This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62023CN0091
Case C-91/23 P: Appeal brought on 16 February 2023 by XH against the order of the General Court (Fourth Chamber) delivered on 19 December 2022 in Case T-522/21, XH v Commission
Kawża C-91/23 P: Appell ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2023 minn XH mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fid-19 ta’ Diċembru 2022 fil-Kawża T-522/21, XH vs Il-Kummissjoni
Kawża C-91/23 P: Appell ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2023 minn XH mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fid-19 ta’ Diċembru 2022 fil-Kawża T-522/21, XH vs Il-Kummissjoni
ĠU C 271, 31.7.2023, p. 13–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
31.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 271/13 |
Appell ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2023 minn XH mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fid-19 ta’ Diċembru 2022 fil-Kawża T-522/21, XH vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-91/23 P)
(2023/C 271/17)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: XH (rappreżentanti: K. Górny, adwokat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha
— |
tannulla s-sentenza appellata; |
— |
konsegwentement, tagħti lill-appellant il-benefiċċju tat-talbiet tagħha i.e.
|
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell, l-appellanti tinvoka l-aggravji li ġejjin: Żball manifest ta’ evalwazzjoni, distorsjoni tal-provi u żball ta’ liġi – Ksur tal-Artikolu 91 RS (1) u l-Artikolu 270 TFUE. Ksur tad-Dispożizzjonijiet prattiċi għall-implementazzjoni tar-regoli tal-proċedura tal-Qorti Ġenerali, tal-Artikoli 102 u 104 u tal-Anness 2, ksur tal-Artikoli 76 u 147 u l-Artikolu 148(9) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, dwar:
— |
żball manifest taż evalwazzjoni u ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u proċess ġust; |
— |
użu u informazzjoni tal-indirizzi tal-appellant fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali; |
— |
nuqqas ta’ rikonoxximent tal-indirizz permanenti attwali tal-appellanti u ta’ rikonoxximent tal-bidliet tagħha matul il-proċeduri tal-għajnuna legali; |
— |
żball manifest ta’ evalwazzjoni; |
— |
nuqqas ta’ rettifika u/jew regolarizzazzjoni tal-indirizz tal-appellanti; |
— |
notifika tal-korrispondenza tal-appellant lill-Qorti Ġenerali; |
— |
ċaħda ta’ provi postali ta’ ittri rreġistrati mibgħuta mill-appellanti lill-Qorti Ġenerali; |
— |
esklużjoni mill-proċess tal-Qorti Ġenerali tal-korrispondenza tal-appellanti; |
— |
kontenut tal-korrispondenza bejn l-appellanti u l-Qorti Ġenerali; |
— |
data tas-sospensjoni tat-termini għal-preżentata ta’ appell; |
— |
allegat mandat għan-notifika tal-ordnijiet fl-indirizz temporanju tal-appellanti barra l-pajjiż fejn l-appellanti ma kinitx tirrisjedi (minflok l-indirizz permanenti tal-appellanti fil-Belġju); |
— |
allegat mandat għan-notifika tal-ordnijiet fl-indirizz temporanju tal-appellanti fil-Polonja fejn l-appellanti ma kinitx residenti (minflok l-indirizz permanenti tal-appellanti fil-Belġju); |
— |
eżistenza ta’ ċirkustanzi imprevedibbli jew forza maġġuri; |
— |
eżistenza ta’ żball skużabbli; |
— |
skadenza tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors. |
(1) Regolament Nru 31 (KEE), 11 (KEFA), li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal ta’ Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea Oħra tal-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU 1962, P. 45, p. 1385).