Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023CN0100

    Kawża C-100/23 P: Appell ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2023 minn PNB Banka AS mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla Estiża) fis-7 ta’ Diċembru 2022 fil-Kawża T-301/19, PNB Banka vs BĊE

    ĠU C 155, 2.5.2023, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.5.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 155/37


    Appell ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2023 minn PNB Banka AS mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla Estiża) fis-7 ta’ Diċembru 2022 fil-Kawża T-301/19, PNB Banka vs BĊE

    (Kawża C-100/23 P)

    (2023/C 155/48)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Appellant: PNB Banka AS (rappreżentant: O. Behrends, Rechtsanwalt)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)

    Talbiet

    L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

    tannulla s-sentenza appellata;

    tiddikjara nulla d-deċiżjoni tal-BĊE, innotifikata permezz ta’ ittra tal-1 ta’ Marzu 2019, li l-appellant jiġi kklassifikat bħala entità sinifikanti suġġetta għas-superviżjoni prudenzjali diretta tiegħu;

    tikkundanna lill-BĊE għall-ispejjeż tal-appellant u għall-ispejjeż ta’ dan l-appell, u

    sa fejn il-Qorti tal-Ġustizzja ma hijiex f’pożizzjoni li tagħti deċiżjoni fuq il-mertu, tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    Insostenn tal-appell, l-appellant jinvoka aggravju wieħed, ibbażat fuq l-allegazzjoni li s-sentenza appellata hija proċeduralment ivvizzjata għaliex il-Qorti Ġenerali ma ttrattatx b’mod xieraq il-kwistjoni tar-rappreżentanza tal-appellant fil-kuntest tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

    Il-Qorti Ġenerali żbaljat meta assumiet li kwistjoni fir-rigward tal-integrità tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali ma hijiex problema sakemm jista’ jiġi argumentat li l-problema ma tkunx teżisti jekk, ipotetikament, il-Latvja tissodisfa l-obbligi tagħha. Għalhekk hija kisret il-prinċipju li l-protezzjoni legali għandha ma tkunx sempliċement teoretika u illużorja u għalhekk kisret l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.


    Top