This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62023CN0037
Case C-37/23, Giocevi: Request for a preliminary ruling from the Corte suprema di cassazione (Italy) lodged on 25 January 2023 — Agenzia delle Entrate v PR
Kawża C-37/23, Giocevi: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fil-25 ta’ Jannar 2023 – Agenzia delle Entrate vs PR
Kawża C-37/23, Giocevi: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fil-25 ta’ Jannar 2023 – Agenzia delle Entrate vs PR
ĠU C 155, 2.5.2023, p. 30–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
2.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 155/30 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fil-25 ta’ Jannar 2023 – Agenzia delle Entrate vs PR
(Kawża C-37/23, Giocevi (1))
(2023/C 155/39)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte suprema di cassazione
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Agenzia delle Entrate
Konvenut: PR
Domanda preliminari
Il-prinċipji ddikjarati fid-digriet Agenzia delle Entrate vs Nuova Invincibile srl, fil-Kawża C-82/14, EU:C:015:510, kif ukoll fis-sentenza tas-17 ta’ Lulju 2008, Il-Kummissjoni vs L-Italja, fil-Kawża C-132/06, EU:C:2008:412, jipprekludu dispożizzjoni leġizlattiva, bħal dik li tirriżulta mill-Artikolu 33(28) tal-legge n. 183 del 2011 (il-Liġi Nru 183 tal-2011), li tippermetti lill-kontribwenti jiksbu rimbors ta’ 60 % tal-VAT imħallsa fil-perijodu bejn April 2009 u Diċembru 2010 b’rabta mat-terremot li laqat it-territorju ta’ Abruzzo fis-6 ta’ April 2009?
(1) L-isem ta’ din il-kawża huwa isem fittizju. Ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.