il-Vergabekammer Westfalen u quddiem il-qorti tar-rinviju: Müller Reisen GmbH

Konvenut quddiem il-Vergabekammer Westfalen u quddiem il-qorti tar-rinviju: Stadt Olsberg

Parti oħra fil-kawża: Tuschen Transporte

Domanda preliminari

L-Artikolu 32(2)(c) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (1) għandu, fid-dawl tal-Artikolu 14 TFUE, jiġi interpretat b’mod restrittiv fis-sens li kuntratt pubbliku għal servizzi ta’ interess ġenerali jista’, f’każ ta’ urġenza kbira, jingħata skont proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel, anki jekk l-avveniment kien prevedibbli għall-awtorità kontraenti u ċ-ċirkustanzi invokati għall-ġustifikazzjoni tal-urġenza kbira huma attribwibbli lilha?


(1)  ĠU 2014, L 94, p. 65.


Top