This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62023CN0108
Case C-108/23, SmartSport Reisen: Request for a preliminary ruling from the Amtsgericht Groß-Gerau (Germany) lodged on 23 February 2023 — PU v SmartSport Reisen GmbH
Kawża C-108/23, SmartSport Reisen: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Groß-Gerau (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Frar 2023 – PU vs SmartSport Reisen GmbH
Kawża C-108/23, SmartSport Reisen: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Groß-Gerau (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Frar 2023 – PU vs SmartSport Reisen GmbH
ĠU C 173, 15.5.2023, p. 20–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 173/20 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Groß-Gerau (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Frar 2023 – PU vs SmartSport Reisen GmbH
(Kawża C-108/23, SmartSport Reisen)
(2023/C 173/28)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Groß-Gerau
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: PU
Konvenut: SmartSport Reisen GmbH
Domanda preliminari
L-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jirregola mhux biss il-ġurisdizzjoni internazzjonali, iżda jinkludi wkoll regola li tikkonċerna l-ġurisdizzjoni territorjali tal-qrati nazzjonali dwar kuntratti tal-ivvjaġġar, li għandha tiġi osservata mill-qorti adita, meta kemm il-konsumatur bħala vjaġġatur kif ukoll il-parti kontraenti tiegħu bħala l-operatur turistiku, ikollhom is-sede tagħhom fl-istess Stat Membru, filwaqt li d-destinazzjoni tal-vjaġġ ma tkunx f’dan l-Istat Membru, iżda barra mill-pajjiż, bil-konsegwenza li l-konsumatur ikun jista’ jinvoka drittijiet kuntrattwali kontra l-operatur turistiku quddiem il-qorti tad-domiċilju tiegħu, flimkien mar-regoli nazzjonali ta’ ġurisdizzjoni?