EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023CN0021

Kawża C-21/23, Lindenapotheke: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Jannar 2023 – ND vs DR

ĠU C 155, 2.5.2023, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Jannar 2023 – ND vs DR

(Kawża C-21/23, Lindenapotheke)

(2023/C 155/35)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ND

Konvenut: DR

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu VIII tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (1) jipprekludu regoli nazzjonali li, flimkien mas-setgħat ta’ intervent tal-awtoritajiet ta’ kontroll inkarigati li jissorveljaw u li jinforzaw dan ir-regolament u mal-possibbiltajiet ta’ rimedji ġudizzjarji tal-persuni kkonċernati, jagħtu lill-kompetituri s-setgħa sabiex jaġixxu, permezz ta’ rikors quddiem il-qrati ċivili, minħabba ksur tal-imsemmi regolament, kontra l-awtur ta’ dan, abbażi tal-projbizzjoni ta’ prattiki kummerċjali inġusti?

2)

Id-data li l-klijenti ta’ spiżjar li jaġixxi bħala bejjiegħ fuq pjattaforma ta’ bejgħ online jdaħħlu fuq din il-pjattaforma, meta ssir l-ordni ta’ prodotti mediċinali li l-bejgħ tagħhom huwa effettivament irriżervat għall-ispiżeriji, iżda li ma humiex suġġetti għal riċetta medika (data bħall-isem tal-klijent, l-indirizz tal-kunsinna u informazzjoni neċessarja għall-individwalizzazzjoni tal-prodott mediċinali li l-bejgħ tiegħu huwa rriżervat għall-ispiżeriji u li ġie ordnat), tikkostitwixxi data dwar is-saħħa fis-sens tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament 2016/679 u data dwar is-saħħa fis-sens tal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 95/46 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (2)?


(1)  ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355.


Top