This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62023CJ0302
Judgment of the Court (Tenth Chamber) of 17 October 2024.#Marek Jarocki v C.J.#Request for a preliminary ruling from the Sąd Rejonowy Katowice – Wschód w Katowicach.#Reference for a preliminary ruling – Internal market – Electronic identification and trust services for electronic transactions – Regulation (EU) No 910/2014 – Article 25 – Electronic signatures – Legal effect and evidential value in legal proceedings – National legislation allowing the lodging with the courts, by electronic means, of procedural documents signed electronically – Need for those courts to have an appropriate ICT system.#Case C-302/23.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2024.
Marek Jarocki vs C. J.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mis-Sąd Rejonowy Katowice – Wschód w Katowicach.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Suq intern – Identifikazzjoni elettronika u servizzi fiduċjarji għat-tranżazzjonijiet elettroniċi – Regolament (UE) Nru 910/2014 – Artikolu 25 – Firem elettroniċi – Effett legali u saħħa probatorja fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti l-preżentata, b’mezzi elettroniċi, ta’ atti proċedurali ffirmati elettronikament quddiem qrati – Ħtieġa għal dawn il-qrati li jkollhom sistema informatika xierqa.
Kawża C-302/23.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2024.
Marek Jarocki vs C. J.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mis-Sąd Rejonowy Katowice – Wschód w Katowicach.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Suq intern – Identifikazzjoni elettronika u servizzi fiduċjarji għat-tranżazzjonijiet elettroniċi – Regolament (UE) Nru 910/2014 – Artikolu 25 – Firem elettroniċi – Effett legali u saħħa probatorja fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti l-preżentata, b’mezzi elettroniċi, ta’ atti proċedurali ffirmati elettronikament quddiem qrati – Ħtieġa għal dawn il-qrati li jkollhom sistema informatika xierqa.
Kawża C-302/23.
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2024:905
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L‑Għaxar Awla)
17 ta’ Ottubru 2024 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Suq intern – Identifikazzjoni elettronika u servizzi fiduċjarji għat-tranżazzjonijiet elettroniċi – Regolament (UE) Nru 910/2014 – Artikolu 25 – Firem elettroniċi – Effett legali u saħħa probatorja fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti l-preżentata, b’mezzi elettroniċi, ta’ atti proċedurali ffirmati elettronikament quddiem qrati – Ħtieġa għal dawn il-qrati li jkollhom sistema informatika xierqa”
Fil-Kawża C‑302/23,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mis‑Sąd Rejonowy Katowice – Wschód w Katowicach (il-Qorti Distrettwali ta’ Katowice-Lvant f’Katowice, il-Polonja), permezz ta’ deċiżjoni tat‑28 ta’ April 2023, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl‑10 ta’ Mejju 2023, fil-proċedura
Marek Jarocki
vs
C. J.,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L‑Għaxar Awla),
komposta minn D Gratsias, President tal-Awla, I. Jarukaitis (Relatur), President tar-Raba’ Awla, u Z. Csehi, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: T. Ćapeta,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
|
– |
għal M. Jarocki, minnu nnifsu, |
|
– |
għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent, |
|
– |
għall-Gvern Ċek, minn J. Očková, M. Smolek u J. Vláčil, bħala aġenti, |
|
– |
għall-Gvern Franċiż, minn R. Bénard, B. Fodda u E. Timmermans, bħala aġenti, |
|
– |
għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn M. La Greca u L. Reali, avvocati dello Stato, |
|
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Armati, O. Gariazzo u U. Małecka, bħala aġenti, |
wara li rat id-deċiżjoni meħuda, wara li nstemgħet l-Avukata Ġenerali, li taqta’ l-kawża mingħajr konklużjonijiet,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2(1) u (3) kif ukoll tal-Artikolu 25(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU 2014, L 257, p. 73). |
|
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Marek Jarocki u C. J. dwar talba sabiex tiġi annessa ordni għall-infurzar sabiex titkompla l-eżekuzzjoni forzata ta’ proprjetà immobbli li tappartjeni b’mod konġunt lil C. J. u lill-konjuġi tiegħu. |
Il‑kuntest ġuridiku
Id‑dritt tal-Unjoni
|
3 |
Il-premessi 2, 12, 13, 18, 21, 22 u 49 tar-Regolament Nru 910/2014 huma fformulati kif ġej:
[…]
[…]
[…]
[…]
|
|
4 |
L-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament, intitolat “Kamp ta’ applikazzjoni”, jipprovdi: “1. Dan ir-Regolament japplika għal skemi ta’ identifikazzjoni elettronika li ġew notifikati minn Stat Membru, u għal fornituri ta’ servizzi fiduċjarji stabbiliti fl-Unjoni. […] 3. Dan ir-Regolament ma jaffettwax il-liġi nazzjonali jew id-dritt tal-Unjoni marbuta mal-konklużjoni u l-validità ta’ kuntratti jew obbligi legali jew proċedurali oħra.” |
|
5 |
L-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament, intitolat “Definizzjonijiet”, jipprovdi: “Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: […] 10. ‘firma elettronika’ tfisser data f’forma elettronika li tinhemeż ma’ data elettronika oħra jew tiġi assoċjata b’mod loġiku magħha u li tintuża mill-firmatarju biex jiffirma; […] 12. ‘firma elettronika kwalifikata’ tfisser firma elettronika avvanzata li tkun maħluqa minn apparat għall-ħolqien tal-firem elettroniċi kwalifikati, u li tkun ibbażata fuq ċertifikat kwalifikat għall-firem elettroniċi; […]” |
|
6 |
L-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 910/2014, intitolat “Notifika” jipprovdi dan li ġej fil-paragrafu 1(a) tiegħu: “L-Istati Membri notifikanti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja u mingħajr dewmien bla bżonn, kwalunkwe bidla sussegwenti li ssirilha:
|
|
7 |
L-Artikolu 25 ta’ dan ir-regolament, intitolat “Effetti legali ta’ firem elettroniċi”, jipprovdi li: “1. Firma elettronika ma għandhiex tiġi miċħuda effett legali u ammissibbilità bħala evidenza fi proċedimenti legali għas-sempliċi raġuni li tkun f’forma elettronika jew li ma tissodisfax ir-rekwiżiti għall-firem elettroniċi kwalifikati. 2. Firma elettronika kwalifikata għandu jkollha l-effett legali ekwivalenti għal firma bil-miktub. […]” |
Id‑dritt Pollakk
Il‑Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili
|
8 |
L-Artikolu 125(21) u (21a), tal-ustawa – Kodeks postępowania cywilnego (il-Liġi dwar il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili), tas‑17 ta’ Novembru 1964 (Dz. U. Nru 43, pożizzjoni 296), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-“Kodiċi tal-Proċedura Ċivili”), jipprovdi: “21. Meta dispożizzjoni speċifika tipprevedi dan jew meta tkun saret l-għażla li jiġu ppreżentati l-atti proċedurali permezz ta’ sistema informatika, l-atti proċedurali f’din il-kawża għandhom jiġu ppreżentati biss permezz ta’ din is-sistema informatika. L-atti proċedurali li ma jkunux ġew ippreżentati permezz ta’ sistema informatika ma jipproduċux l-effetti legali li l-liġi torbot mal-preżentata ta’ att quddiem qorti, u l-qorti tinforma lill-persuna li twettaq il-preżentata b’dan. 21a. L-għażla li jiġu ppreżentati atti proċedurali permezz ta’ sistema informatika u li titkompla l-preżentata ta’ dawn l-atti permezz ta’ din is-sistema hija ammissibbli jekk dan ikun teknikament possibbli għall-qorti.” |
|
9 |
Il-punt 6 tal-Artikolu 126(1) ta’ dan il-kodiċi jipprevedi: “Kull att proċedurali għandu jinkludi: […]
|
|
10 |
L-Artikolu 126(5) ta’ dan il-kodiċi jipprovdi: “Att proċedurali ppreżentat permezz ta’ sistema informatika għandu jinkludi firma elettronika kkwalifikata, firma ta’ fiduċja jew firma personali.” |
Il‑Liġi dwar il‑Kompjuterizzazzjoni tal‑Attivitajiet tal‑Entitajiet Inkarigati b’Missjoni ta’ Servizz Pubbliku
|
11 |
L-Artikolu 3 tal-ustawa r. o informatyzacji działalności podmiotów realizujących zadania publiczne (il‑Liġi dwar il‑Kompjuterizzazzjoni tal‑Attivitajiet tal‑Entitajiet Inkarigati b’Missjoni ta’ Servizz pubbliku), tas‑17 ta’ Frar 2005, fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali (Dz. U. tal-2023, pożizzjoni 57), jipprovdi, fil-punti 13 u 14a tiegħu: “Għall-finijiet ta’ din il-liġi, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
[…]
|
Il‑kawża prinċipali u d‑domanda preliminari
|
12 |
Fit‑28 ta’ Novembru 2022, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali ressaq quddiem is-Sąd Rejonowy Katowice – Wschód w Katowicach (il-Qorti Distrettwali ta’ Katowice-Lvant f’Katowice, il-Polonja), li hija l-qorti tar-rinviju, talba sabiex tiġi annessa ordni għall-infurzar sabiex titkompla l-eżekuzzjoni forzata ta’ proprjetà immobbli li tappartjeni b’mod konġunt lid-debitur tiegħu u lill-konjuġi ta’ dan tal-aħħar. Din it-talba, li kienet tinkludi talba għal għajnuna legali, intbagħtet permezz ta’ posta elettronika fl-indirizz elettroniku tal-qorti. Din kienet iffirmata elettronikament permezz ta’ firma ta’ fiduċja, fis-sens tal-punt 14a tal-Artikolu 3 tal-Liġi dwar il-Kompjuterizzazzjoni tal-Attivitajiet tal-Entitajiet Inkarigati b’Missjoni ta’ Servizz Pubbliku. |
|
13 |
Peress li l-uffiċjal ġudizzjarju inkarigat milli jeżamina t-talba kien stieden lir-rikorrent fil-kawża prinċipali jirregolarizza d-difetti formali li jivvizzjawha, b’mod partikolari billi jippreżenta formola uffiċjali li tinkludi l-firma bl-idejn tiegħu, u sabiex jikkompletaha permezz ta’ informazzjoni varja, fil‑21 ta’ Jannar 2023, huwa bagħat fl-istess indirizz elettroniku tal-qorti dikjarazzjoni li tinkludi l-informazzjoni mitluba, mill-ġdid iffirmata permezz ta’ firma ta’ fiduċja. |
|
14 |
Permezz ta’ digriet tat‑8 ta’ Frar 2023, l-uffiċjal ġudizzjarju bagħat lura t-talba għal għajnuna legali minħabba l-assenza ta’ regolarizzazzjoni tad-difetti formali li kienu jaffettwawha u, b’mod partikolari, minħabba l-assenza ta’ firma bl-idejn ta’ din it-talba. |
|
15 |
Fl‑4 ta’ Marzu 2023, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali bagħat b’mezzi elettroniċi lill-qorti tar-rinviju talba għall-esklużjoni ta’ dan l-uffiċjal ġudizzjarju mit-trattament tal-kawża u għall-ftuħ ta’ proċedura dixxiplinari kontrih, billi argumenta li kienu jeżistu dubji serji dwar l-imparzjalità tiegħu, peress li, bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, huwa rrifjuta li jaċċetta att iffirmat elettronikament. |
|
16 |
Il-qorti tar-rinviju tesponi li l-parti l-kbira tal-qrati Pollakki ma għandhomx sistema informatika li tippermetti l-preżentata ta’ atti proċedurali b’mezzi elettroniċi u li dawn konsegwentement jirrifjutaw il-produzzjoni ta’ atti ffirmati elettronikament. Huma biss l-atti li jkollhom firma bl-idejn li huma għalhekk aċċettati, tal-inqas fi proċedura ċivili rregolata mid-dritt ordinarju. |
|
17 |
Mill-perspettiva tagħha, l-effett legali tal-firma elettronika huwa, bħala prinċipju, iddeterminat mid-dritt nazzjonali, ħlief f’dak li jirrigwarda l-firem elettroniċi kkwalifikati, li għalihom ir-Regolament Nru 910/2014 jipprevedi li l-effett tagħhom huwa ekwivalenti għal dak ta’ firma bl-idejn. Barra minn hekk, l-intenzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni ma kinitx li jiġi impost fuq l-Istati Membri l-adozzjoni ta’ soluzzjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-użu tal-firem elettroniċi fil-proċeduri ġudizzjarji. |
|
18 |
Huwa għalhekk li l-qorti tar-rinviju tqis li, sa fejn hija ma jkollhiex sistema informatika li tippermetti, konformement mal-leġiżlazzjoni nazzjonali, li jiġu ppreżentati atti proċedurali ffirmati elettronikament, hija ma hijiex obbligata li taċċetta att li jkollu firma elettronika mibgħut permezz tal-posta elettronika fl-indirizz elettroniku tal-qorti. |
|
19 |
Il-qorti tar-rinviju madankollu tistaqsi jekk għandux jittieħed inkunsiderazzjoni l-għan, stabbilit fil-premessa 2 tar-Regolament Nru 910/2014, li jikkonsisti fil-ħolqien ta’ fiduċja ikbar fit-tranżazzjonijiet elettroniċi fi ħdan is-suq intern bejn iċ-ċittadini, l-impriżi u l-awtoritajiet pubbliċi. Fil-fehma tagħha, l-Artikolu 25(1) tar-Regolament Nru 910/2014 jista’ jiġi interpretat fid-dawl ta’ dan l-għan fis-sens li mill-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni jirriżulta l-obbligu, għall-Istati Membri, li jaċċettaw att proċedurali ffirmat elettronikament. Tali interpretazzjoni twassal għal unifikazzjoni tal-modalitajiet ta’ preżentata tal-atti proċedurali quddiem il-qrati tal-Istati Membri. |
|
20 |
Hija tistaqsi, f’dan ir-rigward, jekk id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 910/2014 dwar il-firma elettronika japplikawx biss għall-Istati Membri li nnotifikaw lill-Kummissjoni skema ta’ identifikazzjoni elettronika, konformement mal-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-regolament, li, fil-fehma tagħha, ma kienx sar mir-Repubblika tal-Polonja. |
|
21 |
Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li s-Sąd Rejonowy Katowice - Wschód w Katowicach (il-Qorti Distrettwali ta’ Katowice-Lvant f’Katowice) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja: “L-Artikolu 2(1) u (3), moqri flimkien mal-Artikolu 25(1) u (2) kif ukoll mal-premessi 12, 13, 18, 21, 22 u 49 tar-[Regolament Nru 910/2014,] għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti ta’ Stat Membru hija marbuta taċċetta att proċedurali ppreżentat quddiem din il-qorti u ffirmat permezz ta’ firma elettronika prevista fil-punt 10 tal-Artikolu 3 tal-imsemmi regolament meta d-dritt nazzjonali tal-Istat Membru ma jipprevedix il-possibbiltà li jiġu ppreżentati atti proċedurali quddiem il-qorti bl-użu ta’ firma elettronika għajr permezz ta’ sistema informatika?” |
Fuq id‑domanda preliminari
|
22 |
Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 2(1) u (3) kif ukoll l-Artikolu 25(1) u (2) tar-Regolament Nru 910/2014 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li att proċedurali jista’ jiġi ppreżentat quddiem qorti, b’mezzi elettroniċi, u ffirmat elettronikament biss meta din il-qorti jkollha sistema informatika xierqa u meta l-preżentata ssir permezz ta’ din is-sistema. |
|
23 |
Preliminarjament, għandu jiġi kkonstatat, fl-ewwel lok, li l-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar l-applikabbiltà ratione materiae tar-Regolament Nru 910/2014 għall-kawża prinċipali għar-raġuni li dan ir-regolament japplika biss għall-iskemi ta’ identifikazzjoni elettronika li jkunu ġew innotifikati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni. Issa, il-mezz ta’ identifikazzjoni elettronika użat mir-rikorrent fil-kawża prinċipali għall-preżentata tal-atti proċedurali tiegħu b’mezzi elettroniċi ma jaqax taħt skema ta’ identifikazzjoni elettronika nnotifikata mir-Repubblika tal-Polonja, li barra minn hekk, skont il-qorti tar-rinviju, ma nnotifikat ebda skema bħal din. |
|
24 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-Kummissjoni tindika li dan l-Istat Membru wettaq in-notifika ta’ skema ta’ identifikazzjoni elettronika konformement mal-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 910/2014. |
|
25 |
Fi kwalunkwe każ, anki jekk ebda skema ta’ identifikazzjoni elettronika ma ġiet innotifikata mir-Repubblika tal-Polonja lill-Kummissjoni jew li l-iskema ta’ identifikazzjoni elettronika li ġiet innotifikata ma hijiex dik li bis-saħħa tagħha ikun inħareġ lir-rikorrent fil-kawża prinċipali l-mezz ta’ identifikazzjoni elettronika li huwa jkun uża sabiex jawtentika ruħu meta bagħat permezz ta’ mezzi elettroniċi atti proċedurali lill-qorti tar-rinviju, għandu jiġi osservat li l-fatt li skema tkun ġiet innotifikata jew le huwa irrilevanti sabiex jiġi stabbilit jekk id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 910/2014 dwar il-firma elettronika humiex applikabbli f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali. |
|
26 |
Fil-fatt, hekk kif jippreċiża l-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 910/2014, dan għandu kamp ta’ applikazzjoni doppju. Minn naħa, dan japplika għall-iskemi ta’ identifikazzjoni elettronika li jkunu ġew innotifikati minn Stat Membru u, min-naħa l-oħra, għal kull min jipprovdi servizzi fiduċjarji stabbiliti fl-Unjoni. |
|
27 |
L-identifikazzjoni elettronika għall-finijiet tal-awtentifikazzjoni transkonfinali tas-servizzi online hija rregolata mill-Kapitolu II ta’ dan ir-regolament, li jinkludi l-Artikoli 6 sa 12 tiegħu, filwaqt li s-servizzi fiduċjarji huma rregolati mill-Kapitolu III ta’ dan ir-regolament, kompost mill-Artikoli 13 sa 45 ta’ dan tal-aħħar. |
|
28 |
In-notifika lill-Kummissjoni tal-iskemi ta’ identifikazzjoni elettronika hija prevista fl-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 910/2014. Din in-notifika, li tibqa’ fakultattiva, kif tenfasizza l-premessa 13 ta’ dan ir-regolament, tikkostitwixxi kundizzjoni minn qabel għar-rikonoxximent reċiproku tal-mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika, f’perspettiva ta’ użu transkonfinali tagħhom. |
|
29 |
Min-naħa l-oħra, din ma tikkundizzjonax l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu III tal-istess regolament, dwar il-firem elettroniċi, li fosthom hemm l-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 910/2014, li l-qorti tar-rinviju titlob l-interpretazzjoni tiegħu. |
|
30 |
Minn dan jirriżulta li l-fatt li Stat Membru ma jkunx innotifika skema ta’ identifikazzjoni elettronika, konformement mal-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 910/2014, ma jaffettwax l-applikabbiltà, f’dan l-Istat Membru, tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament dwar il-firem elettroniċi. |
|
31 |
Fit-tieni lok, għandu jiġi rrilevat li mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-“firma ta’ fiduċja” użata mir-rikorrent fil-kawża prinċipali ma hijiex “firma elettronika kkwalifikata” li tissodisfa d-definizzjoni tal-punt 12 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 910/2014, iżda firma elettronika sempliċi, kif iddefinita fil-punt 10 tal-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament. Minn dan jirriżulta li l-Artikolu 25(2) tal-imsemmi regolament, li jirrigwarda l-effett legali ta’ firma elettronika kkwalifikata, ma huwiex rilevanti sabiex tingħata risposta għad-domanda magħmula. |
|
32 |
Sussegwentement għal dawn il-preċiżazzjonijiet preliminari, hemm lok li jiġi rrilevat li, skont l-Artikolu 25(1) tar-Regolament Nru 910/2014, l-effett legali u l-ammissibbiltà ta’ firma elettronika bħala evidenza fi proċeduri legali ma jistgħux jiġu rrifjutati “għas-sempliċi raġuni” li din il-firma tkun tidher f’forma elettronika jew li ma tissodisfax ir-rekwiżiti tal-firma elettronika kkwalifikata. |
|
33 |
Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li din id-dispożizzjoni ma tipprojbixxix lill-qrati nazzjonali milli jinvalidaw il-firem elettroniċi, iżda tistabbilixxi prinċipju ġenerali li jipprojbixxi lil dawn il-qrati milli jirrifjutaw l-effett legali u s-saħħa probatorja tal-firem elettroniċi fi proċeduri ġudizzjarji għas-sempliċi raġuni li dawn il-firem ikunu jidhru f’forma elettronika jew li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stabbiliti minn dan ir-regolament sabiex firma elettronika tkun tista’ titqies bħala “firma elettronika kkwalifikata” (sentenzi tal‑20 ta’ Ottubru 2022, Ekofrukt,C‑362/21, EU:C:2022:815, punt 35, u tad‑29 ta’ Frar 2024, V.B.Trade,C‑466/22, EU:C:2024:185, punt 34). |
|
34 |
Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li, għalkemm ir-Regolament Nru 910/2014 huwa intiż sabiex jiggarantixxi, hekk kif jirriżulta mill-Artikolu 2(3) tiegħu, moqri fid-dawl tal-premessa 49 tiegħu, li firma elettronika ma tiġix imċaħħda mill-effett legali tagħha għas-sempliċi raġuni li din tkun tidher f’forma bħal din, dan ma jostakolax il-libertà tal-Istati Membri li jipprevedu rekwiżiti ta’ natura formali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑20 ta’ Ottubru 2022, Ekofrukt,C‑362/21, EU:C:2022:815, punt 39). |
|
35 |
Minn dan isegwi li l-formalitajiet proċedurali, bħal dawk li jistabbilixxu, fid-dritt nazzjonali, il-modalitajiet tal-preżentata tal-atti proċedurali quddiem qrati, ma humiex affettwati mir-Regolament Nru 910/2014. |
|
36 |
F’dan il-każ, mill-kuntest ġuridiku nazzjonali pprovdut mill-qorti tar-rinviju jirriżulta li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tipprojbixxi l-preżentata, b’mezzi elettroniċi, ta’ att proċedurali li jkollu firma elettronika quddiem qorti mhux minħabba li firma bl-idejn biss tista’ titqies bħala firma, fis-sens tal-punt 6 tal-Artikolu 126(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, iżda minħabba li, skont l-Artikolu 125(21a) ta’ dan il-kodiċi, din il-preżentata ta’ atti proċedurali b’mezzi elettroniċi quddiem qorti tista’ ssir biss permezz ta’ sistema informatika xierqa, li din il-qorti għandu jkollha. |
|
37 |
Barra minn hekk, minn din il-leġiżlazzjoni jirriżulta li, meta l-qorti jkollha tali sistema, il-preżentata, permezz tagħha, ta’ atti proċedurali ffirmati elettronikament tipproduċi l-istess effetti legali bħal dawk li l-leġiżlazzjoni Pollakka tattribwixxi abitwalment lill-preżentata ta’ att proċedurali quddiem qorti. |
|
38 |
F’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, fejn att proċedurali jiġi ppreżentat lill-qorti b’mezzi elettroniċi, minkejja li din ma jkollhiex sistema informatika xierqa li permezz tagħha għandha ssir il-preżentata ta’ atti, dan l-att għalhekk ma jiġix irrifjutat “għas-sempliċi raġuni” li l-firma tal-imsemmi att tkun f’forma elettronika jew li ma tissodisfax ir-rekwiżiti tal-firma elettronika kkwalifikata. |
|
39 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, hemm lok li d-domanda magħmula tiġi risposta li l-Artikolu 2(1) u (3) kif ukoll l-Artikolu 25(1) tar-Regolament Nru 910/2014 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li att proċedurali jista’ jiġi ppreżentat quddiem qorti, b’mezzi elettroniċi, u ffirmat elettronikament biss meta din il-qorti jkollha sistema informatika xierqa u meta l-preżentata ssir permezz ta’ din is-sistema. |
Fuq l-ispejjeż
|
40 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
|
Għal dawn il-motivi, Il‑Qorti tal-Ġustizzja (L‑Għaxar Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
L-Artikolu 2(1) u (3) kif ukoll l-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE, |
|
għandhom jiġu interpretati fis-sens li: |
|
ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li att proċedurali jista’ jiġi ppreżentat quddiem qorti, b’mezzi elettroniċi, u ffirmat elettronikament biss meta din il-qorti jkollha sistema informatika xierqa u meta l-preżentata ssir permezz ta’ din is-sistema. |
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Pollakk.