This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62023CC0731
Opinion of Advocate General Emiliou delivered on 12 June 2025.###
Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali N. Emiliou, ippreżentati fit-12 ta’ Ġunju 2025.
Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali N. Emiliou, ippreżentati fit-12 ta’ Ġunju 2025.
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2025:435
KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI
EMILIOU
ippreżentati fit‑12 ta’ Ġunju 2025 ( 1 )
Kawża C‑731/23 P
Nicoventures Trading Ltd,
British American Tobacco (Germany) GmbH,
British American Tobacco Italia SpA (BAT Italia),
British American Tobacco Polska Trading sp. z o.o.,
British American Tobacco España SA,
P.J. Carroll & Company Ltd,
vs
Il-Kummissjoni Ewropea
“Appeal – Saħħa pubblika – Direttiva 2014/40/EU – Direttiva Delegata (UE) 2022/2100 – Prodotti tat-tabakk imsaħħan – Artikolu 263 TFUE – Locus standi – Inċidenza individwali – Ġurisprudenza Plaumann – Sistematizzazzjoni u eżami mill-ġdid tal-ġurisprudenza – Test ta’ grupp magħluq”
I. Daħla
|
1. |
“L-aċċess għal-liġi huwa mħares minn għassies. Raġel mill-kampanja jmur għand dan l-għassies u jitlob l-aċċess għal-liġi. Iżda l-għassies jiddikjara li bħalissa ma jistax jaċċessaha. Ir-raġel jirrifletti, imbagħad jistaqsi jekk, għaldaqstant, huwiex ser jitħalla jaċċessaha iktar tard. L-għassies jgħidlu li ‘huwa possibbli, madankollu mhux bħalissa.’ […] Ir-raġel mill-kampanja ma kienx qiegħed jistenna diffikultajiet bħal dawn; wara kollox, huwa jaħseb, il-liġi hija maħsuba biex tkun aċċessibbli għal kulħadd f’kull ħin” [traduzzjoni libera]. |
|
2. |
Din is-silta mill-istorja qasira ta’ Franz Kafka “Quddiem il-Liġi” ( 2 ) jidhirli li hija kompletament xierqa sabiex tirrifletti d-diffikultà li jaffaċċjaw ir-rikorrenti meta jippruvaw, l-ewwel, jifhmu jekk humiex “individwalment ikkonċernati” minn att tal-Unjoni Ewropea fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE u, sussegwentement, jistabbilixxu l-fatt li huma individwalment ikkonċernati quddiem il-qrati tal-Unjoni. |
|
3. |
It-test bażiku għar-rekwiżit ta’ inċidenza individwali ġie żviluppat għall-ewwel darba, kif inhu magħruf sew, fl‑1963 fil-kawża Plaumann: persuni għajr dawk li lilhom huwa indirizzat att jistgħu jsostnu li huma “individwalment ikkonċernati”, fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, biss jekk dak l-att jaffettwahom minħabba ċerti kwalitajiet li huma partikolari għalihom jew minħabba ċirkustanzi li jikkaratterizzawhom meta mqabbla ma’ kull persuna oħra u minħabba dawn il-fatturi jindividwalizzahom bl-istess mod bħad-destinatarji (iktar ’il quddiem il-“formula Plaumann”) ( 3 ). |
|
4. |
Fil-ġurisprudenza sussegwenti, din il-formula mhux biss talli ġiet ikkonfermata b’mod kostanti, iżda talli ġiet applikata b’mod pjuttost rigoruż mill-Qorti tal-Ġustizzja (iktar ’il quddiem il-“ġurisprudenza Plaumann”). Il-Qorti tal-Ġustizzja għamlet dan minkejja ċerti proposti magħmula minn fi ħdan l-istituzzjoni sabiex temendaha, u l-kritika (xi kultant pjuttost ħarxa) espressa fid-duttrina legali. Għalkemm il-kritika prinċipali kontra l-ġurisprudenza Plaumann hija dik li hija wisq restrittiva, l-osservaturi jiddeploraw ukoll l-oskurità u l-kumplessità tagħha, kif ukoll ċerti inkonsistenzi fl-applikazzjoni tagħha matul is-snin. |
|
5. |
Il-kawża preżenti toffri lill-Qorti tal-Ġustizzja l-opportunità li tirrevedi din il-ġurisprudenza. L-appellanti jitolbu l-annullament tad-digriet tal‑20 ta’ Settembru 2023, Nicoventures Trading et vs Il‑Kummissjoni ( 4 ), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali kienet iddikjarat inammissibbli r-rikors tagħhom għal annullament kontra d-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2022/2100 ( 5 ), minħabba li l-appellanti kienu direttament, iżda mhux individwalment, ikkonċernat minnu. |
|
6. |
L-analiżi tiegħi ser turi li, fil-kuntest ta’ applikazzjoni stretta u formalistika tal-ġurisprudenza Plaumann, l-appellanti fil-kawża ineżami jistgħu ma jitqisux li huma “individwalment ikkonċernati” mill-att ikkontestat, filwaqt li, fil-kuntest ta’ applikazzjoni iktar flessibbli u realistika tagħha, huma jistgħu jiġu kkunsidrati bħala tali. Fil-fatt, jiena tal-fehma li l-eżitu ġust tal-kawża huwa preċiżament li: huma għandhom ikunu jistgħu jikkontestaw l-att ikkontestat quddiem il-qrati tal-Unjoni. Li dawn jitqiesu li ma humiex “individwalment ikkonċernati” minn dan l-att ikkontestat jista’ forsi jkun konformi ma’ ċerti preċedenti tal-qrati tal-Unjoni, iżda, fil-fehma tiegħi, dan ma jkunx koerenti ma’ interpretazzjoni valida tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, a fortiori fis-sistema legali tal-Unjoni wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona. |
|
7. |
F’dan il-kuntest, dawn il-konklużjonijiet huma intiżi, fil-parti l-kbira, sabiex jipproponu lill-Qorti tal-Ġustizzja li, xi sittin sena wara l-għoti tas-sentenza Plaumann, wasal iż-żmien li jiġi eżaminat jekk u, jekk ikun il-każ, sa fejn l-għassies għandu jiftaħ l-aċċess għal-liġi. |
II. Il-kuntest fattwali u ġuridiku tal-kawża
|
8. |
Il-fatti li wasslu għall-kawża huma esposti fil-punti 2 sa 6 tad-digriet appellat. Għall-finijiet ta’ din il-proċedura, huma jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej. |
|
9. |
Nicoventures Trading Ltd, British American Tobacco (Germany) GmbH, British American Tobacco Italia SpA (BAT Italia), British American Tobacco Polska Trading sp. z o.o., British American Tobacco España SA u P.J. Carroll & Company Ltd (iktar ’il quddiem l-“appellanti’) jappartjenu għall-British American Tobacco group (iktar ’il quddiem il-“grupp BAT”), li jimmanifattura u jikkummerċjalizza prodotti tat-tabakk.. L-appellanti huma attivi fl-iżvilupp u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti mhux kombustibbli, inklużi prodotti tat-tabakk imsaħħan, fl-Unjoni. |
|
10. |
Id-Direttiva 2014/40/UE ( 6 ) tirregola t-tqegħid fis-suq tal-prodotti tat-tabakk. Għal dan l-għan, hija għandha l-għan li tapprossima l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri, b’mod partikolari, fir-rigward tal-ingredjenti, tal-ittikkettjar u tal-ippakkjar tal-prodotti tat-tabakk. |
|
11. |
L-Artikolu 7(1) u (7) tad-Direttiva 2014/40 jipprevedi li l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq tal-prodotti tat-tabakk b’togħma karatterizzanti u ta’ dawk li fihom aromi f’wieħed mill-komponenti tagħhom. L-Artikolu 7(12) ta’ din id-direttiva, qabel ma ġie emendat permezz tal-att ikkontestat, kien jeżenta l-prodotti tat-tabakk minbarra s-sigaretti u t-tabakk tal-brim mill-projbizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 7 ta’ din id-dispożizzjoni. Bl-istess mod, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2014/40, qabel ma ġie emendat permezz tal-att ikkontestat, kien jipprevedi li l-Istati Membri setgħu jeżentaw il-prodotti tat-tabakk għat-tipjip minbarra s-sigaretti, it-tabakk tal-brim u t-tabakk tal-pipa tal-ilma minn ċerti obbligi dwar l-ittikkettjar tal-prodotti tat-tabakk u t-tqegħid obbligatorju fuq il-pakketti ta’ ċerti twissijiet, messaġġi ta’ informazzjoni u twissijiet tas-saħħa kkombinati. Barra minn hekk, l-Artikolu 7(12) u l-Artikolu 11(6) ta’ din id-direttiva jipprevedu li l-Kummissjoni Ewropea għandha tadotta atti ddelegati sabiex tirtira l-eżenzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7 jew il-possibbiltà li jingħataw id-derogi msemmija fl-Artikolu 11 għal kategorija ta’ prodotti partikolari, fil-każ ta’ bidla sostanzjali taċ-ċirkustanzi stabbiliti f’rapport imfassal mill-Kummissjoni. |
|
12. |
Fil‑15 ta’ Ġunju 2022, il-Kummissjoni ppubblikat rapport li jistabbilixxi bidla sostanzjali taċ-ċirkustanzi għall-prodotti tat-tabakk imsaħħan skont id-Direttiva 2014/40. Wara dan ir-rapport, fid‑29 ta’ Ġunju 2022, il-Kummissjoni adottat l-att ikkontestat. L-Artikolu 1 tal-att ikkontestat emenda l-Artikolu 7(12) u l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2014/40. Mit‑23 ta’ Ottubru 2023, data li fiha l-miżuri previsti mill-att ikkontestat kellhom ikunu ġew trasposti, il-prodotti tat-tabakk imsaħħan ma kinux iktar suġġetti għall-eżenzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 7 u 11 tad-Direttiva 2014/40. |
III. Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u d-digriet appellat
|
13. |
Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE quddiem il-Qorti Ġenerali, l-appellanti talbu l-annullament tal-att ikkontestat, billi invokaw żewġ motivi insostenn tar-rikors tagħhom. Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni qajmet eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà tar-rikors. |
|
14. |
Permezz tad-digriet appellat, il-Qorti Ġenerali ddikjarat ir-rikors inammissibbli u kkundannat l-appellanti għall-ispejjeż. Kif indikat iktar ’il fuq, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li l-appellanti kienu direttament, iżda mhux individwalment, ikkonċernati mill-att ikkontestat. |
IV. Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja
|
15. |
Fl-appell tagħhom quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, l-appellanti jitolbuha jogħġobha: (i) tannulla d-digriet appellat; (ii) jekk il-kawża tkun fi stat li tiġi deċiża, tiċħad l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà, tiddikjara r-rikors ammissibbli u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tagħti deċiżjoni fuq il-mertu; u (iii) tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
|
16. |
Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tiċħad l-appell u tikkundanna lill-appellanti għall-ispejjeż. |
|
17. |
Permezz ta’ deċiżjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal‑25 ta’ April 2024, ir-Repubblika Franċiża ġiet ammessa tintervjeni insostenn tat-talbiet tal-Kummissjoni. |
V. Evalwazzjoni
|
18. |
Qabelxejn, jista’ jkun utli li jitfakkar li, skont l-Artikolu 263 TFUE, rikorrenti mhux ipprivileġġjati jistgħu jikkontestaw atti tal-Unjoni li jipproduċu effetti legali meta l-att: (i) huwa indirizzat lilhom; (ii) jikkonċernahom direttament u individwalment; jew (iii) huwa att regolatorju li ma jinvolvix miżuri ta’ implimentazzjoni u jikkonċernahom direttament. Din il-kawża tikkonċerna t-tieni waħda minn dawn is-sitwazzjoni, u l-interpretazzjoni biss tal-kundizzjoni dwar l-“inċidenza individwali”. |
|
19. |
Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jinvokaw aggravju uniku, maqsum f’żewġ partijiet, ibbażat fuq allegati żbalji ta’ liġi mwettqa mill-Qorti Ġenerali fl-evalwazzjoni ta’ jekk l-att ikkontestat jikkonċernahomx individwalment. |
|
20. |
Qabel ma neżamina l-argumenti tal-appellanti (Taqsimiet B u C iktar ’il quddiem), inqis li jkun utli li tiġi eżaminata, b’mod ġenerali, il-ġurisprudenza Plaumann (Taqsima A). |
A. Kummenti preliminari: fuq il-passat, il-preżent u l-futur tal-ġurisprudenza Plaumann
|
21. |
F’din it-taqsima tal-konklużjonijiet, ser nipprova, fl-ewwel lok, nistruttura l-ġurisprudenza Plaumann. Fit-tieni lok, ser nindirizza l-kritika magħmula kontra din il-ġurisprudenza. Fit-tielet lok, ser nispjega għaliex jiena tal-fehma li l-idea bażika li fuqha hija bbażata l-formula Plaumann hija fil-parti l-kbira korretta u li, għalhekk, ma għandhiex tiġi abbandunata. Fl-aħħar lok, ser nispjega li, xi drabi, l-applikazzjoni konkreta ta’ dan it-test kienet eċċessivament stretta u inkoerenti. Konsegwentement, ser nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti deċiżjoni importanti li fiha hija teżamina mill-ġdid, tiċċara u forsi tirfina l-applikazzjoni tal-ġurisprudenza Plaumann. |
1. Il-ġurisprudenza Plaumann, fl-istat attwali tad-dritt
|
22. |
Kif spjegat fl-introduzzjoni, wara s-sentenza Plaumann, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet b’mod kostanti li l-persuni li ma humiex id-destinatarji ta’ att huma “individwalment ikkonċernati” meta dan l-att jaffettwahom minħabba ċerti kwalitajiet li huma partikolari għalihom jew minħabba ċirkustanzi li jikkaratterizzawhom meta mqabbla ma’ kull persuna oħra u, minħabba dawn il-fatturi, jindividwalizzahom bl-istess mod bħad-destinatarji ( 7 ). |
|
23. |
Dan ifisser, evidentement, li r-rikorrent ma għandux neċessarjament ikun l-unika persuna affettwata mill-att ikkontestat sabiex jitqies bħala individwalment ikkonċernat minnu. Madankollu, ir-rikorrent għandu jistabbilixxi l-eżistenza ta’ sitwazzjoni li, mill-perspettiva tad-dispożizzjoni kkontestata, tikkaratterizzah meta mqabbla ma’ kull persuna oħra affettwata mill-att ( 8 ). |
|
24. |
Rikorrenti ma humiex, bħala prinċipju, ikkunsidrati bħala individwalment ikkonċernati minn atti li japplikaw għal sitwazzjonijiet iddeterminati oġġettivament u jipproduċu effetti legali fir-rigward ta’ kategoriji ta’ persuni meqjusa b’mod ġenerali u fl-astratt ( 9 ). Madankollu, il-fatt li att ikkontestat ikollu natura leġiżlattiva jew portata ġenerali ma jeskludix, fih innifsu, li dan jista’ jikkonċerna individwalment xi wħud mill-persuni kkonċernati ( 10 ). |
|
25. |
Pereżempju, dan huwa l-każ meta rikorrenti jissemmew espressament bħala kkonċernati fl-att innifsu, b’tali mod li dan l-att huwa, fl-istess ħin, att ta’ portata ġenerali sa fejn jaffettwa kategorija ta’ destinatarji ddeterminati b’mod ġenerali u astratt u sensiela ta’ deċiżjonijiet individwali li jaffettwaw lill-persuni li huma msemmija fihom ( 11 ). |
|
26. |
Barra minn hekk, miżura li taffettwa grupp ta’ persuni fuq il-bażi ta’ testijiet ġenerali u astratti, anki fl-assenza ta’ riferiment espliċitu għal persuni speċifiċi, tista’ dejjem tikkonċerna individwalment lil ċerti persuni affettwati. Kif iddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja, meta miżura taffettwa grupp ta’ persuni li kienu identifikati jew identifikabbli fil-mument meta ġiet adottata din il-miżura u abbażi ta’ kriterji speċifiċi għall-membri tal-grupp, dawn il-persuni jistgħu jkunu individwalment ikkonċernati minn din il-miżura sa fejn jagħmlu parti minn ċirku ristrett ta’ persuni affettwati ( 12 ). Essenzjalment, dan ifisser li, fi ħdan iċ-ċirku ġenerali ta’ persuni li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ratione personae tal-miżura, huwa possibbli li jiġi identifikat subsett ta’ persuna waħda jew iktar b’karatteristiċi partikolari li jiddistingwuhom minn oħrajn ( 13 ). Ser nirreferi għal dan it-test bħala l-“grupp magħluq” ( 14 ). |
|
27. |
Biex inkun ċar, is-sempliċi possibbiltà li jiġi ddeterminat, b’mod bejn wieħed u ieħor preċiż, l-għadd, jew saħansitra l-identità, tal-persuni li għalihom tapplika miżura bl-ebda mod ma timplika li għandu jitqies li din għandha inċidenza individwali fuqhom sakemm din il-miżura tkun applikata bis-saħħa ta’ sitwazzjoni legali jew fattwali oġġettiva ddefinita minnha ( 15 ). Għaldaqstant huwa meħtieġ xi ħaġa iktar biex rikorrent potenzjali jitqies li huwa individwalment ikkonċernat. |
|
28. |
Jidhirli li, abbażi tat-test ta’ grupp magħluq, il-Qorti tal-Ġustizzja aċċettat l-inċidenza individwali f’erba’ tipi ta’ sitwazzjonijiet. Dan huwa l-każ meta r-rikorrent ikun affettwat minn att tal-Unjoni minħabba li dan l-att forsi jkun (i) naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni tar-rikorrent; (ii) kiser dritt sostantiv tar-rikorrent; (iii) kiser dritt proċedurali tar-rikorrent; u (iv) kellu effetti negattivi sinjifikattivi fuq interess leġittimu tar-rikorrent. |
|
29. |
Qabel ma nagħmel xi preċiżazzjonijiet f’dan ir-rigward, nixtieq niċċara żewġ punti. L-ewwel nett, qiegħed nuża l-verb “jista’”, peress li l-kwistjoni dwar jekk l-att ikkontestat effettivament kisirx dritt jew affettwax indebitament l-interess leġittimu tar-rikorrent hija, b’mod pjuttost evidenti, kwistjoni li taqa’ taħt il-mertu tar-rikors u mhux taħt l-ammissibbiltà tiegħu. Għal rikorrent, huwa biżżejjed li jiġi stabbilit li, fid-dawl tal-punti ta’ liġi u ta’ fatt ipprovduti, huwa possibbli li d-dritt tiegħu jista’ jinkiser jew li l-interess leġittimu tiegħu jista’ jiġi indebitament ippreġudikat ( 16 ). |
|
30. |
It-tieni, b’“interess leġittimu”, nirreferi, b’mod ġenerali, għal sitwazzjonijiet protetti mid-dritt tal-Unjoni li ma jistgħux jiġu kklassifikati bħala relatati ma drittijiet suġġettivi stricto sensu ( 17 ). Dan it-terminu jikkorrispondi għal sitwazzjonijiet li fihom id-dritt tal-Unjoni jiggarantixxi lir-rikorrent libertà jew jagħtih setgħa jew immunità ( 18 ). Sabiex jingħata eżempju wieħed biss, l-operaturi ekonomiċi jistgħu, f’ċerti ċirkustanzi, jaġixxu quddiem il-qrati tal-Unjoni biex jissalvagwardjaw l-interessi tagħhom affettwati minn miżuri tal-Unjoni li jistgħu jikkawżaw distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern ( 19 ). |
|
31. |
Sabiex nerġa’ lura għas-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punt 28 ta’ dawn il-konklużjonijiet, nosserva li l-ewwel linja ta’ ġurisprudenza tikkonċerna l-kawżi li fihom il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li r-rikorrenti kienu individwalment ikkonċernati sabiex jikkontestaw att li l-adozzjoni tiegħu kienet teħtieġ, skont il-leġiżlazzjoni applikabbli, li l-istituzzjoni inkwistjoni teżamina s-sitwazzjoni ta’ ċertu grupp speċifiku ta’ persuni li r-rikorrent kien jagħmel parti minnu ( 20 ). Dawn id-deċiżjonijiet jikkostitwixxu l-estensjoni loġika tal-ġurisprudenza msemmija fil-punt 25 ta’ dawn il-konklużjonijiet. Ir-ratio legis tagħhom huwa ċar: jista’ jkun li ċerti persuni kkonċernati ma ssemmewx fl-att, iżda l-pożizzjoni partikolari tagħhom ġiet, madankollu, distinta b’mod espliċitu mil-leġiżlatur innifsu. |
|
32. |
It-tieni linja ta’ ġurisprudenza tinkludi l-kawżi li fihom ir-rikorrenti tħallew jikkontestaw att tal-Unjoni li, b’differenza mill-maġġoranza tal-persuni kkonċernati, kellu effett retroattiv fuq id-drittijiet miksuba jew fuq ir-relazzjonijiet legali pendenti tar-rikorrenti ( 21 ). Din il-linja ta’ ġurisprudenza tista’ titqies, fil-fehma tiegħi, bħala konsegwenza ta’ għadd ta’ prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni: iċ-ċertezza legali, il-prevedibbiltà, il-projbizzjoni ta’ retroattività, il-protezzjoni ta’ aspettattivi leġittimi. Ma hemmx dubju li ħadd fl-Unjoni ma jista’ jistenna li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tibqa’ immutabbli. Fl-istess ħin, madankollu, l-individwi li allinjaw l-imġiba tagħhom mal-liġijiet eżistenti għandu jkollhom fiduċja fl-istabbiltà tal-pożizzjonijiet legali li kienu kkristallizzati fil-passat u tar-relazzjonijiet legali diġà stabbiliti, sakemm ma jkunx hemm ċirkustanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw il-kuntrarju ( 22 ). |
|
33. |
It-tielet linja ta’ ġurisprudenza tikkonċerna d-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti li setgħu nkisru f’ċerti proċeduri tal-Unjoni, bħal dawk previsti mir-regoli tal-Unjoni fil-qasam tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat. Pereżempju, dan ikun il-każ meta l-Kummissjoni tawtorizza b’mod żbaljat miżura ta’ għajnuna matul l-investigazzjoni preliminari tagħha, u b’hekk iċċaħħad lill-partijiet interessati mill-possibbiltà li jinstemgħu matul il-fażi fil-fond tal-investigazzjoni. F’dawn il-każijiet, il-partijiet interessati dejjem tqiesu bħala kkonċernati individwalment mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni ( 23 ). Jekk id-dritt tal-Unjoni jagħti lil xi partijiet ċerti drittijiet proċedurali speċifiċi, huwa loġiku li kull tilwima dwar il-ksur ta’ dawn id-drittijiet tiġi ttrattata direttament mill-qrati tal-Unjoni meta l-proċedura tkun kompletament irregolata mid-dritt tal-Unjoni u ġestita fil-livell tal-Unjoni. |
|
34. |
Dan il-grupp ta’ kawżi jinkludi wkoll dawk li fihom il-Qorti tal-Ġustizzja aċċettat l-inċidenza individwali ta’ rikorrent li jikkontesta att tal-Unjoni li, minkejja li ma jkunx indirizzat lilu, ikun inħareġ fi tmiem ta’ proċedura mibdija mill-interazzjoni tiegħu mal-istituzzjoni tal-Unjoni inkwistjoni u bbażat fil-biċċa l-kbira fuqha ( 24 ). F’dawn il-kawżi, huwa possibbli li r-rikorrent ma bbenefikax minn drittijiet proċedurali speċifiċi skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni. Madankollu, fid-dawl tar-rwol kruċjali tar-rikorrent fil-proċedura, jista’ jkun li l- istituzzjoni inkwistjoni kisret wieħed mid-drittijiet li huwa jislet mid-dritt għal amministrazzjoni tajba (issa sanċit fl-Artikolu 41 tal-Karta). |
|
35. |
Fl-aħħar nett, ir-raba’ linja ta’ ġurisprudenza tiġbor fiha l-kawżi li fihom il-Qorti Ġenerali kkunsidrat bħala individwalment ikkonċernati lir-rikorrenti li l-pożizzjoni tagħhom fis-suq kienet affettwata serjament mill-att ikkontestat. Dawn il-kawżi ġeneralment kienu jikkonċernaw l-oqsma tad-dritt tal-kompetizzjoni, tal-għajnuna mill-Istat, tal-kontroll tal-konċentrazzjonijiet u tal-antidumping, iżda wkoll tal-agrikoltura ( 25 ). F’dawn l-oqsma, l-istituzzjoni responsabbli tista’ tagħmel użu mis-setgħat kważi leġiżlattivi, eżekuttivi jew ta’ infurzar tagħha, ġeneralment wara proċedura amministrattiva ad hoc, sabiex tindirizza sitwazzjoni konkreta ħafna (li tinvolvi evalwazzjonijiet ta’ fatt u ta’ liġi), li tikkonċerna persuna jew persuni identifikati jew identifikabbli ( 26 ). Barra minn hekk, dan il-grupp ta’ kawżi jinkludi dawk li fihom istituzzjoni, għal darba oħra, b’risposta għal sitwazzjoni konkreta ħafna, u skont proċedura speċifika, adottat att li, minn tal-inqas fuq il-livell formali, għandu natura u portata leġiżlattiva, filwaqt li għandu wkoll ċertu kontenut deċiżjonali ( 27 ). |
|
36. |
F’każijiet bħal dawn, il-persuni direttament ikkonċernati mill-kontenut deċiżjonali jinsabu b’mod ċar f’sitwazzjoni pjuttost differenti. Barra minn hekk, il-possibbiltà li l-istituzzjoni tiffavorixxi l-attivitajiet ta’ persuna waħda jew iktar (identifikati jew identifikabbli) timplika kważi inevitabbilment li l-attivitajiet ta’ persuna waħda jew iktar (identifikati jew identifikabbli) huma għaldaqstant żvantaġġati, jew viċi versa ( 28 ). Għalhekk jidher loġiku li l-persuni affettwati negattivament jistgħu, f’ċerti ċirkustanzi, jikkontestaw il-miżura tal-Unjoni inkwistjoni direttament quddiem il-qrati tal-Unjoni. B’kuntrast ma’ dan, kif ser jiġi diskuss fil-parti li jmiss ta’ din it-taqsima, il-Qorti tal-Ġustizzja ma aċċettatx kriterju bbażat fuq “impatt serju” fir-rigward ta’ atti tal-Unjoni li huma, kemm fil-forma kif ukoll fil-mertu, ta’ natura ġenerali u li, għaldaqstant, huma l-prodott ta’ attivitajiet reali ta’ definizzjoni tal-politika. |
|
37. |
Wara li esponejt fil-qosor il-punti prinċipali tal-ġurisprudenza Plaumann, issa ser nindirizza l-kritika l-iktar komuni tagħha. |
2. Il-kritika kontra l-formula Plaumann
|
38. |
Ma hijiex eżaġerazzjoni li wieħed jgħid li s-sentenza Plaumann hija waħda mid-deċiżjonijiet l-iktar diskussi tal-Qorti tal-Ġustizzja fl-istorja tagħha ta’ madwar 70 sena. Lanqas ma jista’ jiġi miċħud li din hija wkoll waħda mill-iktar deċiżjonijiet ikkritikati b’mod sever, b’mod partikolari minn osservaturi tas-soċjetà ċivili u mill-akkademja ( 29 ). |
|
39. |
Il-kritika ta’ spiss tiffoka fuq l-effett restrittiv tal-ġurisprudenza żviluppata taħt dik is-sentenza. “Ostakolu kważi insormontabbli [li jrid jingħeleb]” [traduzzjoni libera], jew “[xibka] li ħadd ma jiżgiċċa minnha” [traduzzjoni libera], ibbażati fuq “[test] ekonomiku mhux realistiku” [traduzzjoni libera], li joffri “ftit [gwida]” [traduzzjoni libera] lill-partijiet u li “jwassal għal riżultati assurdi” [traduzzjoni libera]: qari komprensiv tal-kummentarji dwar il-ġurisprudenza Plaumann joffri litanija ta’ iperboli ( 30 ). |
|
40. |
Madankollu, huwa daqstant ieħor minnu li analiżi sħiħa tal-ġurisprudenza donnha tagħti stampa pjuttost negattiva, bħallikieku ftit ħafna jista’ jkun rilevanti fl-istabbiliment tal-inċidenza individwali. Fil-fatt, il-qrati tal-Unjoni ddikjaraw li, waħedhom, l-elementi li ġejjin ma jiġġustifikawx konstatazzjoni ta’ “inċidenza individwali”: (i) ir-rikorrent ikun l-unika persuna jew waħda mill-ftit persuni affettwat mill-att ikkontestat ( 31 ); (ii) ir-rikorrent huwa affettwat mill-att ikkontestat b’mod partikolarment sever ( 32 ); (iii) ir-rikorrent jista’ jipparteċipa jew effettivament ipparteċipa fil-proċedura li wasslet għall-adozzjoni tal-att ikkontestat ( 33 ); (iv) l-att ikkontestat jipproduċi “effetti konkreti differenti fuq id-diversi persuni li għalihom japplika” ( 34 ); (v) l-att ikkontestat jinkludi limitazzjonijiet u derogi mir-regoli ta’ portata ġenerali, jew dispożizzjonijiet ta’ natura tranżitorja li jikkonċernaw grupp magħluq ta’ operaturi ekonomiċi ( 35 ); u (vi) dispożizzjonijiet speċifiċi tad-dritt tal-Unjoni kienu jeżiġu li l-istituzzjoni li taġixxi “tieħu inkunsiderazzjoni l-konsegwenzi li l-att li qiegħdha tippjana li tadotta jista’ jkollu fuq is-sitwazzjoni ta’ ċerti individwi” ( 36 ). |
|
41. |
B’mod partikolari, l-awturi jiddeploraw l-impossibbiltà li l-individwi u l-assoċjazzjonijiet jaġixxu bħala difensuri pubbliċi kontra atti li jagħmlu ħsara lil kategorija ta’ persuni. F’dan ir-rigward, huma ta’ spiss jirreferu għal paradoss maħluq mit-test: iktar ma miżura (kif spiss ikun il-każ ta’ miżuri ambjentali) tkun mifruxa u ta’ ħsara, inqas ma jkun probabbli li persuna waħda jew iktar (fiżiċi jew ġuridiċi) jitqiesu li huma individwalment ikkonċernati skont il-ġurisprudenza Plaumann ( 37 ). Is-sentenza reċenti tal-25 ta’ Marzu 2021 Carvalho et vs il-Parlament Ewropew u l-Kunsill (dwar il-miżuri tal-Unjoni dwar it-tibdil fil-klima) tissemma bħala eżempju ta’ dan il-punt ( 38 ). |
|
42. |
Kritika oħra tal-ġurisprudenza Plaumann tirrigwarda l-allegata oskurità tagħha li, min-naħa tagħha, twassal għal deċiżjonijiet inkonsistenti. Fil-fehma ta’ ċerti awturi, l-applikazzjoni effettiva tal-formula Plaumann kienet iktar iffokata fuq l-elementi formali tal-att ikkontestat f’ċerti każijiet, u fuq l-obbligi sostantivi li jirriżultaw mill-att f’oħrajn. F’diversi sentenzi, inklużi s-sentenzi “ewlenin”, il-motivazzjoni f’dan il-qasam ma hijiex eżempju ta’ ċarezza. Huwa argumentat li din l-eteroġenjetà ermenewtika u din l-ambigwità jirriżultaw minn numru ta’ deċiżjonijiet pjuttost frammentati u każistiċi, li t-tema komuni tagħhom hija diffiċli li tiġi identifikata. Huwa għalhekk li l-evalwazzjoni tal-ammissibbiltà tar-rikorsi skont l-Artikolu 263 TFUE minn rikorrenti privati ħafna drabi teħtieġ diskussjonijiet twal fid-deċiżjonijiet tal-qrati tal-Unjoni ( 39 ). |
|
43. |
Il-kritika ta’ hawn fuq kienet kondiviża b’mod wiesa’ mill-Avukat Ġenerali Jacobs, li, fil-konklużjonijiet tiegħu fil-kawża UPA, spjega fid-dettall għaliex qies li l-Qorti tal-Ġustizzja kellha tirrevedi l-ġurisprudenza Plaumann u, għal dan l-għan, issuġġerixxa l-adozzjoni ta’ test ġdid għall-inċidenza individwali: “persuna għandha titqies li hija kkonċernata individwalment minn miżura [tal-Unjoni] meta, minħabba ċ-ċirkustanzi partikolari tagħha, din il-miżura tippreġudika jew tista’ tikkawża dannu sostanzjali għall-interessi tagħha” ( 40 ). |
|
44. |
Ftit wara l-preżentazzjoni ta’ dawn il-konklużjonijiet, il-Qorti Ġenerali tat is-sentenza tagħha fil-kawża Jégo-Quéré, li waslet għal konklużjonijiet simili dwar il-ħtieġa li l-ġurisprudenza tiġi eżaminata mill-ġdid, u ddeċidiet li, “sabiex tiġi żgurata protezzjoni ġudizzjarja effettiva tal-individwi, persuna fiżika jew ġuridika għandha titqies bħala individwalment ikkonċernata minn miżura ta’ portata ġenerali [tal-Unjoni] li tikkonċernaha direttament, jekk il-miżura inkwistjoni taffettwa, b’mod ċert u attwali, is-sitwazzjoni legali tagħha billi tirrestrinġi d-drittijiet tagħha jew billi timponilha obbligi” ( 41 ). |
|
45. |
Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja la approvat l-analiżi u lanqas il-proposti tal-Avukat Ġenerali jew tal-Qorti Ġenerali. Fis-sentenza UPA tagħha tal-25 ta’ Lulju 2002, il-Qorti tal-Ġustizzja (i) ikkonfermat il-formula Plaumann; (ii) enfasizzat li s-“sistema sħiħa ta’ rimedji legali” prevista mit-Trattati hija bbażata b’mod partikolari fuq ir-rwoli komplementari li għandhom il-proċeduri ta’ rikors għal annullament u ta’ proċeduri għal deċiżjoni preliminari; (iii) speċifikat li huma l-Istati Membri li għandhom jipprevedu sistema ta’ rimedji u ta’ proċeduri legali li jiżguraw ir-rispett tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva; (iv) irrikonoxxiet li l-kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà ta’ rikors ippreżentat minn individwi għandhom jiġu interpretati fid-dawl tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva, filwaqt li fl-istess ħin enfasizzat madankollu li dan ma jistax iwassal de facto għall-esklużjoni ta’ dawn il-kundizzjonijiet, li huma espressament previsti mit-Trattati; u (v) iddikjarat li, filwaqt li huwa possibbli li tiġi prevista sistema ta’ stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità ta’ atti tal-Unjoni ta’ portata ġenerali differenti minn dik stabbilita mit-Trattat fundatur, huma l-Istati Membri, bħala awturi tat-Trattati, li għandhom jirriformaw is-sistema fis-seħħ ( 42 ). |
|
46. |
Fil-parti li jmiss ta’ din it-taqsima, se nispjega għaliex; minkejja li xi wħud mill-kritika li għadna kemm iddiskutejna għandhom xi mertu; jien tal-fehma li, sal-lum, il-formula Plaumann għadha aċċettabbli u, konsegwentement, ma hemmx għalfejn tiġi abbandunata mill-Qorti tal-Ġustizzja. |
3. B’difiża tal-formula Plaumann
a) X’alternattivi hemm?
|
47. |
Mill-bidu, irrid nirrimarka li l-kritika li għaliha ġiet suġġetta s-sentenza Plaumann ħafna drabi hija “mmexxija mir-riżultat”: fi kliem sempliċi, it-test huwa strett wisq u, għalhekk, ma jistax ikun korrett (jew, alternattivament, ma huwiex xieraq). Madankollu, huwa rari li d-duttrina tispjega fejn il-Qorti tal-Ġustizzja twettaq żball fl-interpretazzjoni tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u kif għandha pjuttost tiġi interpretata l-kundizzjoni tal-“inċidenza individwali”. Meta jiġi effettivament propost test alternattiv, huwa jew test li huwa ispirat mid-dispożizzjonijiet fis-seħħ fuq livell nazzjonali, jew test li jixbah (ftit jew wisq) lit-testijiet proposti mill-Avukat Ġenerali Jacobs u mill-Qorti Ġenerali msemmija fil-punti 43 u 44 iktar ’il fuq ( 43 ). |
|
48. |
F’dak li jirrigwarda r-regoli dwar il-locus standi fil-livell tal-Istati Membri, għandi nammetti li, f’dak li jirrigwarda dawk li għalihom isir riferiment l-iktar ta’ spiss ( 44 ), dawn huma rregolati minn dispożizzjonijiet ifformulati b’mod pjuttost differenti mir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, li joperaw f’sistemi ġudizzjarji li, b’differenza mis-sistema tal-Unjoni, huma awtonomi ( 45 ). |
|
49. |
Fir-rigward tat-testijiet proposti mill-Avukat Ġenerali Jacobs u mill-Qorti Ġenerali, kif ukoll dawk li jispiraw ruħhom minnhom, dawn fil-fatt għandhom merti kunsiderevoli. B’mod partikolari, dawn jippermettu li l-Qorti tal-Ġustizzja, meta tfittex li tiddetermina jekk is-sitwazzjoni tar-rikorrenti hijiex suffiċjentement distintiva, tieħu inkunsiderazzjoni, f’kull każ, (i) id-diversità taċ-ċirkustanzi ta’ liġi u ta’ fatt li jistgħu jkunu rilevanti u, (ii) il-gravità tal-impatt li att ikkontestat jipproduċi. Barra minn hekk, fuq livell teoretiku, huwa diffiċli li wieħed ma jaqbilx mal-idea li l-individwi li jsofru effetti negattivi sostanzjali jew li huma ppreġudikati b’mod definittiv u immedjat minn att tal-Unjoni għandhom normalment ikunu jistgħu jikkontestaw dan l-att. |
|
50. |
Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li ma ssegwix tali testijiet. Fir-rigward tagħhom jiena nara wkoll żewġ żvantaġġi kbar. |
|
51. |
L-ewwel nett, dawn it-testijiet għandhom ċerti limiti strutturali li diffiċli jiġu megħluba. Il-formuli ssuġġeriti huma, sa ċertu punt, diffiċilment prevedibbli peress li kollha huma bbażati fuq evalwazzjoni każ b’każ. Huma bbażati wkoll fuq aġġettivi (sostanzjali, ċerti, immedjati) li ma humiex preċiżi ħafna fihom innifishom u li, għalhekk, jistgħu jiġu interpretati u applikati b’mod pjuttost differenti. Ir-rekwiżit ta’ inċidenza individwali jsir, fil-prattika, kwistjoni ta’ “grad” ta’ effett. F’każ bħal dan, il-kwistjoni dwar fejn għandha tinqata’ l-linja bejn impatt li jista’ jitqies bħala sostanzjali biżżejjed u dak li ma jistax, tista’ tispiċċa, f’ħafna każijiet, tkun għażla suġġettiva. |
|
52. |
It-tieni nett, ma huwiex evidenti li dawn it-testijiet jistgħu jinqraw fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE. Dan iwassalni għall-punt li jmiss. |
b) Qari testwali u storiku tal-Artikolu 263 TFUE
|
53. |
Jidhirli li l-formula Plaumann hija interpretazzjoni iktar awtentika u raġonevoli tat-terminu “individwali”, li tintuża fi kważi l-verżjonijiet lingwistiċi kollha tat-Trattat. Fil-lingwaġġ ta’ kuljum, is-sinonimi l-iktar komuni tal-kelma “individwali” huma uniku, speċifiku, partikolari, distintivi u separat. |
|
54. |
Naqbel kompletament li, fir-rigward ta’ att partikolari tal-Unjoni, iktar minn persuna waħda tista’ tkun f’sitwazzjoni tant partikolari li tista’ titqies bħala unika jew kważi unika. Fl-istess ħin, madankollu, naħseb li jkun wisq li jingħad, kif għamlet il-Qorti Ġenerali fis-sentenza Jégo-Quéré vs Il-Kummissjoni, li “n-numru u s-sitwazzjoni ta’ persuni oħra li huma daqstant affettwati mid-dispożizzjoni [kkontestata], jew li jistgħu jkunu affettwati minnha, ma humiex […] kunsiderazzjonijiet rilevanti” fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk rikorrent huwiex individwalment ikkonċernat minn din il-miżura ( 46 ). Fi kliem sempliċi ħafna u skematikament: persuna tista’ tkun speċjali, probabbilment ukoll 10 persuni jistgħu jkunu speċjali, iżda għandi bżonn argumenti sodi ħafna sabiex inkun konvint li kull wieħed minnhom li jappartjeni għal grupp ta’ elf jew miljun persuna jista’ jkun speċjali għall-finijiet tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE. Fil-fehma tiegħi, iktar ma jkun kbir in-numru ta’ persuni li jallegaw effett speċjali, inqas ikun probabbli li kollha jistgħu jitqiesu bħala “individwalment ikkonċernati”: il-miżura inkwistjoni tidher li tapplika b’mod ġenerali abbażi ta’ kriterji astratti ( 47 ). |
|
55. |
Interpretazzjoni storika tat-terminu “individwali” tikkorrobora wkoll interpretazzjoni relattivament restrittiva tiegħu. Fil-fatt, wieħed ma għandux jinsa li, skont l-Artikolu 33(2) tat-Trattat KEFA (li ma għadux fis-seħħ), rikorrent privat kellu d-dritt li jikkontesta “d-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet individwali li jikkonċernawh, jew id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet ġenerali li huma jikkunsidraw li jikkostitwixxu abbuż ta’ poter fir-rigward tagħhom” [traduzzjoni mhux uffiċjali] ( 48 ). L-awturi tat-Trattat ta’ Pariġi kellhom l-intenzjoni li jippermettu lir-rikorrenti privati jikkontestaw deċiżjonijiet li kienu, essenzjalment, deċiżjonijiet individwali filwaqt li kienu mlibbsa bħala atti ta’ portata iktar ġenerali ( 49 ). Madankollu, fl-ewwel sentenzi tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja adottat interpretazzjoni wiesgħa tal-locus standi tar-rikorrenti privati ( 50 ). Konsegwentement, jidher li, matul in-negozjati tat-Trattat ta’ Ruma, l-awturi intenzjonalment adottaw test iktar strett dwar il-locus standi ( 51 ). Dokumenti storiċi jindikaw li l-idea kienet (għal darba oħra) li rikorrenti mhux privileġġjati jkunu jistgħu jikkontestaw biss deċiżjonijiet li jikkonċernawhom individwalment, inkluż meta dawn kienu “mlibbsa” bħala regolamenti jew deċiżjonijiet indirizzati lil partijiet terzi ( 52 ). |
|
56. |
Huwa interessanti li wieħed jinnota li l-kwistjoni tal-eventwali trattib tar-rekwiżit ta’ “inċidenza individwali” permezz ta’ emenda tat-Trattat tqajmet qabel u matul diversi konferenzi intergovernattivi. Madankollu, l-awturi tat-Trattati, b’mod ċar konxji tan-natura “tal-granit” tal-ġurisprudenza Plaumann, finalment iddeċidew li ma jagħmlux tibdil f’dan ir-rigward. Pereżempju, fi ħdan il-grupp ta’ diskussjoni dwar il-Qorti tal-Ġustizzja, stabbilit matul il-Konvenzjoni dwar il-Futur tal-Ewropa tal‑2002‑2003, ma kienx hemm qbil dwar jekk ir-rekwiżit ta’ inċidenza individwali kellux jitħassar (jew jiġi emendat), filwaqt li l-maġġoranza tal-membri tiegħu qablu dwar emendi oħra tad-dispożizzjoni ( 53 ). Fil-fatt, dawn il-bidliet tal-aħħar biss sabu posthom, l-ewwel, fil-proposta għal Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa u, mbagħad, fit-Trattat ta’ Lisbona ( 54 ). |
|
57. |
Il-Qorti tal-Ġustizzja rrilevat dan fis-sentenza tagħha Inuit Tapiriit Kanatami et vs Il-Parlament u Il-Kunsill, li fiha r-rikorrenti kienu talbuha espliċitament tikkunsidra mill-ġdid il-formula Plaumann u tissostitwixxiha bi kriterju ta’ “effett dannuż sostanzjali”. B’mod partikolari, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li “ma hemm ebda element li jippermetti li jiġi kkunsidrat li l-awturi tat-Trattat ta’ Lisbona kellhom l-intenzjoni jemendaw il-portata tal-kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà li kienu diġà previsti fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu [263 TFUE]” ( 55 ). |
|
58. |
Inżid ngħid, li lanqas ma hemm element testwali jew storiku li jista’ jissuġġerixxi li l-awturi tat-Trattati kellhom l-intenzjoni (waqt l-adozzjoni jew l-emendar sussegwenti tat-Trattat ta’ Ruma), li, permezz tal-Artikolu 263 (attwali) TFUE, jippermettu li rikorrenti privati jippreżentaw forma ta’ actio popularis ( 56 ) jew ilment kostituzzjonali ( 57 ), jew li jagħtuhom dritt speċjali għal azzjoni legali fir-rigward ta’ allegat ksur tad-drittijiet fundamentali tagħhom ( 58 ). |
|
59. |
Minbarra dawn l-elementi testwali u storiċi, jeżisti wkoll element sistemiku li jiffavorixxi qari prudenti tar-rekwiżit tal-inċidenza individwali. |
c) Qari sistematiku tal-Artikolu 263 TFUE
|
60. |
Is-sistema ġudizzjarja tal-Unjoni għandha struttura partikolari b’żewġ pilastri li tirriżulta mill-fatt li l-Unjoni la hija organizzazzjoni internazzjonali tipika u lanqas stat nazzjon ( 59 ). Din il-partikolarità tirriżulta, fl-ewwel lok, mill-Artikolu 19(1) TUE, li, filwaqt li jinkariga lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea sabiex “tara li d-dritt ikun rispettat fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tat-Trattati”, jipprovdi li “[l]-Istati Membri għandhom jipprovdu r-rimedji meħtieġa sabiex jassiguraw protezzjoni legali effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt ta’ l-Unjoni.” Minn din id-dispożizzjoni jirriżulta li l-qrati nazzjonali huma mistennija jkunu, għaċ-ċittadini li jitolbu l-protezzjoni tad-drittijiet li huma jisiltu mid-dritt tal-Unjoni, il-qrati tal-Unjoni tad-dritt komuni ( 60 ). |
|
61. |
Barra minn hekk, skont l-Artikolu 13(2) TUE, kull istituzzjoni tal-Unjoni “għandha taġixxi fil-limiti tal-kompetenzi mogħtija lilha mit-Trattati, u skond il-proċeduri, il-kondizzjonijiet u l-finijiet previsti minnhom”. Din id-dispożizzjoni għandha tinqara fid-dawl tal-prinċipju ta’ bilanċ istituzzjonali, karatteristika essenzjali tal-istruttura istituzzjonali tal-Unjoni, li jimplika li kull istituzzjoni teżerċita s-setgħat tagħha fl-osservanza tas-setgħat tal-istituzzjonijiet l-oħra ( 61 ). F’dak li jirrigwarda l-Qorti tal-Ġustizzja, ma jistax jiġi injorat il-fatt li ngħatat ġurisdizzjoni ddefinita b’mod ċar: skont l-Artikolu 274 TFUE, “[m]ingħajr preġudizzju għas-setgħat mogħtija lill-[Qorti tal-Ġustizzja] fit-Trattati, it-tilwim li fih l-Unjoni tkun parti, m’għandhomx għal dik ir-raġuni jkunu esklużi mill-kompetenza ta’ qrati jew tribunali nazzjonali”. |
|
62. |
Id-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq juru li (b’mod pjuttost evidenti) jeżistu limiti għal dak li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tinterpreta, fid-dispożizzjonijiet tat-Trattati, fir-rigward tal-limiti tal-ġurisdizzjoni tagħha skont l-Artikolu 263 TFUE. Huma juru wkoll l-eżistenza ta’ rabta inseparabbli u ta’ interdipendenza reċiproka bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Unjoni u dawk tal-Istati Membri ( 62 ). |
|
63. |
Kif indikat il-Qorti tal-Ġustizzja fl-Opinjoni 1/09, “il-Qorti tal-Ġustizzja u l-qrati tal-Istati Membri għadhom jaraw li dan l-ordinament ġuridiku u s-sistema ġudizzjarja tal‑Unjoni jkunu rrispettati”; u l-qrati nazzjonali għandhom, f’kollaborazzjoni mal-Qorti tal-Ġustizzja, “funzjoni li ġiet attribwita lilhom b’mod komuni, fid-dawl li tiġi żgurata l-osservanza tad-dritt fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tat-trattati” ( 63 ). |
|
64. |
Fil-fatt, l-istħarriġ tal-legalità tal-atti tal-Unjoni jiddependi fuq żewġ settijiet komplementari ta’ proċeduri ġudizzjarji: rikorsi diretti (fosthom, b’mod partikolari, ir-rikors għal annullament) u l-proċedura għal deċiżjoni preliminari dwar il-validità. Kif il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat b’mod konsistenti fil-ġurisprudenza tagħha, it-Trattati stabbilixxew, minn naħa, permezz tal-Artikoli 263 u 277 TFUE ( 64 ) u, min-naħa l-oħra, permezz tal-Artikolu 267 TFUE, li “sistema kompleta ta’ rimedji ġudizzjarji u ta’ proċeduri intiżi sabiex jiġi żgurat l-istħarriġ tal-legalità tal-atti tal-Unjoni” ( 65 ). Fil-kawża, magħrufa sew, Bosphorus, il-Qorti EDB qieset li din l-istruttura partikolari, essenzjalment, tissodisfa l-istandards meħtieġa mill-KEDB ( 66 ). |
|
65. |
Għal dawn ir-raġunijiet kollha, mhux konvint li l-formula Plaumann tirrifletti interpretazzjoni skorretta tar-rekwiżit tal-inċidenza individwali stabbilit fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE. L-interpretazzjonijiet alternattivi proposti, kemm ġudizzjarji kif ukoll ekstraġudizzjarji, ta’ dan ir-rekwiżit (i) ma jipprovdux grad suffiċjenti ta’ ċertezza legali u (ii) ma humiex kompletament konformi mal-oriġini, mal-ispirtu u mal-formulazzjoni tad-dispożizzjoni tat-Trattat. Fl-aħħar nett, jiena tal-fehma wkoll li ma huwiex irraġonevoli li, f’ħafna każijiet, kwistjonijiet ta’ validità ta’ atti tal-Unjoni jitressqu l-ewwel quddiem il-qrati nazzjonali, li jaġixxu bħala filtru sabiex jiddeċiedu jekk dawn il-kwistjonijiet, li prima facie ma humiex vessatorji, għandhomx jitressqu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja taħt l-Artikolu 267 TFUE. |
|
66. |
Dan premess, biex nipparafraża lil Candide ( 67 ) ta’ Voltaire, dan ifisser li kollox sejjer sewwa fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-“inċidenza individwali” u li l-Unjoni għandha l-aħjar sistemi ġudizzjarji possibbli? |
|
67. |
Ma naħsibx li dan huwa l-każ. |
4. Il-ġurisprudenza Plaumann riveduta
|
68. |
Jiena tal-fehma li, għalkemm il-formula Plaumann hija soda, il-ġurisprudenza hija ’l bogħod milli tkun ċara u, barra minn hekk, ċerti interpretazzjonijiet ta’ din il-formula kienu eċċessivament restrittivi u ma jistgħux jiġu rrikonċiljati ma’ qari raġonevoli tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, iktar u iktar fl-Unjoni tal‑2025. Issa għalhekk ser nagħmel tliet suġġerimenti lill-Qorti tal-Ġustizzja, imbagħad nikkonkludi b’xi rimarki finali dwar għaliex eżami mill-ġdid tal-ġurisprudenza Plaumann ikun fattibbli, mixtieq u opportun. |
a) Sistematizzazzjoni tal-ġurisprudenza
|
69. |
L-ewwel suġġeriment tiegħi lill-Qorti tal-Ġustizzja huwa li l-ġurisprudenza tiġi sistematizzata, sabiex tingħata iktar ċarezza kemm lir-rikorrenti potenzjali kif ukoll lill-Qorti Ġenerali dwar iċ-ċirkustanzi differenti li fihom persuni jistgħu jitqiesu bħala “individwalment ikkonċernati” minn att tal-Unjoni. Ma huwiex rari li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti sentenza ta’ prinċipju li fiha taġġorna u tiġbor diversi linji ta’ ġurisprudenza, sabiex toffri qafas koerenti u eżawrjenti għal kwistjoni partikolari ta’ natura proċedurali ( 68 ). |
|
70. |
Għal speċjalista tad-dritt li ma huwiex speċjalizzat fid-dritt tal-Unjoni, jista’ jkun sorprendenti li, f’diversi deċiżjonijiet tal-qrati tal-Unjoni, l-evalwazzjoni tal-ammissibbiltà tar-rikors teħtieġ diskussjoni twila u kumplessa. Idealment, l-ammissibbiltà għandha tkun xi ħaġa relattivament faċli biex tiġi vverifikata. Hemm xi ħaġa b’mod inerenti stramba f’sistema li fiha ħafna każijiet jeħtieġu analiżi itwal tal-ammissibbiltà tar-rikors u analiżi ħafna iqsar tal-mertu tiegħu ( 69 ). |
|
71. |
Hija probabbilment il-kumplessità ta’ din il-kwistjoni li wasslet għall-ġurisprudenza Boehringer, li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja aċċettat li, meta jkun iġġustifikat mill-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, rikors ippreżentat skont l-Artikolu 263 TFUE jista’ jiġi miċħud fil-mertu mingħajr ma tingħata deċiżjoni dwar eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma minn parti oħra ( 70 ). Din il-ġurisprudenza toffri soluzzjoni pragmatika għall-problemi li jirriżultaw minn tali kumplessità. Madankollu, għalkemm tista’ tiġi difiża għal raġunijiet ta’ ekonomija ġudizzjarja, probabbilment din ma jkollha l-ebda raġuni li teżisti f’sistema inqas kumplessa. |
|
72. |
L-inċertezza marbuta mal-kumplessità tal-analiżi tal-inċidenza individwali tista’ wkoll tqajjem kwistjoni fid-dawl tal-ġurisprudenza TWD Textilwerke Deggendorf. F’din il-ġurisprudenza, il-Qorti tal-Ġustizzja essenzjalment iddeċidiet li jkun imur kontra l-prinċipju ta’ ċertezza legali li persuna, li setgħet mingħajr ebda dubju tikkontesta att tal-Unjoni quddiem il-qorti tal-Unjoni; u li ħalliet jiskadi t-terminu imperattiv previst f’dan ir-rigward mill-Artikolu 263 TFUE; titħalla tikkontesta l-legalità ta’ dan l-att quddiem qorti nazzjonali fil-każ ta’ rikors ippreżentat kontra l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet nazzjonali fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tal-imsemmi att. Kull approċċ ieħor ikun ifisser li r-rikorrent jitħalla jippreġudika n-natura definittiva li l-att ikkontestat għandu neċessarjament jikseb, wara l-iskadenza tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors. Għaldaqstant, talba għal deċiżjoni preliminari dwar il-validità ta’ tali att hija, f’dawn iċ-ċirkustanzi, inammissibbli ( 71 ). |
|
73. |
Naħseb li huwa ġust li jingħad li, għalkemm l-analiżi meħtieġa mill-ġurisprudenza TWD Textilwerke Deggendorf tagħti (“mingħajr dubju”) lill-persuni kkonċernati l-benefiċċju tad-dubju, din l-analiżi ma hijiex faċli li ssir ( 72 ). Dan ifisser, b’mod pjuttost ovvju, li, f’ħafna każijiet, il-persuni kkonċernati mill-att għandhom, sabiex ikunu żguri, jibdew żewġ proċeduri: waħda quddiem il-qrati nazzjonali u waħda quddiem il-Qrati tal-Unjoni ( 73 ). Dan huwa dak li fil-fatt ġara f’dawn il-proċeduri ( 74 ). Il-multiplikazzjoni tal-proċeduri fuq l-istess kwistjoni, bi spejjeż ogħla li jirriżultaw kemm għall-partijiet kif ukoll għas-soċjetà, hija xi ħaġa li, għal raġunijiet ovvji, ma għandhiex isseħħ. |
|
74. |
Konsegwentement, jiena tal-fehma li jeżistu raġunijiet partikolarment validi sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tipprovdi iktar ċarezza fil-ġurisprudenza tagħha dwar ir-rekwiżit ta’ inċidenza individwali, permezz ta’ sentenza ta’ prinċipju. Nittama li s-sistematizzazzjoni proposta hawn fuq tista’ tkun ta’ xi utilità għall-Qorti tal-Ġustizzja għal dan l-għan. Sabiex inkun ċar, din is-sistematizzazzjoni ma hijiex intiża li turi b’mod eżawrjenti s-sitwazzjonijiet kollha possibbli li jistgħu jagħtu lok għal “inċidenza individwali” fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, iżda sempliċement li tirrifletti l-ġurisprudenza eżistenti. Fil-fatt, kif irrileva l-Avukat Ġenerali Bobek fil-konklużjonijiet tiegħu fil-kawża Nord Stream 2, “it-test [Plaumann] huwa ċertament strett, iżda, għall-inqas apparentement, huwa wkoll relattivament miftuħ u flessibbli” ( 75 ). Ir-rekwiżit tal-inċidenza individwali ma jiddependix biss fuq is-sitwazzjoni konkreta tar-rikorrent, iżda wkoll fuq il-forma u l-kontenut tal-att, kif ukoll fuq il-proċedura li permezz tagħha jiġi adottat l-att. Pereżempju, kif juri l-hekk imsejjaħ Regolament ta’ Aarhus ( 76 ), il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tista’ toħloq kategoriji ġodda ta’ persuni “affettwati individwalment” minn ċerti atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni ( 77 ). |
|
75. |
Għalhekk, minkejja li kull sistematizzazzjoni attwali tal-ġurisprudenza ma teskludix li, fil-futur, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ ssib kawżi oħra li fihom grupp ta’ persuni jista’ jkun individwalment ikkonċernat minn tip partikolari ta’ att tal-Unjoni, hija madankollu tkun qed toffri linji gwida ċari dwar l-istat attwali tad-dritt mhux biss lir-rikorrenti potenzjali, iżda wkoll lill-Qorti Ġenerali. |
b) Irfinar tat-test tal-grupp magħluq
|
76. |
Fil-parti 3 iktar ’il fuq, spjegajt għaliex jiena tal-fehma li l-formula Plaumann tikkostitwixxi interpretazzjoni plawżibbli tar-rekwiżit tal-inċidenza individwali stabbilit fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE. Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, inqis ukoll li t-test tal-grupp magħluq jikkostitwixxi applikazzjoni raġonevoli tal-formula Plaumann. Infakkar li, skont dan it-test, tipikament użat għall-miżuri ta’ natura ġenerali, meta l-miżura taffettwa grupp ta’ persuni li kienu identifikati jew identifikabbli fil-mument meta din il-miżura ġiet adottata, u skont kriterji speċifiċi għall-membri tal-grupp, dawn il-persuni jistgħu jkunu individwalment ikkonċernati minn din il-miżura sa fejn jagħmlu parti minn ċirku ristrett ta’ persuni affettwati. |
|
77. |
Huwa diffiċli li jiġi kkontestat li, jekk il-persuni kkonċernati minn att tal-Unjoni la kienu identifikati u lanqas identifikabbli, dan l-att ġie adottat sabiex iwieġeb għal sett partikolari ta’ ċirkustanzi kkonċepiti b’mod astratt, abbażi ta’ kunsiderazzjonijiet ta’ politika ġenerali. Fl-istess ħin, inqis li huwa raġonevoli wkoll li s-sempliċi fatt li l-persuni kollha affettwati minn att tal-Unjoni kienu, fil-mument tal-adozzjoni tiegħu, identifikati jew identifikabbli ma huwiex biżżejjed, fih innifsu, sabiex dawn il-persuni jitqiesu li huma individwalment ikkonċernati. Fil-fatt, ma huwiex rari li, f’suq partikolari, ikun hemm biss ftit operaturi magħrufa sew mill-awtoritajiet u mill-pubbliku. It-test tal-inċidenza individwali ma jistax japplika b’mod differenti jekk l-att jikkonċerna, pereżempju, il-provvista ta’ servizzi minn avukati jew tobba, jew il-manifattura ta’ inġenji tal-ajru kbar jew ta’ vetturi militari blindati. Madankollu, is-sitwazzjoni tista’ tkun differenti meta, minkejja li tkun redatta f’termini ġenerali u li tapplika mingħajr distinzjoni għall-persuni kollha kkonċernati, il-miżura tkun essenzjalment imfassal bil-qies għas-sitwazzjoni ta’ persuna speċifika waħda jew iktar ( 78 ). |
|
78. |
Kif ġie indikat fil-punt 27 ta’ dawn il-konklużjonijiet, huwa għalhekk neċessarju li wieħed imur lil hinn mis-sempliċi fatt li l-persuni affettwati huma identifikati jew identifikabbli. Huwa għalhekk li l-ġurisprudenza teżiġi li dawn il-persuni jagħmlu parti minn grupp magħluq li, fid-dawl tad-dispożizzjoni kkontestata, għandu ċerti karatteristiċi distintivi. Dan huwa konformi mar-ratio legis tad-dispożizzjoni li, kif spjegat, dejjem kienet li tiġi ttrattata s-sitwazzjoni fejn att tal-Unjoni jaffettwa s-sitwazzjoni legali ta’ persuna waħda jew iktar li tmur lil hinn mill-impatt li dan l-att għandu fuq il-bqija tal-persuni affettwati. Din id-differenza fl-impatt fuq il-persuni kkonċernati individwalment u l-persuni mhux individwalment ikkonċernati ma tistax tkun (biss jew prinċipalment) waħda ta’ grad, iżda għandha tiddependi (tal-inqas sa ċertu punt) min-natura tiegħu ( 79 ). |
|
79. |
Fil-fehma tiegħi, il-punt komuni fil-kawżi li fihom l-inċidenza individwali ġiet aċċettata jikkonsisti fil-fatt li l-istituzzjoni li taġixxi ħadet inkunsiderazzjoni (espliċitament jew impliċitament) jew kellha, abbażi ta’ ċerti dispożizzjonijiet speċifiċi jew ta’ ċerti prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, tieħu inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni partikolari tar-rikorrenti qabel ma adottat l-att ikkontestat. Dan huwa l-każ, essenzjalment, meta r-raġunijiet politiċi li wasslu lill-istituzzjoni sabiex taġixxi jkollhom jiġu rrikonċiljati mad-drittijiet u mal-interessi ta’ ċerti suġġetti li, għal xi raġuni speċifika, ma jistgħux jiġu assimilati totalment għal dawk tal-persuni l-oħra affettwati. Il-fatt li l-istituzzjoni inkwistjoni ma kinitx taf in-numru jew l-identità ta’ dawn il-persuni huwa irrilevanti, peress li hija kienet f’pożizzjoni li tikseb l-informazzjoni neċessarja ( 80 ). Jidhirli li l-erba’ każijiet imsemmija fil-punt 28 ta’ dawn il-konklużjonijiet jipprovdu eżempji tajbin f’dan ir-rigward. |
|
80. |
Naturalment jiena konxju li hemm ċerti sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja li jidhru li jmorru kontra din il-konstatazzjoni ( 81 ). Madankollu, dawn il-kawżi huma pjuttost partikolari u d-dikjarazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja f’dan ir-rigward ma jistgħux jiġu ġġeneralizzati. Il-kawżi inkwistjoni kienu jikkonċernaw rikorsi ppreżentati mhux minn individwi li jaġixxu sabiex jipproteġu d-drittijiet tagħhom, iżda minn awtorità reġjonali (ta’ wieħed mit-tliet territorji li jifformaw ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi) li aġixxiet sempliċement fl-interess ġenerali, bħala entità responsabbli għall-affarijiet ekonomiċi u soċjali fil-ġurisdizzjoni tagħha, kontra miżura li kellha impatt pjuttost limitat fuq l-ekonomija tagħha ( 82 ). F’dan ir-rigward, infakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, is-sempliċi fatt li reġjun jew entità pubblika lokali oħra għandhom ċerta kompetenza, bħala entità kompetenti għall-kwistjonijiet ekonomiċi, soċjali jew ambjentali fit-territorju tagħhom, f’dak li jirrigwarda l-qasam irregolat minn att tal-Unjoni ta’ portata ġenerali ma jistax, fih innifsu, ikun suffiċjenti sabiex l-imsemmi reġjun ikun jista’ jitqies bħala “kkonċernat” fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE ( 83 ). Barra minn hekk, fil-kawżi inkwistjoni, il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni kienet tinkludi biss riferimenti vagi u ġeneriċi għall-ħtieġa li l-istituzzjoni li taġixxi tieħu inkunsiderazzjoni, fost il-fatturi differenti li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni, l-impatt tal-miżura prevista fuq iż-żoni affettwati ( 84 ). U, kif ikkonstatat il-Qorti Ġenerali, l-impatt li l-att ikkontestat ipproduċa fit-territorju li jaqa’ taħt il-kompetenza tar-rikorrent ma kienx differenti minn dak prodott fit-territorji l-oħra affettwati ( 85 ). |
|
81. |
Għaldaqstant, ma naħsibx li dawn is-sentenzi huma ta’ natura li jikkonfutaw il-kunsiderazzjonijiet tiegħi esposti iktar ’il fuq. Fil-fatt, interpretazzjoni wiesgħa ħafna mhux biss talli tkun diffiċilment konċiljabbli mal-bqija tal-ġurisprudenza Plaumann, iżda talli tkun ukoll problematika mill-perspettiva sistemika. Fil-fatt, jekk istituzzjoni tal-Unjoni hija legalment obbligata teżamina s-sitwazzjoni ta’ persuna jew persuni speċifika, dawn il-persuni għandhom dritt li s-sitwazzjoni tagħhom tittieħed inkunsiderazzjoni. Naturalment, ubi ius ibi remedium: kull fejn hemm dritt, hemm rimedju. Għalhekk, il-persuni inkwistjoni għandu jkollhom il-kapaċità li jiżguraw il-protezzjoni tad-dritt quddiem qorti, billi jikkontestaw il-miżura li allegatament ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-pożizzjoni tagħhom, jew għamlet dan b’mod żbaljat. Fil-fatt, huwa preċiżament dan id-dritt (ta’ teħid inkunsiderazzjoni) li; sabiex infakkar il-formula Plaumann; jiddistingwi “individwalment” lir-rikorrenti “l-istess bħal fil-każ ta’ persuna indirizzata” ( 86 ). Essenzjalment, bl-adozzjoni ta’ miżura partikolari, jista jkun li l-istituzzjoni li taġixxi mhux biss talli stabbilixxiet regoli ġenerali u astratti applikabbli għal numru indeterminat ta’ persuni, iżda talli ttrattat ukoll is-sitwazzjoni ta’ persuna waħda jew iktar identifikati jew identifikabbli, daqslikieku kienet indirizzatilhom att li għandu kontenut deċiżjonali partikolari. |
|
82. |
Madankollu, hemm element tat-test tal-grupp magħluq li jħallini pjuttost perpless. |
|
83. |
F’ċerti deċiżjonijiet, il-qrati tal-Unjoni eżiġew (jew dehru li eżiġew) li l-kategorija ta’ persuni partikolarment affettwati mill-att ikkontestat, li għaliha jallega li jappartjeni r-rikorrent, tkun komposta minn numru determinat ta’ persuni li ma jistax jikber wara l-adozzjoni tal-att ikkontestat (iktar ’il quddiem l-“element futur”) ( 87 ). |
|
84. |
Għandna żewġ riżervi f’dan ir-rigward. |
|
85. |
L-ewwel nett, fuq livell teoretiku, l-element futur ma jidhirx li huwa konformi mal-loġika li fuqha hija bbażata l-ġurisprudenza Plaumann. Essenzjalment, dan jeżiġi li jsir paragun bejn, minn naħa, is-sitwazzjoni ta’ rikorrent partikolari (jew ta’ grupp ta’ persuni li jagħmel parti minnu) u, min-naħa l-oħra, dik tal-persuni li, f’mument partikolari fil-futur, jistgħu jkunu affettwati mill-att ikkontestat. |
|
86. |
Madankollu, dan ma huwiex il-paragun li l-ġurisprudenza Plaumann teżiġi mill-qrati tal-Unjoni. L-ekwazzjoni tal-“inċidenza individwali” fiha żewġ elementi: i) il-ġeneralità tal-persuni affettwati mill-att ikkontestat, li għandha tiġi identifikata in abstracto, abbażi tal-kamp ta’ applikazzjoni ratione personae ta’ dan l-att (iktar ’il quddiem il-“ġeneralità”), u (ii) subsett tagħha, jiġifieri grupp iżgħar ta’ persuni affettwati (li għalih jappartjeni r-rikorrent), li, minħabba ċerti karatteristiċi partikolari, allegatament huwa differenti mill-ġeneralità (iktar ’il quddiem iċ-“ċirku ristrett”). ( 88 ) |
|
87. |
L-eżistenza taċ-ċirku ristrett għandha tiġi evalwata in concreto, filwaqt li jitqiesu l-punti kollha, ta’ liġi u ta’ fatt, li jistgħu jikkaratterizzaw is-sitwazzjoni tal-persuni li jappartjenu għalih. Fil-fatt, il-formula Plaumann espressament timponi fuq il-Qrati tal-Unjoni l-obbligu li jeżaminaw l-“attributi” u ċ-“ċirkustanzi” speċifiċi tar-rikorrent. Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li (i) l-inċidenza individwali għandha tiġi stabbilita “abbażi tas-sitwazzjoni speċifika [tal-]persuna individwali meta mqabbla ma’ kull persuna oħra” ( 89 ); u (ii) dan il-paragun għandu jsir “mill-perspettiva tad-dispożizzjoni kkontestata” ( 90 ), “fid-data tad-[dispożizzjoni] kkontestata” ( 91 ). |
|
88. |
Jekk dan huwa l-każ, dak li huwa determinanti fl-analiżi huwa li jiġi ddeterminat jekk hemmx differenza fin-natura tal-impatt li l-att ikkontestat għandu fuq iż-żewġ gruppi (il-ġeneralità kontra ċ-ċirku ristrett). Ir-rwol jew il-piż li l-element futur għandu jkollu fil-kuntest ta’ din l-analiżi jibqgħu pjuttost mhux ċar għalija. |
|
89. |
B’mod partikolari, insibha diffiċli nifhem għaliex il-kapaċità ta’ persuna waħda jew iktar li jikkontestaw att partikolari li jkun ġie adottat mingħajr ma (allegatament) l-istituzzjoni tal-Unjoni inkwistjoni tkun ħadet debitament inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni partikolari tagħhom għandha tiddependi mill-aġir ipotetiku futur ta’ individwi oħra (dawk li, pereżempju, jistgħu jwettqu attività partikolari, jibdew impriża partikolari jew imorru f’territorju partikolari fi ħdan l-Unjoni). F’komunità ta’ dritt li, kif ser nispjega iktar ’il quddiem, tirrifletti l-ideat fundamentali tad-demokraziji liberali bbażati fuq ekonomija tas-suq libera u miftuħa, li jenfasizzaw l-awtonomija individwali u jipproteġu d-drittijiet fundamentali, huwa estremament rari li kategorija ta’ persuni li jeżerċitaw attività tkun immutabbli fil-futur ( 92 ). |
|
90. |
L-element futur jirriżulta, fil-fehma tiegħi, minn applikazzjoni żbaljata tal-ġurisprudenza Plaumann. Dan huwa r-riżultat ta’ analiżi orjentata lejn il-kamp ta’ applikazzjoni ratione personae tal-att ikkontestat, li ma tiħux inkunsiderazzjoni b’mod suffiċjenti l-karatteristiċi reali tas-subsett tiegħu. Dan jimplika li tingħata importanza deċiżiva lill-elementi ta’ natura teoretika u ipotetika, għad-detriment ta’ sitwazzjoni reali eżistenti. Fil-fehma tiegħi, tali approċċ diffiċilment jista’ jiġi rrikonċiljat mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ċċitata fil-punt 87 ta’ dawn il-konklużjonijiet. |
|
91. |
It-tieni nett, minn perspettiva prattika, mhux ċert li jista’ jkun raġonevoli u utli li l-element futur jittieħed inkunsiderazzjoni. |
|
92. |
Ċertament, l-element futur huwa karatteristika inerenti għas-sitwazzjonijiet kollha li fihom il-kriterju li jiddistingwi ċ-ċirku ristrett mill-ġeneralità jirreferi għal avvenimenti fil-passat, bħal pereżempju fis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punt 32 iktar ’il fuq. Madankollu, f’ każijiet bħal dawn, ma hemmx valur miżjud għall-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tivverifika dan l-element, preċiżament għaliex huwa inevitabbilment preżenti. |
|
93. |
Anki fil-każijiet l-oħra, jiġifieri meta l-kriterju li jiddistingwi ċ-ċirku ristrett ma jkunx relatat ma’ avvenimenti fil-passat, l-istħarriġ ta’ dan l-element jista’ jkun qarrieqi jew inutli. |
|
94. |
Minn naħa, dan jista’ jwassal għal xi inkonsistenzi: rikorrent li, fir-rigward ta’ miżura partikolari, jinsab fil-fatt f’sitwazzjoni differenti minn dik tal-ġeneralità (i) xorta waħda jista’ jkun individwalment ikkonċernat anki jekk xi persuni oħra jinsabu fl-istess sitwazzjoni, iżda (ii) ma jistax ikun individwalment ikkonċernat jekk persuna oħra tista’ eventwalment tkun f’sitwazzjoni simili fil-futur. Ma nafx liema hija r-raġuni għal tali. |
|
95. |
Min-naħa l-oħra, nistaqsi lili nnifsi jekk identifikazzjoni korretta taċ-ċirku ristrett (jiġifieri, waħda magħmula in concreto billi jiġu evalwati l-punti kollha ta’ liġi u ta’ fatt rilevanti) għandiex, għal darba oħra, trendi inutli l-istħarriġ tal-element futur. |
|
96. |
Pereżempju, fil-kawża ineżami, il-Qorti Ġenerali kkonċentrat l-analiżi tagħha fuq l-impriżi involuti fil-produzzjoni u fil-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk imsaħħan, billi eżaminat il-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae u ratione personae tal-att ikkontestat. Ma hemm l-ebda dubju li kemm l-appellanti kif ukoll kull impriża li ser tkun attiva fil-futur fis-suq ikkonċernat huma paragunabbli sa fejn huma ser ikunu kollha suġġetti għall-istess regoli u, għaldaqstant, “ibatu” mil-limitazzjonijiet imposti fuq l-attivitajiet tagħhom introdotti mill-att ikkontestat. |
|
97. |
Madankollu, l-operaturi attwali u l-operaturi futuri attivi f’dan is-suq jinsabu verament f’sitwazzjoni simili, fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE? Fil-fehma tiegħi, huwa ċar li dan ma huwiex il-każ. |
|
98. |
Kif ser nispjega f’iktar dettall fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-aggravju tal-appellanti, l-appellanti huma fost l-impriżi li introduċew prodott ġdid fis-suq tal-Unjoni u, għal dan l-għan, wettqu investimenti sinjifikattivi, fosthom l-iżvilupp ta’ teknoloġija ġdida, il-ħolqien ta’ kanali ta’ distribuzzjoni ġodda u l-kampanja intiża sabiex il-prodott isir magħruf u attraenti għall-klijenti. Barra minn hekk, l-att ikkontestat kien, fi kliem sempliċi, introdott preċiżament għaliex l-appellanti kellhom suċċess sostanzjali fl-isforzi tagħhom u li, konsegwentement, il-bejgħ tal-prodott il-ġdid żdied b’mod sinjifikattiv f’perijodu ta’ żmien relattivament qasir. Barra minn hekk, dan it-tkabbir, u, għaldaqstant, in-neċessità u x-xerqien li jiġi introdott l-att ikkontestat, ġie stabbilit, mill-Kummissjoni, bl-użu tad-data dwar il-bejgħ ipprovduta, inter alia, mir-rikorrenti stess. |
|
99. |
Kif jistgħu impriżi li xi darba jistgħu jidħlu f’dan is-suq, pereżempju billi japprofittaw ruħhom mill-investimenti magħmula mill-appellanti, jitqiesu li jinsabu f’sitwazzjoni verament simili għal dik tal-appellanti? |
|
100. |
Sabiex nikkonkludi fuq dan il-punt, jiena tal-fehma li l-element futur diffiċilment jista’ jiġi rrikonċiljat mal-linji ġenerali tal-ġurisprudenza Plaumann u, barra minn hekk, dan jista’ jiġi faċilment interpretat u applikat ħażin. Din hija r-raġuni għaliex nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tikkonferma t-test ta’ grupp magħluq, iżda tabbanduna r-rekwiżit li l-grupp ta’ persuni inkwistjoni ma jistax jitwessa’ wara l-adozzjoni tal-att ikkontestat. |
c) Trattament ekwivalenti tal-persuni kollha fir-rigward tad-drittijiet kollha
|
101. |
It-tielet u l-aħħar suġġeriment tiegħi lill-Qorti tal-Ġustizzja huwa li tapplika b’mod iktar koerenti l-ġurisprudenza Plaumann fid-diversi kawżi mressqa quddiemha, indipendentement mit-tip ta’ rikorrent jew drittijiet jew interessi affettwati. Fil-fatt, jidhirli li l-prinċipji li jirriżultaw mill-ġurisprudenza Plaumann xi drabi ġew applikati b’mod iktar rigoruż u xi drabi oħra ġew applikati b’mod inqas strett, f’każijiet li, tal-inqas meta jiġu kkunsidrati mill-perspettiva attwali, huma fil-parti l-kbira simili. Wieħed jista’ jargumenta li, filwaqt li dan kien iġġustifikat fil-Komunità Ekonomika Ewropea tal‑1963, dan ma għadux il-każ fl-Unjoni Ewropea tal‑2025. |
|
102. |
Sal-aħħar tas-snin tmenin jew il-bidu tas-snin disgħin, l-interessi tal-Komunitajiet ta’ dak iż-żmien kienu prinċipalment il-kummerċ u l-ekonomija. Il-biċċa l-kbira tal-kawżi li kienu jaslu fil-Plateau de Kirchberg kienu jikkonċernaw kwistjonijiet bħall-moviment liberu, il-kompetizzjoni, il-politika kummerċjali u d-difiża tal-kummerċ, id-dwana, l-agrikoltura u s-sajd ( 93 ). Għalhekk ma huwiex sorprendenti li l-ġurisprudenza Plaumann kienet iktar riċettiva għal eventwali ksur tad-drittijiet ekonomiċi invokati minn persuni li kienu ekonomikament attivi: ħaddiema, persuni li jaħdmu għal rashom jew kumpanniji. Wara kollox, l-għan prinċipali tal-Komunitajiet f’dak iż-żmien kien il-ħolqien ta’ suq komuni. |
|
103. |
Fl-Unjoni tal‑2025, is-sitwazzjoni evolviet b’mod kunsiderevoli. Sabiex tilħaq l-għanijiet ġenerali tagħha (li tippromwovi l-paċi, il-valuri tagħha u l-benesseri tal-popli tagħha), l-Unjoni hija obbligata mhux biss li tistabbilixxi u ssaħħaħ suq intern, iżda wkoll, inter alia, li “toffri liċ-ċittadini tagħha spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja”, li “taħdem għall-iżvilupp sostenibbli”, li “twassal għal livell massimu ta’ impjieg u progress soċjali, u livell għoli ta’ protezzjoni u ta’ titjib tal-kwalità ta’ l-ambjent” u li “tippromwovi l-iżvilupp xjentifiku u teknoloġiku”. Iż-żieda fil-benesseri ekonomiku tal-popolazzjoni Ewropea ma għadhiex l-(unika) ispirazzjoni li tiggwida lill-Unjoni. |
|
104. |
Għalhekk, id-drittijiet ekonomiċi taċ-ċittadini tal-Unjoni ma jistgħux jitqiesu primi inter pares fis-sistema legali tal-Unjoni, sa fejn dawn għandhom l-istess importanza bħal drittijiet u libertajiet ta’ natura oħra (ċivili, politiċi, soċjali, eċċ.). Minn ġurisprudenza stabbilita sew jirriżulta li, fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, ebda kategorija ta’ drittijiet ma għandha prijorità fuq kategorija oħra ( 94 ). Meta jkunu involuti drittijiet differenti, ir-rekwiżiti tagħhom għandhom jiġu rrikonċiljati, sa fejn ikun possibbli, billi jinstab bilanċ ġust bejniethom ( 95 ). Fil-każ ta’ kunflitt dirett, il-kwistjoni ta’ liema drittijiet għandhom jingħataw preċedenza tiddependu miċ-ċirkustanzi speċifiċi inkwistjoni ( 96 ). |
|
105. |
Barra minn hekk, ftit li xejn għandi bżonn nenfasizza li l-intenzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni li jsegwu l-interessi komuni tagħhom permezz tal-ħolqien ta’ persuna ġuridika hija protetta mill-Karta, kemm jekk dawn l-interessi jkunu ta’ natura ekonomika kif ukoll jekk ikunu ta’ natura oħra ( 97 ). |
|
106. |
Minn dak li ġie rrilevat iktar ’il fuq jirriżulta li jista’ jkun meħtieġ ċertu bbilanċjar mill-ġdid tal-mod li bih il-ġurisprudenza Plaumann tiġi applikata fid-diversi kawżi. B’mod partikolari, fl-eżami tal-inċidenza individwali, (i) l-entitajiet mingħajr skop ta’ lukru (bħal assoċjazzjonijiet u organizzazzjonijiet mhux governattivi ( 98 )) għandhom ġeneralment jitqiesu bl-istess standards bħal dawk applikati għal entitajiet bi skop ta’ lukru (bħal kumpanniji), u (ii) il-kwistjoni dwar jekk id-drittijiet jew l-interessi tar-rikorrenti affettwati mill-att ikkontestat humiex ta’ natura ekonomika jew ta’ natura differenti ma għandhiex tkun rilevanti. |
|
107. |
Issa ser nagħti żewġ eżempji ipotetiċi, sabiex nuri dan x’jista’ jfisser fil-prattika. |
|
108. |
L-ewwel nett, miżura tal-Unjoni li, bil-għan tal-protezzjoni tal-istokkijiet tal-ħut, tipprojbixxi, għal perijodu ta’ żmien twil, il-qabdiet l-iktar profittabbli fiż-żoni marittimi madwar il-gżira ta’ Remota Insula tista’, fil-fehma tiegħi, tikkonċerna individwalment lill-assoċjazzjoni lokali tas-sajjieda żgħar, li tirrappreżenta l-interess tal-persuni kollha li l-għajxien tagħhom jiddependi kompletament mill-attivitajiet tas-sajd tagħhom, iżda mhux kategoriji oħra ta’ persuni li wkoll ġew affettwati f’livelli differenti mill-miżura: l-abitanti tal-gżira, is-sidien tar-ristoranti lokali, u kumpanniji kbar attivi fl-industrija tas-sajd (li faċilment setgħu jibagħtu d-dgħajjes tagħhom x’imkien ieħor). |
|
109. |
It-tieni nett, miżura tal-Unjoni li taffettwa serjament l-ispeċi ta’ annimali avis avium, li tgħix fis-sit Natura 2000 ta’ Antiqua Silva, tista ma tkunx tikkonċerna individwalment lid-diversi persuni li jirrisjedu fil-qrib, lill-osservaturi dilettanti tal-għasafar jew lill-assoċjazzjonijiet internazzjonali għall-protezzjoni tal-ambjent. Madankollu, din il-miżura ċertament taffettwa b’mod distintiv ħafna lil assoċjazzjoni lokali li l-missjoni statutorja tagħha hija preċiżament il-protezzjoni tal-avis avium fis-sit Antiqua Silva. |
|
110. |
F’kull wieħed minn dawn il-każijiet, id-differenza fil-mod kif il-miżura tal-Unjoni inkwistjoni taffettwa l-assoċjazzjoni immaġinarja u kif jaffettwa lil persuni oħra ma hijiex waħda ta’ grad iżda tikkonċerna n-natura tal-effett ta’ din il-miżura. L-interess affettwat jista’ (l-ewwel eżempju) jew jista’ ma jkunx (it-tieni eżempju) ta’ natura ekonomika. Fiż-żewġ każijiet, il-miżura tolqot fil-qalba tal-attività tal-assoċjazzjoni, billi taffettwa interess li jmur lil hinn minn dak tal-persuni li jappartjenu lil din l-assoċjazzjoni. Għaldaqstant, l-assoċjazzjoni għandu jkollha locus standi fid-dawl tal-impatt li l-miżura ipotetika għandha fuq l-interessi tagħha stess bħala assoċjazzjoni, skont il-ġurisprudenza ċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 98 iktar ’il fuq. Li dawn il-persuni ġuridiċi jitqiesu li ma humiex individwalment affettwati minn dawn il-miżuri, sempliċement għaliex ma humiex l-uniċi affettwati u/jew ma għandhomx monopolju de jure jew de facto fuq il-protezzjoni tal-interessi inkwistjoni, mhux talli jkun formalistiku, iżda talli jkun ukoll maqtugħ mir-realtà. |
|
111. |
Ma nara l-ebda differenza sostantiva bejn dawn il-każijiet ipotetiċi u, pereżempju, proċeduri mibdija minn kumpanniji li la huma destinatarji u lanqas imsemmija f’deċiżjonijiet adottati skont ir-regoli tal-Unjoni fil-qasam tal-antitrust u tal-għajnuna mill-Istat, iżda li minflok huma kompetituri potenzjali jew reali jew imsieħba kummerċjali tal-kumpanniji kkonċernati minn dawn id-deċiżjonijiet. |
|
112. |
Bħala konklużjoni, it-tliet suġġerimenti tiegħi lill-Qorti tal-Ġustizzja huma dawn li ġejjin: (i) li tissistematizza l-ġurisprudenza Plaumann sabiex tingħata iktar ċarezza lir-rikorrenti potenzjali u lill-Qorti Ġenerali; (ii) li tirfina t-test ta’ grupp magħluq, billi tabbanduna applikazzjoni stretta wisq tiegħu; u (iii) li tiżgura teħid inkunsiderazzjoni ekwivalenti għall-persuni kollha fir-rigward tad-drittijiet kollha. Fit-tliet subpartijiet li ġejjin ta’ dawn il-konklużjonijiet, ser nispjega għaliex l-eżami mill-ġdid tal-ġurisprudenza Plaumann huwa, fil-fehma tiegħi, fattibbli, mixtieq u opportun. |
d) Rimarki finali (I):għaliex eżami mill-ġdid tal-ġurisprudenza Plaumann huwa fattibbli
|
113. |
Kuntrarjament għat-testijiet proposti mill-Avukat Ġenerali Jacobs, mill-Qorti Ġenerali u minn parti mid-duttrina, is-suġġerimenti tiegħi dwar l-interpretazzjoni tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE ma jiddevjawx mis-sentenza Plaumann. Lanqas ma nipproponi li jitħassar jew jinbidel b’mod sostanzjali t-test ta’ grupp magħluq, li l-qrati tal-Unjoni applikaw b’mod konsistenti sabiex jistabbilixxu inċidenza individwali fil-każ ta’ miżuri ta’ portata ġenerali. |
|
114. |
Fil-fatt, is-suġġerimenti tiegħi huma ta’ natura sistematika u ta’ portata relattivament modesta. Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ ssegwihom filwaqt li tibqa’ b’mod ċar fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-ġurisprudenza eżistenti, inkluż f’kawżi ewlenin u reċenti bħall-kawżi UPA, Inuit jew Carvalho. Tkun biss ġurisprudenza pjuttost limitata u periferika li tiġi abbandunata. |
|
115. |
Fid-dawl ta’ dak li ġie rrilevat iktar ’il fuq, naħseb ukoll li kwalunkwe tħassib dwar il-fatt li s-suġġerimenti tiegħi “jiftħu l-bibieb”, li jwassal għal splużjoni ta’ kawżi quddiem il-qrati tal-Unjoni, ikun esaġerat ħafna. L-ewwel nett, ma għandux jiġi injorat il-fatt li l-persuni li jissodisfaw il-kundizzjoni tal-inċidenza individwali għandhom jissodisfaw ukoll ir-rekwiżit tal-“inċidenza diretta” u juru li għandhom “interess” ġuridiku ( 99 ). Barra minn hekk, bilkemm għandi bżonn inżid li r-rikorrenti għandhom perijodu ddefinit sew biex jikkontestaw att tal-Unjoni: għandhom jagħmlu dan fi żmien xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni tal-att, min-notifika tiegħu lilhom, jew mill-jum li fih saru konxji bih ( 100 ). It-tieni nett, iż-żieda relattiva fin-numru ta’ kawżi li jistgħu jkunu ammissibbli tkun, nemmen, iktar milli kkumpensata mir-riżorsi tal-Qorti tal-Ġustizzja li jiġu ffrankati bis-saħħa ta’ sistematizzazzjoni ċara tal-kwistjoni. It-tielet nett, fi ħdan il-Qorti Ġenerali, komposta minn 54 Imħallef, żieda żgħira fin-numru ta’ kawżi għandha tkun perfettament ġestibbli ( 101 ). Ir-raba’ u fl-aħħar nett (iżda mhux l-inqas), fil-kuntest tal-istħarriġ tal-validità tal-atti tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja tħalli marġni ta’ diskrezzjoni relattivament wiesa’ lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni f’dak li jirrigwarda l-għażliet politiċi u l-evalwazzjonijiet tekniċi kumplessi (l-istħarriġ imsejjaħ “marġinali” tal-Qorti tal-Ġustizzja) ( 102 ). Minn dan isegwi li, anki fost il-kawżi li ser jiġu kkunsidrati bħala ammissibbli, ser ikun hemm parti mhux negliġibbli li, fil-mertu, tista’ tiġi ttrattata malajr, peress li l-istituzzjoni inkwistjoni ma marritx lil hinn mil-limiti tas-setgħa diskrezzjonali tagħha, fatt li seta’ jwassal għal żball manifest ta’ evalwazzjoni. |
e) Rimarki finali (II): għaliex eżami mill-ġdid tal-ġurisprudenza Plaumann huwa mixtieq
|
116. |
Fil-fehma tiegħi, hemm vantaġġ li huwa addizzjonali għal dawk diġà msemmija iktar ’il fuq. Dan jirriżulta mir-rwol imsaħħaħ li ċerti assoċjazzjonijiet jista’ jkollhom fil-kawżi mressqa direttament quddiem il-qrati tal-Unjoni. |
|
117. |
Kif essenzjalment irrilevat l-Avukata Ġenerali Sharpston, sistema li tinkoraġġixxi lin-nies sabiex imexxu t-tilwim marbut ma’ interessi kollettivi (bħall-protezzjoni tal-ambjent) permezz ta’ assoċjazzjonijiet “[tirrikonoxxi] li dawn l-organizzazzjonijiet ma jgħabbux iż-żejjed jew jipparalizzaw il-qrati. Bil-kontra, [iġġib] flimkien it-talbiet ta’ ħafna individwi f’kawża waħda, [u b’hekk joħolqu] joħolqu filtru li, fuq tul ta’ żmien, jassisti lill-qrati fix-xogħol tagħhom”. Barra minn hekk, hija nnotat li “dawn l-assoċjazzjonijiet ta’ spiss ikollhom għarfien tekniku li individwi ġeneralment ma jkollhomx [u l-]inklużjoni ta’ din l-informazzjoni teknika fil-proċess hija vantaġġjuża, minħabba li tqiegħed lill-qorti f’pożizzjoni aħjar biex taqta’ l-kawża” ( 103 ). |
|
118. |
Ma għandix ħafna xi nżid ma’ dawn il-kunsiderazzjonijiet raġonevoli ħafna. It-tisħiħ tar-rwol tal-assoċjazzjonijiet huwa wkoll aspett li, sa ċertu punt, jirrimedja l-paradoss imsemmi fil-punt 41 iktar ’il fuq, li jgħid li iktar ma tkun kbira n-natura ġenerali u kollettiva tal-interess inkwistjoni u iktar mal-miżura tkun ta’ dannu, iktar ma jkunx probabbli li r-rikorrenti jitqiesu li huma individwalment ikkonċernati skont il-ġurisprudenza Plaumann. |
|
119. |
Madankollu, jiena nifhem l-argumenti tal-Avukat Ġenerali Cosmas li skonthom l-illaxkar mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-kriterji dwar il-locus standi favur assoċjazzjonijiet jista’ (i) jintuża b’mod abbużiv, peress li persuni fiżiċi li ma għandhomx locus standi jistgħu jippruvaw jevitaw dan l-ostakolu proċedurali billi joħolqu assoċjazzjoni speċifika u ddedikata sabiex tintuża bħala strument proċedurali, u (ii) jippermetti kontestazzjonijiet minn numru potenzjalment kbir u indefinit ta’ assoċjazzjonijiet ( 104 ). |
|
120. |
Madankollu, dawn l-oġġezzjonijiet jistgħu jiġu megħluba faċilment. L-ewwel nett, ikun ċertament xieraq li jkun meħtieġ li l-assoċjazzjoni inkwistjoni tkun reali u tagħti prova tal-attività preċedenti tagħha ( 105 ). It-tieni nett, ma jkunx biżżejjed li assoċjazzjoni tkun ġeneralment attiva fil-qasam affettwat mill-miżura kkontestata, u lanqas li l-għanijiet tagħha jinkludu l-protezzjoni tal-interess allegatament affettwat minn din il-miżura. Tabilħaqq, tali approċċ jkollu l-effett li jwessa’ b’mod eċċessiv il-portata tal-assoċjazzjonijiet ikkonċernati, b’kontradizzjoni manifesta mal-loġika li fuqha hija bbażata l-ġurisprudenza Plaumann. Kif spjegat, għandu jkun neċessarju li jiġi vverifikat li l-att ikkontestat jista’ jkollu impatt sinjifikattiv fuq l-attività prinċipali tal-assoċjazzjoni, kif iddefinita fl-istatuti tagħha. |
|
121. |
Fil-fatt, jidher li, f’għadd ta’ Stati Membri, il-qrati nazzjonali interpretaw ir-regoli proċedurali tagħhom (inklużi dawk dwar il-locus standi, fejn applikabbli) b’tali mod li jippermettu rikorsi kontra miżuri li allegatament affettwaw l-interessi kollettivi, b’mod partikolari meta jiġu ppreżentati minn assoċjazzjonijiet rappreżentattivi. Ċerti sentenzi mogħtija f’dawn il-kawżi huma partikolarment notevoli f’dak li jirrigwarda l-punt sa fejn dawn marru fil-protezzjoni tal-interess pubbliku affettwat indebitament mill-atti kkontestati ( 106 ). |
|
122. |
Barra minn hekk, il-Qorti EDB reċentement iddeċidiet f’dan is-sens. Fil-fatt, naħseb li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tieħu ispirazzjoni mis-sentenzi mogħtija f’April 2024 mill-Awla Manja tal-Qorti EDB fi tliet kawżi dwar it-tibdil fil-klima. Filwaqt li qieset li l-ilmenti mressqa minn rikorrenti individwali kienu inammissibbli, il-Qorti EDB qieset li assoċjazzjoni kellha d-dritt li tressaq ilment ( 107 ). Essenzjalment, il-Qorti EDB iddeċidiet li, fid-dawl tan-natura kollettiva tal-interess protett mir-rikorrenti, assoċjazzjonijiet għandhom ikunu awtorizzati li jressqu azzjoni ġudizzjarja minflok ma jkun hemm dipendenza esklużiva fuq ir-rikorsi ppreżentati minn kull individwu f’ismu stess. Madankollu, il-Qorti EDB eżiġiet, għal dan l-għan, li r-rikorrenti tissodisfa tliet kriterji, jiġifieri li l-assoċjazzjoni turi li: (i) tkun stabbilita legalment fil-pajjiż ikkonċernat jew ikollha locus standi fih; (ii) hija għandha għan speċifiku skont l-għanijiet statutorji tagħha fi ħdan dan il-pajjiż; u (iii) tista’ titqies bħala ġenwinament ikkwalifikata u rappreżentattiva li taġixxi f’isem il-membri jew persuni affettwati oħra fil-pajjiż inkwistjoni. |
|
123. |
Jidhirli li dawn it-tliet kriterji jikkorrispondu, mutatis mutandis, għal dawk li issuġġeriti fil-punt 120 iktar ’il fuq, dwar il-ħtieġa li tiġi mistħarrġa l-missjoni prinċipali tal-assoċjazzjoni skont l-istatuti tagħha u li tiġi vverifikata n-natura reali tal-attivitajiet tagħha. Għar-raġunijiet esposti fil-punti 101 sa 112 iktar ’il fuq, l-approċċ propost jidher li jaqbel ħafna mal-ġurisprudenza Plaumann. |
|
124. |
F’dan il-kuntest, inżid ukoll ta’ fuq fuq li qrati internazzjonali oħra jippermettu wkoll rikorsi simili. Pereżempju, f’Mejju 2024, it-Tribunal Internazzjonali għal-Liġi tal-Baħar ta wkoll opinjoni konsultattiva dwar it-tibdil fil-klima. Huwa l-ewwel ikkonferma l-ġurisdizzjoni tiegħu sabiex jiddeċiedi, abbażi tal-Artikolu 21 tal-Istatut tiegħu, minkejja l-opinjonijiet kuntrarji ta’ ċerti parteċipanti fil-proċedura, u sussegwentement iddeċieda li l-partijiet għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar għandhom obbligi speċifiċi, jiġifieri, “li jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jipprevjenu, inaqqsu u jikkontrollaw it-tniġġis tal-baħar ikkawżat mill-emissjonijiet antropoġeniċi ta’ gassijiet serra” ( 108 ). |
|
125. |
Wieħed jista’ jistaqsi jekk applikazzjoni restrittiva wisq tar-regoli dwar il-locus standi skont ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE tistax tagħmilha inqas probabbli għall-Qorti tal-Ġustizzja li tisma’ kawżi li jqajmu kwistjonijiet tal-istess natura. Ma huwiex probabbli wisq li r-rikorrenti privileġġjati jikkontestaw miżuri ta’ portata ġenerali quddiem il-qrati tal-Unjoni, peress li huma ġeneralment ipparteċipaw, jew direttament (istituzzjonijiet tal-UE) jew indirettament (Stati Membri, bħala membri tal-Kunsill) fl-adozzjoni tal-att ikkontestat. |
|
126. |
Konsegwentement, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, il-possibbiltà għall-Qorti tal-Ġustizzja li tisma’ tali kawżi tiddependi mir-rieda tajba tal-qrati nazzjonali aditi minn parti privata, ġeneralment bl-għan speċifiku li jagħtu lok għal rinviju għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE. Naturalment, ma hemm l-ebda ċertezza li dan sejjer iseħħ, u l-proċedura sabiex dan il-punt jintlaħaq tista’ wkoll tkun twila. Dan ikun ta’ dispjaċir kbir, peress li tali kwistjonijiet għandu neċessarjament ikunu ta’ importanza sinjifikattiva fl-azzjoni futura tal-Unjoni f’ċerti oqsma li fihom il-Qorti tal-Ġustizzja kellha rwol pijunier fil-passat ( 109 ). |
f) Rimarki finali (III): għaliex eżami mill-ġdid tal-ġurisprudenza Plaumann huwa opportun
|
127. |
Iċ-ċertezza legali, li teħtieġ livell għoli ta’ ċarezza u stabbiltà tad-dritt, hija prinċipju ta’ importanza kostituzzjonali fil-biċċa l-kbira tas-sistemi legali, u l-protezzjoni tagħha hija kompitu essenzjali ta’ kwalunkwe qorti. Madankollu, fis-sistemi legali kollha, hemm mument li fih l-ogħla qrati jkollhom jikkontestaw ċerti ipoteżijiet u jeżaminaw mill-ġdid ġurisprudenza stabbilita sew. Il-ġurisprudenza għadha konformi mal-prinċipji fundamentali tas-sistema ġuridika fl-intier tagħha, u tirrifletti l-valuri u t-twemmin tal-entitajiet pubbliċi li tagħhom din hija l-espressjoni? |
|
128. |
F’dan ir-rigward, il-Qorti EDB tirreferi għall-KEDB bħala strument ħaj. Il-Qorti tal-Ġustizzja ħadet din l-espressjoni u użatha fir-rigward tal-Karta, li hija ddeskriviet bħala “strument ħaj li għandu jiġi interpretat fid-dawl tal-kundizzjonijiet tal-ħajja attwali u tal-kunċetti prevalenti attwali fl-Istati demokratiċi, […] b’tali mod li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-iżvilupp tal-valuri u tal-kunċetti, kemm fuq il-livell tas-soċjetà kif ukoll fuq dak leġiżlattiv, fl-Istati Membri” ( 110 ). |
|
129. |
Huwa kważi inutli li nosserva li eżami mill-ġdid ta’ ġurisprudenza stabbilita sew ma jfissirx neċessarjament li din tiġi annullata jew imħassra, dan jista’ jkun ifisser biss eżami mill-ġdid minn perspettiva ġdida tal-prinċipji fundamentali stabbiliti fiha, fid-dawl tal-kuntest ġuridiku u soċjali l-ġdid. Reċentement, pereżempju, il-Qorti tal-Ġustizzja wettqet eżami mill-ġdid tal-ġurisprudenza stabbilita CILFIT fil-kuntest tas-sentenza Consorzio Italian Management ( 111 ). Fl-aħħar mill-aħħar il-Qorti tal-Ġustizzja għażlet li tikkonferma l-approċċ globali f’dak il-qasam, filwaqt li għamlet numru ta’ preċiżazzjonijiet u għamlet ċerti aġġustamenti għalih ( 112 ). |
|
130. |
Fil-fehma tiegħi, wasal issa ż-żmien li l-Qorti tal-Ġustizzja teżamina mill-ġdid il-ġurisprudenza tagħha Plaumann. Mhux biss għaliex din il-kawża toffri opportunità xierqa sabiex isir dan, iżda fuq kollox għaliex, kif indikajt iktar ’il fuq, is-sistema ġuridika attwali hija ferm differenti minn dik li kienet fis-seħħ fid-data tal-għoti tas-sentenza Plaumann. |
|
131. |
Ma huwiex daqstant it-tkabbir fin-numru ta’ membri jew fid-daqs ġeografiku, u lanqas ma huwa t-tkabbir tal-kompetenzi u t-tisħiħ tas-setgħat tal-istituzzjonijiet li nbidlu bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea tal‑1963 u l-Unjoni Ewropea tal‑2025. Hija n-nisġa nnifisha li minnha hija magħmula (dik li issa hija) l-Unjoni li nbidlet matul dan il-perijodu. Il-Komunità Ekonomika Ewropea ta’ dak iż-żmien kienet stabbilita prinċipalment bħala organizzazzjoni ekonomika u t-Trattat fundatur ma kien fih l-ebda riferiment espliċitu għad-drittijiet fundamentali jew għall-Istat tad-dritt ( 113 ). Rekwiżiti stretti fil-qasam tal-aċċess dirett tal-litiganti privati għall-qorti tal-Komunità kienu jagħmlu perfettament sens f’dak il-kuntest. |
|
132. |
F’sentenza mogħtija ftit żmien wara s-sentenza Plaumann, il-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet l-argument tar-rikorrenti li “jekk l-użu tal-Artikolu 173[KEE ta’ dak iż-żmien] kellu jiġi rrifjutat minħabba interpretazzjoni restrittiva tal-formulazzjoni tiegħu, l-individwi jkunu għalhekk imċaħħda minn kull protezzjoni ġudizzjarja, kemm taħt id-dritt Komunitarju kif ukoll taħt id-dritt nazzjonali, ħaġa li tmur kontra l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-Istati Membri kollha”. Il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li saħansitra lanqas ma kien neċessarju li tiddiskuti dan l-argument, għaliex dan “ma jistax jingħata preċedenza fuq il-formulazzjoni ċarament restrittiva tal-Artikolu 173 li għandha tiġi applikata mill-Qorti tal-Ġustizzja” ( 114 ). Dan l-approċċ ġudizzjarju minimalistiku huwa inkonċepibbli llum. |
|
133. |
Ma għandux jintesa, f’dan il-kuntest, li s-sentenza Plaumann ingħatat ftit xhur wara s-sentenza van Gend & en Loos u sena qabel is-sentenza Costa vs ENEL ( 115 ). L-istabbiliment tal-awtonomija tal-ordinament ġuridiku KEE (ta’ dak iż-żmien); li dak iż-żmien kien għadu kif ġie ddikjarat li jikkostitwixxi “ordinament ġuridiku ġdid tad-dritt internazzjonali” ( 116 ); kien bini li l-kostruzzjoni tiegħu ftit li xejn kienet bdiet. |
|
134. |
Madankollu, fl-għexieren ta’ snin ta’ wara, il-Qorti tal-Ġustizzja progressivament introduċiet, fis-sistema legali tal-KEE (ta’ dak iż-żmien), prinċipji bħad-demokrazija, ir-rispett tad-drittijiet fundamentali u tal-Istat tad-dritt ( 117 ). L-approċċ tal-Qorti tal-Ġustizzja ġie sussegwentement “ikkostituzzjonalizzat” mill-Istati Membri permezz ta’ emendi suċċessivi tat-Trattat. Il-quċċata ta’ dan il-proċess intlaħqet bl-adozzjoni tat-Trattat ta’ Lisbona li, b’mod partikolari (i) għolla d-demokrazija, ir-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-Istat tad-dritt għal-livell tal-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni fl-Artikolu 2 TUE; (ii) ittrasforma l-Karta fi strument vinkolanti tad-dritt primarju; u (iii) introduċa fit-Trattati għadd ta’ prinċipji li jirriflettu n-natura demokratika tal-Unjoni. Nirreferi, b’mod partikolari, għal dawk li jinkoraġġixxu parteċipazzjoni iktar sinjifikattiva taċ-ċittadini, tal-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom u, b’mod iktar ġenerali, tas-soċjetà ċivili fil-ħajja demokratika tal-Unjoni ( 118 ). |
|
135. |
Dawn il-bidliet kostituzzjonali ma jistgħux jiġu injorati meta jqumu kwistjonijiet dwar l-aċċess tal-individwi għall-ġustizzja. B’mod partikolari, il-prinċipju tal-Istat tad-dritt (l-Artikolu 2 TUE) u d-dritt fundamentali għal protezzjoni legali effettiva (l-Artikolu 19(1) TUE u l-Artikolu 47 tal-Karta) għandhom jiġu kkonkretizzati. |
|
136. |
Xorta jibqa’ l-fatt li, kif jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita, il-qrati tal-Unjoni “ma jistgħux, mingħajr ma jmorru lil hinn mill-ġurisdizzjoni tagħhom, jinterpretaw il-kundizzjonijiet li fihom individwu jista’ jippreżenta rikors kontra att tal-Unjoni b’tali mod li dawn il-kundizzjonijiet, li huma espressament previsti mit-Trattat FUE, jitwarrbu, u dan anki fid-dawl tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva” ( 119 ). Fil-fatt, kif iddeċidiet ripetutament il-Qorti tal-Ġustizzja, il-kodifikazzjoni tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva fl-Artikolu 47 tal-Karta “ma [għandhiex] l-għan li [t]biddel is-sistema ta’ stħarriġ ġudizzjarju prevista mit-Trattati, u b’mod partikolari, ir-regoli marbuta mal-ammissibbiltà tar-rikorsi ppreżentati direttament quddiem il-qrati tal-Unjoni” ( 120 ). |
|
137. |
Fl-istess ħin, madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet b’mod espliċitu li r-regoli dwar il-ġurisdizzjoni tagħha u, b’mod iktar ġenerali, dwar l-aċċess tal-individwi għall-ġustizzja għandhom jiġu interpretati, sa fejn huwa possibbli, fid-dawl tal-prinċipji ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva u tal-Istat tad-dritt. Dan kien il-każ qabel it-Trattat ta’ Lisbona ( 121 ), u dan jgħodd a fortiori issa li dawn il-prinċipji ġew espressament ikkodifikati. |
|
138. |
F’għadd ta’ kawżi reċenti, fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja bbażat ruħha fuq dawn il-prinċipji biex tinterpreta r-regoli tal-Unjoni dwar (i) il-limiti tal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-qasam tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni taħt l-Artikolu 24(1) TUE u l-Artikolu 275 TFUE ( 122 ); (ii) il-kunċett ta’ “persuna ġuridika” fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE ( 123 ); u (iii) ir-rappreżentanza legali ta’ partijiet privati f’rikorsi diretti quddiem il-qrati tal-Unjoni, taħt l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u r-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali ( 124 ). |
|
139. |
L-użu sħiħ tal-potenzjal tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva huwa dak li l-Qorti tal-Ġustizzja talbet lill-qrati nazzjonali jagħmlu, sabiex jiġi żgurat li l-individwi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom ikollhom aċċess għall-ġustizzja. Tabilħaqq, f’numru ta’ kawżi l-Qorti tal-Ġustizzja saħansitra eżiġiet li l-qrati nazzjonali jinterpretaw ir-regoli proċedurali tagħhom b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-Unjoni jew li jwarrbu dawn ir-regoli meta dawn ixekklu l-effettività sħiħa tad-dritt tal-Unjoni ( 125 ). |
|
140. |
Ikolli naqbel mal-Avukati Ġenerali Jääskinen u Bobek li approċċ konsistenti dwar din il-kwistjoni huwa neċessarju: dak li huwa meħtieġ mill-qrati nazzjonali għandu jkun meħtieġ ukoll mill-qrati tal-Unjoni ( 126 ). Approċċ timidu għall-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva mill-Qorti tal-Ġustizzja f’dan ir-rigward jista’ jagħti l-impressjoni ta’ standards doppji ( 127 ). |
|
141. |
Ma hemmx bżonn ta’ ballun tal-kristall sabiex jiġi previst li fid-Dinja 2.0, ir-riskji prinċipali li ċ-ċittadini tal-Unjoni ser ikunu esposti għalihom ma humiex (biss jew prinċipalment) ta’ natura ekonomika, iżda jistgħu jikkonċernaw drittijiet u libertajiet bħal dawk relatati mad-dinjità tal-bniedem, mal-libertà tal-espressjoni, mal-ħajja privata u mas-saħħa personali. Bl-istess mod, l-Unjoni jista’ jkollha tegħleb ħafna sfidi biex tħares u tippromwovi l-valuri tagħha, inklużi d-demokrazija, is-solidarjetà, l-Istat tad-dritt u l-protezzjoni tal-ambjent. Il-missjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja ser tibqa’ l-istess, iżda l-kwistjonijiet li ser jitressqu quddiemha ċertament ser ikunu (iktar mil-llum) differenti mill-maġġoranza ta’ dawk li kellha tittratta fil-kuntest tat-Trattati KEE jew KE ta’ dak iż-żmien. F’dan il-kuntest, huwa loġiku li ċerti kawżi li ser jeħtieġu evalwazzjoni bir-reqqa tal-mod li bih l-Unjoni eżerċitat il-kompetenzi tagħha; billi bbilanċjat għanijiet f’kompetizzjoni bejniethom; għandhom jinstemgħu direttament mill-qrati tal-Unjoni. |
|
142. |
Fil-konklużjonijiet tiegħu fil-kawża UPA, l-Avukat Ġenerali Jacobs spjega fid-dettall għaliex ikkunsidra li, għal diversi raġunijiet, rikors dirett quddiem il-qrati tal-Unjoni kien iktar adegwat minn rinviju għal deċiżjoni preliminari sabiex jiġi żgurat stħarriġ fil-fond tal-validità ta’ att tal-Unjoni ( 128 ). Fil-fehma tiegħi, dawn ir-raġunijiet, li ma hemmx lok li jiġu diskussi hawnhekk, għadhom, fil-parti l-kbira, validi sal-ġurnata tal-llum. |
|
143. |
Barra minn hekk, il-proposta tiegħi tnaqqas il-problema, enfasizzata mill-Avukat Ġenerali Wathelet, li, anki wara l-emendi introdotti mit-Trattat ta’ Lisbona għall-Artikolu 263 TFUE, jistgħu jeżistu każijiet fejn ebda azzjoni fuq livell nazzjonali ma hija possibbli sabiex jitressqu tali kwistjonijiet quddiem qorti nazzjonali ( 129 ). F’dawn il-kawżi, id-dogma li t-Trattati stabbilixxew sistema kompleta ta’ rimedji ġudizzjarji u ta’ proċeduri intiżi sabiex jiżguraw l-istħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-Unjoni ( 130 ) hija, sabiex jintuża ossimoru, mhux verità assoluta. |
|
144. |
Il-mili ta’ dawn il-lakuni jkun ukoll tal-ikbar importanza jekk l-Unjoni jkollha taderixxi għall-KEDB, kif jeżiġi l-Artikolu 6(2) TUE. Kif iddikjarat b’mod konsistenti l-Qorti EDB, l-Artikolu 6 tal-KEDB, li jikkonċerna d-dritt għal smigħ xieraq, huwa dispożizzjoni, inter alia, (i) li tistabbilixxi wieħed mill-prinċipji fundamentali ta’ kull soċjetà demokratika; (ii) li ma tistax tiġi interpretata b’mod restrittiv; (iii) li ma tiggarantixxix drittijiet “teoretiċi jew illużorji”, iżda drittijiet “prattiċi u effettivi”; u (iv) li r-rekwiżiti tagħha għandhom jiġu ssodisfatti fil-każijiet kollha ( 131 ). Fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti EDB KlimaSeniorinnen ( 132 ) u fid-dawl tal-korrelazzjoni bejn l-Artikolu 47 tal-Karta u l-Artikolu 6 tal-KEDB, riflessjoni fuq din il-kwistjoni tidher li hija partikolarment f’waqtha. Fil-fatt, wara l-konklużjoni b’suċċess tan-negozjati ta’ ftehim irrevedut f’Marzu 2023 ( 133 ) u wara l-għoti tas-sentenza KS u KD mill-Qorti tal-Ġustizzja ( 134 ), ċerti osservaturi jqisu li t-triq tal-adeżjoni tista’ tkun mill-ġdid miftuħa ( 135 ). |
|
145. |
Huwa fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti li issa ser neżamina l-argumenti mressqa mill-appellanti fil-kawża ineżami. |
B. Fuq l-ewwel parti tal-aggravju
1. L-argumenti tal-partijiet
|
146. |
Permezz tal-ewwel parti tal-aggravju tagħhom, intiża kontra l-punti 45 sa 52 tad-digriet appellat, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u żnaturat il-fatti meta ddeċidiet li r-regolament kontenzjuż ma kienx jikkonċernahom individwalment u li, konsegwentement, ir-rikors għal annullament tagħhom kien inammissibbli. Fil-fehma tagħhom, il-Qorti Ġenerali wettqet żball fl-evalwazzjoni tagħha tal-importanza ġuridiku tal-provi li fuqhom huma kienu bbażaw ruħhom quddiemha u meta kkonkludiet li dawn il-provi ma kinux suffiċjenti sabiex tiġi stabbilita l-inċidenza individwali. Skont l-appellanti, il-Qorti Ġenerali ma wettqitx analiżi globali tas-sitwazzjoni tagħhom, iżda evalwat kull wieħed mill-elementi prodotti minnhom separatament. L-appellanti jargumentaw li dan l-approċċ imur kontra l-ġurisprudenza stabbilita li tgħid li jeħtieġ li tiġi identifikata s-sensiela ta’ indizji jew l-għadd ta’ punti ta’ fatt u ta’ liġi li jistgħu jindividwalizzaw lir-rikorrent meta mqabbel mal-persuni l-oħra affettwati. |
|
147. |
Il-Kummissjoni tqis li l-ewwel parti tal-aggravju tal-appellanti hija infondata. Hija ssostni, b’mod partikolari, li l-fatt li l-Qorti Ġenerali eżaminat b’mod sistematiku u strutturat l-argumenti mressqa mill-appellanti ma jfissirx li hija ma ħaditx inkunsiderazzjoni s-sensiela ta’ indizji fl-intier tagħha. Il-Kummissjoni ssostni li, fl-ewwel istanza, l-appellanti invokaw numru relattivament limitat ta’ argumenti insostenn tal-allegazzjoni tagħhom ta’ inċidenza individwali: essenzjalment: (i) li huma kienu jifformaw grupp magħluq ta’ operaturi ekonomiċi, identifikabbli u effettivament identifikati waqt l-adozzjoni tad-Direttiva Delegata, minħabba dikjarazzjonijiet u notifiki magħmula skont l-Artikoli 5 u 19 tad-Direttiva 2014/40. u (ii) li d-Direttiva Delegata x’aktarx taffettwa sostanzjalment is-sitwazzjoni tagħhom fis-suq. Dawn iż-żewġ argumenti huma, skont il-Kummissjoni, indirizzati b’mod korrett fid-digriet appellat. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ssostni li r-rikorrenti huma żbaljati meta jissuġġerixxu li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-att ikkontestat jipproduċi l-istess effett fuq l-operaturi kollha. Fil-fatt, skont il-Kummissjoni, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li tali miżura taffettwa lill-operaturi li għandhom awtorizzazzjoni jikkummerċjalizzaw prodotti tat-tabakk imsaħħan bl-istess mod bħall-operaturi li ma għandhomx tali awtorizzazzjoni, iżda li għandhom l-intenzjoni li jqiegħdu tali prodotti fis-suq. |
|
148. |
Il-Gvern Franċiż jappoġġja l-argumenti mressqa mill-Kummissjoni. B’mod partikolari, huwa jenfasizza li s-sempliċi fatt li l-appellanti jappartjenu għal grupp identifikat ta’ operaturi ma jipprovax, fih innifsu, li huma individwalment ikkonċernati mill-att ikkontestat. Il-Gvern Franċiż iżid li din hija miżura ta’ portata ġenerali sa fejn din tapplika għall-operaturi kollha involuti jew interessati fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tat-tabakk imsaħħan, irrispettivament minn jekk kisbux jew applikawx għal awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni. |
2. Analiżi
|
149. |
Jiena tal-fehma li din il-parti tal-aggravju hija fondata peress li l-Qorti Ġenerali wettqet żball fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tagħha tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE. Wara li niġbor fil-qosor is-siltiet rilevanti tad-digriet appellat (a), ser nispjega għaliex il-motivazzjoni dwar ir-rekwiżit ta’ inċidenza individwali li tinsab fihom ma hijiex konvinċenti (b), ser nispjega għaliex, li kieku l-Qorti Ġenerali applikat b’mod korrett il-ġurisprudenza Plaumann, hija kienet tasal għal konklużjoni differenti f’dan ir-rigward. |
a) Id-digriet appellat
|
150. |
Fil-punti 34 sa 46 tad-digriet appellat, il-Qorti Ġenerali l-ewwel fakkret il-prinċipji fundamentali tal-ġurisprudenza Plaumann. Sussegwentement, hija eżaminat fil-qosor l-aspetti rilevanti tas-sistema prevista mid-Direttiva 2014/40 għall-bejgħ tal-prodotti tat-tabakk fis-suq tal-Unjoni. F’dan il-kuntest, hija enfasizzat li “l-manifatturi u l-importaturi jistgħu jqiegħdu fis-suq biss il-prodotti tat-tabakk li huma konformi mar-rekwiżiti tal-imsemmija direttiva u li kienu s-suġġett tad-dikjarazzjonijiet u tan-notifiki previsti minnha, jew, jekk ikun il-każ, tal-awtorizzazzjonijiet previsti mill-Istati Membri li stabbilixxew sistema ta’ awtorizzazzjoni”. F’dan ir-rigward, l-obbligi imposti, b’mod partikolari, fuq il-manifatturi u l-importaturi ta’ prodotti tat-tabakk ġodda jinsabu; kif irrilevat mill-Qorti Ġenerali; fl-Artikoli 5 u 19 tad-Direttiva 2014/40. |
|
151. |
Sussegwentement, il-Qorti Ġenerali eżaminat jekk il-fatt li l-appellanti kienu għamlu dawn id-dikjarazzjonijiet u notifiki lill-awtoritajiet kompetenti u, barra minn hekk, li wħud minnhom kienu kisbu awtorizzazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni għal prodotti tat-tabakk imsaħħan b’togħmiet karatterizzanti (fl-Istati Membri li stabbilixxew sistema ta’ awtorizzazzjoni) kienx element suffiċjenti sabiex jindividwalizzahom fis-sens tal-ġurisprudenza Plaumann. |
|
152. |
Ir-risposta tal-Qorti Ġenerali kienet fin-negattiv. |
|
153. |
Qabelxejn, dik il-qorti ddeċidiet li s-sempliċi fatt li l-operaturi li kienu għamlu dikjarazzjoni jew notifika jew li kellhom awtorizzazzjoni kienu identifikabbli fil-mument tal-adozzjoni tal-att ikkontestat ma huwiex biżżejjed, meta dan l-att japplika minħabba kunsiderazzjonijiet ġenerali u astratti. F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali osservat li l-Kummissjoni ma kinitx obbligata tieħu inkunsiderazzjoni b’mod partikolari s-sitwazzjoni tagħhom waqt l-adozzjoni tal-att ikkontestat. Iktar minn hekk, il-Qorti Ġenerali indikat li lanqas l-argument ibbażat fuq il-fatt li numru żgħir biss ta’ impriżi kienu attwalment ikkonċernati mill-att ikkontestat ma seta’ jiġi milqugħ. |
|
154. |
Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li, għalkemm “[i]l-projbizzjoni assoluta ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tat-tabakk imsaħħna [imsaħħan] li fihom togħmiet karatterizzanti li tirriżulta mill-att ikkontestat ikollha neċessarjament l-effett li tpoġġi indiskussjoni l-awtorizzazzjonijiet miżmuma minn uħud mir-rikorrenti”, dan l-element ma jistax “[jitqies] li [jikkaratterizza] u [jindividwalizza] [l-]pożizzjoni tal-proprjetarji tagħhom”. Ir-raġuni għal dan kienet, skont il-Qorti Ġenerali, li l-awtorizzazzjonijiet inkwistjoni ma kinux jagħtu lid-detenturi tagħhom “drittijiet kweżiti”. L-effetti tal-att ikkontestat seħħew, kif tirrileva l-Qorti Ġenerali, fir-rigward tal-operaturi kollha attwali u futuri tas-suq. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali rrilevat li l-awtorizzazzjonijiet mogħtija mill-Istati Membri kienu “[ngħataw] mingħajr esklużività, abbażi biss tal-konformità tal-prodotti, l-istess kif ebda esklużività ma tirriżulta mid-dikjarazzjonijiet jew min-notifiki magħmula mill-operaturi.” |
|
155. |
Fl-aħħar, il-Qorti Ġenerali enfasizzat li d-Direttiva 2014/40 kienet tipprevedi li diversi atti ddelegati setgħu jippreċiżaw jew jemendaw il-kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tat-tabakk li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, inkluż l-irtirar tal-eżenzjonijiet inkwistjoni. Minn dan isegwi, skont il-Qorti Ġenerali, li “l-awtorizzazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tat-tabakk imsaħħna [imsaħħan] li fihom togħmiet karatterizzanti li jibbenefikaw minnhom uħud mir-rikorrenti ma setgħux jitqiesu bħala akkwistati b’mod indefinit, l-istess bħad-dritt li jiġu kkummerċjalizzati tali prodotti skont dikjarazzjoni jew notifika”. |
b) Fuq l-iżbalji ta’ liġi fid-digriet appellat
|
156. |
Jista’ jkun qabel kollox utli li jiġi rrilevat li huwa paċifiku li l-att ikkontestat huwa, bħala prinċipju, att ta’ portata ġenerali, peress li jaffettwa numru ta’ operaturi ekonomiċi (manifatturi u importaturi ta’ prodotti tat-tabakk u, b’mod partikolari, ta’ prodotti tat-tabakk imsaħħan) identifikati b’mod ġenerali u astratt. Huwa wkoll paċifiku li ebda operatur speċifiku ma huwa espressament imsemmi fl-att ikkontestat, u lanqas fl-att prinċipali li huwa jemenda, jiġifieri d-Direttiva 2014/40. |
|
157. |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, inqis li huwa raġonevoli li, fid-digriet appellat, il-Qorti Ġenerali indikat li, sabiex l-appellanti jitqiesu li huma individwalment ikkonċernati mill-att ikkontestat, huma kellhom jipprovaw li huma kienu għaddew mit-test tal-grupp magħluq. Għal dan l-għan, il-Qorti Ġenerali mbagħad eżaminat; għal darba oħra b’mod korrett fil-fehma tiegħi; jekk, fil-mument tal-adozzjoni tal-att, l-appellanti (i) kinux fost il-persuni li setgħu jiġu identifikati bħala affettwati minnu; u (ii) kinux jappartjenu għal ċirku ristrett ta’ operaturi li setgħu jiġu distinti b’mod suffiċjenti mill-bqija tal-persuni affettwati. |
|
158. |
Wara li eżaminat il-provi prodotti mill-partijiet fil-proċedura, il-Qorti Ġenerali waslet għall-konklużjoni li: (i) ir-rikorrenti fil-fatt kienu fost il-persuni li setgħu jiġu identifikati bħala affettwati mill-att ikkontestat; iżda (ii) ma setgħux ikunu suffiċjentement distinti mill-operaturi ekonomiċi l-oħra kollha kkonċernati minn din il-miżura. |
|
159. |
Filwaqt li l-ewwel konklużjoni li waslet għaliha l-Qorti Ġenerali hija manifestament korretta, it-tieni waħda hija; fil-fehma tiegħi; problematika għal diversi raġunijiet. Dan ma jfissirx li l-konklużjonijiet tal-Qorti Ġenerali ma humiex sostnuti minn ċerti sentenzi tal-qrati tal-Unjoni. Madankollu, jidhirli li huwa pjuttost ċar li, meta l-ġurisprudenza titqies fl-intier tagħha u tiġi applikata b’mod realistiku u mhux formalistiku, dawn il-konstatazzjonijiet ma jistgħux jiġu aċċettati. |
|
160. |
Huwa minnu li, kif irrilevat il-Qorti Ġenerali, ir-rikorrenti huma affettwati mill-att ikkontestat għaliex huma impriżi li jeżerċitaw attività ekonomika (manifattura u/jew kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tat-tabakk imsaħħan) li tista’ tiġi eżerċitata, kemm fil-preżent kif ukoll fil-futur, minn kwalunkwe impriża li tixtieq topera f’dan is-suq. Konsegwentement, f’livell ta’ analiżi astratta; jiġifieri billi jiġi eżaminat biss il-kamp ta’ applikazzjoni ratione personae tal-att ikkontestat; huwa minnu li l-effett tal-att ikkontestat fuq l-attivitajiet tar-rikorrenti ma huwiex differenti minn dak fuq kull operatur attwali u futur tas-suq. Essenzjalment, il-miżura se tagħmilha impossibbli li l-prodotti bit-togħma jinbiegħu fis-suq tal-Unjoni u għandha tobbliga lill-impriżi attivi f’dan is-suq biex juru ċerti twissijiet fuq l-imballaġġ. |
|
161. |
Madankollu, meta l-analiżi tal-Qorti Ġenerali kompliet teżamina s-sitwazzjoni reali tal-appellanti; sabiex tivverifika l-eżistenza ta’ ċirku ristrett ta’ persuni affettwati; hija għamlet dan b’mod li, fil-fehma tiegħi, kien kemm inkomplet kif ukoll mhux eżawrijenti. Fil-fehma tiegħi, il-Qorti Ġenerali; (i) evalwat b’mod żbaljat is-sinjifikat ta’ ċerti elementi mressqa mill-appellanti u (ii) ma ħaditx inkunsiderazzjoni elementi oħra invokati mir-rikorrenti. |
|
162. |
Fil-fatt, jidhirli li; fuq livell ġenerali; il-kawża ineżami tikkorrispondi ma’ dik li nikkunsidra li hija l-loġika sottostanti tal-ġurisprudenza Plaumann: li l-persuni li s-sitwazzjoni partikolari tagħhom ittieħdet (espliċitament jew impliċitament) inkunsiderazzjoni, jew kellha tittieħed inkunsiderazzjoni, mill-istituzzjoni li taġixxi qabel l-adozzjoni ta’ att, ikunu jistgħu jikkontestaw l-imsemmi att ( 136 ). B’mod iktar preċiż, meta s-sitwazzjoni tar-rikorrenti, kemm fid-dritt kif ukoll fil-fatt, tiġi eżaminata fid-dawl tal-ġurisprudenza preċedenti, jidhru diversi punti komuni ma’ kawżi li fihom il-qrati tal-Unjoni kkonstataw li r-rikorrenti kienu individwalment ikkonċernati. |
|
163. |
L-ewwel nett, fil-kawża ineżami, huwa diffiċli li jiġi kkontestat li, skont il-leġiżlazzjoni applikabbli, il-Kummissjoni kellha, waqt l-adozzjoni tal-att ikkontestat, tieħu inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni ta’ kategorija speċifika ta’ operaturi tas-suq, jiġifieri, dawk li jimmanifatturaw u jikkummerċjalizzaw prodott tat-tabakk ġodda li fir-rigward tagħhom ġew irtirati l-eżenzjonijiet ( 137 ). Skont il-Kummissjoni ( 138 ), huma l-bejgħ ikkombinat imwettaq minn dawn l-operaturi u l-età tal-klijenti tagħhom, ikkalkolata abbażi tad-data pprovduta mill-impriżi nnifishom, li wasslu għall-irtirar tal-eżenzjonijiet. |
|
164. |
Huwa paċifiku li, fil-kawża ineżami, il-Kummissjoni ħadet inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, il-bejgħ imwettaq mill-appellanti u s-sehem li l-konsumaturi żgħażagħ kellhom mill-klijentela qabel ma adottat l-att ikkontestat ( 139 ). Madankollu, il-kwistjoni dwar jekk hija għamlitx dan b’mod korrett hija kontroversjali u tikkostitwixxi wieħed mill-motivi invokati mir-rikorrenti fl-ewwel istanza. Dan huwa element komuni li l-kawża ineżami għandha mal-kawżi msemmija fil-punt 31 iktar ’il fuq. |
|
165. |
It-tieni nett, il-kawża ineżami tixbah ukoll uħud mill-kawżi li fihom il-qrati tal-Unjoni kienu; kif spjegat fil-punt 32 ta’ dawn il-konklużjonijiet; aċċettaw l-inċidenza individwali ta’ persuni li pproduċew prova li l-att ikkontestat kellu effett fuq dritt kweżit. Fil-fatt, kif il-Qorti Ġenerali rrilevat fil-punt 47 tad-digriet appellat, “ma hemmx dubju li l-projbizzjoni assoluta ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tat-tabakk imsaħħna [imsaħħan] li fihom togħmiet karatterizzanti li tirriżulta mill-att ikkontestat ikollha neċessarjament l-effett li tpoġġi indiskussjoni l-awtorizzazzjonijiet [mogħtija mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, awtorizzati mill-Artikolu 19(3) tad-Direttiva 2014/40,] miżmuma minn uħud mir-rikorrenti”. |
|
166. |
F’dan ir-rigward, ma naqbilx mal-Qorti Ġenerali, li qieset li l-pussess ta’ tali awtorizzazzjonijiet kien irrilevanti minħabba li (i) dawn ma kinux meħtieġa f’ċerti Stati Membri; (ii) ingħataw mingħajr esklużività; u (iii) ma setax jitqies bħala li “[kienu ġew] akkwistati b’mod indefinit”, peress li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/40 kienu jawtorizzaw lill-Kummissjoni tirtira l-eżenzjonijiet mogħtija lill-prodotti tat-tabakk imsaħħan. Fil-fatt, l-ebda waħda minn dawn il-kunsiderazzjonijiet ma tikkonvinċini. |
|
167. |
L-ewwel nett, ma narax għalfejn il-fatt li ċerti Stati Membri għażlu li ma jintroduċux sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tat-tabakk ġodda jikkostitwixxi fattur ta’ skwalifika. F’qasam ta’ kompetenza kondiviża, fejn il-leġiżlatur tal-Unjoni wettaq biss armonizzazzjoni parzjali, filwaqt li ħalla lill-Istati Membri l-libertà li jirregolaw ċerti aspetti speċifiċi (fil-limiti stabbiliti mid-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-Unjoni, in casu, l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2014/40), ma hemm l-ebda raġuni sabiex jiġi kkunsidrat li huma biss id-drittijiet mogħtija mill-awtoritajiet tal-Unjoni u/jew li jikkonċernaw it-territorju kollu tal-Unjoni li jiġġustifikaw protezzjoni speċifika fil-livell tal-Unjoni. Jekk miżura tal-Unjoni tikser dritt kweżit ta’ persuna, dik il-persuna għandha tkun tista’ tikkontesta l-miżura inkwistjoni, irrispettivament mill-oriġini tad-dritt jew mill-ambitu territorjali tiegħu. |
|
168. |
Barra minn hekk, in-natura esklużiva jew le tad-drittijiet allegatament miksura mill-att ikkontestat hija, fil-fehma tiegħi, irrilevanti f’dak li jirrigwarda r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE. Kif spjegat fil-punti 23 sa 26 iktar ’il fuq, skont il-ġurisprudenza Plaumann, rikorrent ma għandux ikun l-unika persuna affettwata mill-att ikkontestat, u lanqas l-unika persuna affettwata b’mod distintiv. Fil-fatt, huwa biżżejjed li jagħmel parti minn ċirku ristrett ta’ persuni affettwati b’dan il-mod. Il-fatt li d-drittijiet huma esklużivi huwa, ovvjament, element li jista’ jkun rilevanti fl-analiżi tal-“inċidenza individwali” (bħalma kien il-każ, pereżempju, fis-sentenza Infront ( 140 ), li għaliha sar riferiment fid-digriet appellat), iżda ċertament ma huwiex kundizzjoni sine qua non (kif jirriżulta minn kawżi bħal Stichting Woonpunt ( 141 ), sentenza li wkoll issemmiet fid-digriet appellat). |
|
169. |
Fl-aħħar nett, ir-rekwiżit li d-dritt ikun akkwistat b’mod indefinit jikkawża wkoll konfużjoni mill-perspettiva kunċettwali. Ftit li xejn għandi bżonn nenfasizza, f’dan ir-rigward, li, f’ċerti limiti, il-leġiżlaturi nazzjonali u tal-Unjoni jistgħu dejjem jadottaw miżuri li jbiddlu t-tul, il-kamp ta’ applikazzjoni jew in-natura tad-drittijiet li l-individwi għandhom taħt il-leġiżlazzjoni eżistenti. Konsegwentement, nassumi li, f’din is-silta tad-digriet appellat, il-Qorti Ġenerali riedet tenfasizza l-fatt li l-appellanti kienu (jew kellhom ikunu) konxji mill-fatt li l-eċċezzjonijiet mogħtija għall-prodotti tat-tabakk imsaħħan setgħu, b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/40, jiġu rtirati ladarba jiġu ssodisfatti ċerti kundizzjonijiet. Madankollu, fir-rikors tagħhom quddiem il-Qorti Ġenerali, l-appellanti sostnew li (i) id-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva li jawtorizzaw l-irtirar tal-eżenzjonijiet ma kinux applikabbli għall-prodotti tat-tabakk ġodda; u (ii) fi kwalunkwe każ, il-kundizzjonijiet stabbiliti fiha għall-irtirar ma ġewx issodisfatti fil-kawża ineżami. Jidhirli li l-appellanti għandhom ikunu intitolati li dawn it-talbiet jiġu eżaminati mill-qrati tal-Unjoni. Stħarriġ inċidentali u indirett ta’ dawn it-talbiet, imwettaq b’mod superfiċjali mill-Qorti Ġenerali (fil-punt 50 tad-digriet appellat) waqt li kienet qed tiddeċiedi dwar l-ammissibbiltà tar-rikors, ċertament ma huwiex konformi mad-dritt tal-appellanti għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. |
|
170. |
Fil-fatt, il-kawża ineżami hija, sa ċertu punt, simili għal dik li tat lok għas-sentenza Belgium u Forum 187 v Il‑Kummissjoni, li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li diversi impriżi detenturi ta’ awtorizzazzjoni li ma setgħetx tiġġedded b’konsegwenza tal-att tal-Unjoni kkontestat kienu individwalment ikkonċernati skont ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE ( 142 ). |
|
171. |
It-tielet nett, din il-kawża għandha xebh kbir mal-kawżi, imfakkra fil-punti 33 u 34 iktar ’il fuq, li fihom l-inċidenza individwali ġiet aċċettata fir-rigward ta’ persuni li kellhom rwol kruċjali fil-proċedura li wasslet għall-adozzjoni tal-att ikkontestat. B’mod partikolari, il-pożizzjoni tal-appellanti hija, fil-fehma tiegħi, ekwivalenti għal dik tal-impriżi li l-informazzjoni tagħhom intużat sabiex jiġu kkalkolati parametri kruċjali fil-kuntest tal-proċeduri antidumping ( 143 ). |
|
172. |
Dan huwa element li l-Qorti Ġenerali injorat, minkejja l-fatt li wieħed miż-żewġ motivi għal annullament invokati mill-appellanti kien jikkonċerna preċiżament l-użu li l-Kummissjoni għamlet tad-data pprovduta mill-appellanti. Peress li l-grupp BAT huwa wieħed miż-żewġ manifatturi u bejjiegħa prinċipali ta’ prodotti tat-tabakk imsaħħan fis-suq tal-Unjoni, id-data li pprovda kienet evidentement ingħatat piż sinjifikattiv ħafna fil-kalkoli mwettqa mill-Kummissjoni sabiex tiddetermina jekk kienx hemm bidla sostanzjali fiċ-ċirkustanzi fis-sens tad-Direttiva 2014/40. Għaldaqstant, l-appellanti għandhom ikunu intitolati għal verifika ta’ dawn il-kalkoli mill-qrati tal-Unjoni. |
|
173. |
Ir-raba’ nett, l-att ikkontestat ma huwiex att tal-leġiżlatur tal-Unjoni li jagħmel użu mis-setgħat tiegħu ta’ definizzjoni tal-politiki sabiex jirregola, b’mod ġenerali u astratt, attività ekonomika partikolari. Fil-fatt, l-att ikkontestat huwa att regolatorju, adottat mill-Kummissjoni, abbażi tas-setgħat iddelegati lilha mil-leġiżlatur tal-Unjoni, permezz ta’ proċedura li min-natura tagħha ma hijiex leġiżlattiva, immotivata minn sitwazzjoni speċifika ħafna (it-tkabbir fil-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk imsaħħan). Għalhekk, minkejja n-natura kważi leġiżlattiva tiegħu, huwa ċar li l-att ikkontestat għandu kontenut kemxejn deċiżjonali (simili għal deċiżjoni amministrattiva). Konsegwentement, din il-kawża jidhirli li taqa’ kompletament fil-linja ta’ ġurisprudenza msemmija fil-punti 35 u 36 iktar ’il fuq, li tikkonċerna s-sitwazzjonijiet li fihom il-qrati tal-Unjoni aċċettaw li persuni li l-pożizzjoni tagħhom fis-suq kienet affettwata serjament mill-miżuri kkontestati kellhom locus standi sabiex jikkontestawhom. |
|
174. |
L-allegazzjoni tal-appellanti li l-att ikkontestat affettwa serjament il-pożizzjoni tagħhom fis-suq hija, tal-inqas prima facie, raġonevoli, fid-dawl tad-daqs tal-bejgħ tagħhom ta’ prodotti tat-tabakk imsaħħan bit-togħma fis-suq tal-Unjoni. Madankollu, immur oltre minn hekk u nikkonstata li, anki minn din il-perspettiva, dawn ġew affettwati b’mod pjuttost singulari. |
|
175. |
Fl-ewwel istanza, ir-rikorrenti kienu indikaw (u pproduċew provi rilevanti dwar) il-portata tal-investimenti magħmula matul dawn l-aħħar snin fir-rigward tal-prodotti tat-tabakk imsaħħan. Madankollu, fil-fehma tiegħi, il-Qorti Ġenerali injorat żbaljatament u kompletament dan l-element. Fil-fatt, ma huwiex ikkontestat li r-rikorrenti huma fost l-impriżi (li huma ftit ħafna) li introduċew fis-suq tal-Unjoni prodott ġdid tat-tabakk. Għal dan l-għan, huma kellhom jagħmlu investimenti sinjifikattivi sabiex, inter alia, jiżviluppaw teknoloġija ġdida, joħolqu kanali ġodda ta’ distribuzzjoni u jagħmlu l-prodott magħruf u attraenti għall-klijenti. Ma jkunx skorrett li jingħad li l-att ikkontestat kien, kif indikajt fil-punt 98 iktar ’il fuq, introdott għar-raġuni stess li r-rikorrenti kellhom suċċess pjuttost tajjeb f’dan ir-rigward u li, konsegwentement, il-bejgħ tal-prodott inkwistjoni żdied ħafna f’terminu relattivament qasir. |
|
176. |
F’dan il-kuntest, li jitqies li l-impriżi li reċentement daħlu, jew li ser jidħlu fil-futur, fis-suq tal-Unjoni tal-prodotti tat-tabakk imsaħħan; possibbilment, billi japprofittaw ruħhom mill-investimenti mwettqa minn impriżi bħall-appellanti; jinsabu f’sitwazzjoni paragunabbli għal dik tal-appellanti, huwa, minn perspettiva ekonomika, assurd. |
|
177. |
Il-kunsiderazzjonijiet preċedenti juru li, fid-dawl tal-ġurisprudenza Plaumann, hemm erba’ raġunijiet distinti għaliex l-appellanti kellhom jiġu kkunsidrati bħala individwalment ikkonċernati mill-att ikkontestat. Huwa kompletament possibbli li kull waħda minn dawn ir-raġunijiet tista’ tkun biżżejjed għal dan l-għan. Dan ikun a fortiori minnu jekk dawn il-motivi jkollhom jitqiesu flimkien, ħaġa li; kif jenfasizzaw l-appellanti, il-qrati tal-Unjoni għamlu b’mod konsistenti ( 144 ). |
|
178. |
Għalhekk nikkonkludi li l-ewwel parti tal-aggravju tal-appellanti hija fondata. |
C. Fuq it-tieni parti tal-aggravju
1. L-argumenti tal-partijiet
|
179. |
It-tieni parti tal-aggravju tal-appellanti tikkritika l-punti 54 u 55 tad-digriet appellat, li fihom il-Qorti Ġenerali tirrispondi għall-argument tagħhom li huma għandhom jitqiesu individwalment ikkonċernati abbażi ta’ test tal-effett kunsiderevoli fuq il-pożizzjoni fis-suq. L-appellanti jenfasizzaw li: (i) hemm biss żewġ operaturi sinjifikattivi fis-suq tal-Unjoni tal-prodotti tat-tabakk imsaħħan, li jbigħu kważi l-prodotti kollha tat-tabakk imsaħħan mixtrija fl-Unjoni (iktar minn 99 %) u (ii) il-portafoll tal-prodotti tat-tabakk imsaħħan tal-grupp BAT fl-Unjoni jxaqleb b’mod qawwi lejn il-prodotti bit-togħma (madwar 70 % tal-bejgħ tagħhom). |
|
180. |
Il-Kummissjoni u l-Gvern Franċiż iqisu li dawn l-argumenti ma humiex biżżejjed sabiex tiġi kkonstatata “inċidenza individwali”. L-effett tal-att ikkontestat fuq il-pożizzjoni tar-rikorrenti fis-suq, anki jekk dan kien sostanzjali, ma jiġġustifikax, fih innifsu, tali konstatazzjoni. |
2. Analiżi
|
181. |
Peress li wasalt għall-konklużjoni li l-ewwel parti tal-aggravju tal-appellanti hija fondata, huwa ċar li ma hemmx lok li tiġi ttrattata t-tieni parti ta’ dan l-aggravju. Fi kwalunkwe każ, huwa ċar li, għar-raġunijiet esposti fil-punti 35, 36 u 173 sa 176 iktar ’il fuq, anki t-tieni parti tal-aggravju tal-appellanti hija, fil-fehma tiegħi, fondata. |
|
182. |
Madankollu, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja ma taqbilx mal-evalwazzjoni tiegħi tal-ewwel parti tal-aggravju, dan ikun ifisser li anki t-tieni parti ta’ dan l-aggravju jkollha tiġi miċħuda bħala infondata. F’tali każ, għandi għalhekk naqbel mal-Kummissjoni u mal-Gvern Franċiż li s-sempliċi fatt li l-att ikkontestat jaffettwa, b’mod partikolarment serju, l-attivitajiet ekonomiċi tal-appellanti, minħabba s-sehem sinjifikattiv tagħhom fis-suq tal-Unjoni u/jew minħabba l-importanza tal-prodotti kkonċernati fost il-prodotti tal-portafoll tagħhom, ma huwiex, fih innifsu, element li jiġġustifika li huma jiġu kkunsidrati bħala individwalment ikkonċernati skont ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE ( 145 ). |
VI. Konsegwenzi tal-evalwazzjoni
|
183. |
Peress li l-aggravju tal-appellanti huwa fondat, id-digriet appellat għandu jiġi annullat. |
|
184. |
Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, wara li tannulla deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċidiha jew, jekk il-kawża tinsab fi stat li tiġi deċiża, tiddeċiedi definittivament il-kawża hija stess. |
|
185. |
Fil-kawża ineżami, jiena tal-fehma li l-kawża hija fi stat li tiġi deċiża b’tali mod li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tieħu pożizzjoni definittiva dwar l-ammissibbiltà tar-rikors għal annullament ippreżentat mill-appellanti quddiem il-Qorti Ġenerali. |
|
186. |
Fil-punti 18 sa 33 tad-digriet appellat, il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni sa fejn din l-istituzzjoni kienet sostniet li l-appellanti ma kinux direttament ikkonċernati mill-att ikkontestat. Din il-parti tad-digriet ma ġietx appellata u għalhekk hija definittiva. |
|
187. |
Għaldaqstant, peress li l-appellanti għandhom jitqiesu li huma individwalment u direttament ikkonċernati mill-att ikkontestat, isegwi li r-rikors tagħhom fl-ewwel istanza huwa ammissibbli. |
|
188. |
B’kuntrast ma’ dan, il-kawża ma hijiex fi stat li tiġi deċiża fuq il-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja. |
|
189. |
Fir-rikors tagħhom quddiem il-Qorti Ġenerali, ir-rikorrenti qajmu żewġ motivi kontra l-att ikkontestat. Sabiex jiġu evalwati dawn il-motivi, tkun meħtieġa evalwazzjoni ddettaljata fid-dritt u fil-fatt tal-argumenti mressqa mill-partijiet kollha fil-proċeduri, fid-dawl tal-provi prodotti minnhom. Fl-assenza ta’ tali evalwazzjoni fid-digriet appellat, ma jkunx opportun li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi b’mod definittiv fil-kawża ineżami. |
|
190. |
Għaldaqstant, il-kawża għandha tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali u l-ispejjeż għandhom jiġu rriżervati. |
VII. Konklużjoni
|
191. |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nissuġġerixxi li l-Qorti tal-Ġustizzja:
|
( 1 ) Lingwa oriġinali: l-Ingliż.
( 2 ) Ippubblikata għall-ewwel darba fl‑1915. Iċċitata mill-Avukat Ġenerali bl-Ingliż minn traduzzjoni ta’ M. Harman (disponibbli online, sit internet tal-Harvard University Press).
( 3 ) Sentenza tal‑15 ta’ Lulju 1963, Plaumann vs Il‑Kummissjoni (25/62, EU:C:1963:17, p. 107) (iktar ’il quddiem is-“sentenza Plaumann”).
( 4 ) T‑706/22, iktar ’il quddiem id-“digriet appellat”, EU:T:2023:579.
( 5 ) Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2022/2100 tad‑29 ta’ Ġunju 2022 li temenda d-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-irtirar ta’ ċerti eżenzjonijiet fir-rigward tal-prodotti tat-tabakk imsaħħan (ĠU 2022 L 283, p. 4, rettifika fil-ĠU 2023, L 188, p. 62) (iktar ’il quddiem l-“att ikkontestat”).
( 6 ) Id-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑3 ta’ April 2014 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE “ĠU 2014, L 127, p. 1, rettifika fil-ĠU 2015, L 150, p. 24”.
( 7 ) Għal ġurisprudenza reċenti, ara, pereżempju, is-sentenzi tat‑12 ta’ Lulju 2022, Nord Stream 2 vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑348/20 P, iktar ’il quddiem is-“sentenza Nord Stream 2, EU:C:2022:548, punt 156) (“Nord Stream 2”), u tal‑4 ta’ Ottubru 2024, Il‑Kummissjoni vs Il‑Kunsill u Il‑Kunsill v Front Polisario (C‑779/21 P u C‑799/21 P, EU:C:2024:835, punt 107).
( 8 ) Ara s-sentenza tat‑18 ta’ Mejju 1994, Codorniu vs Il‑Kunsill (C‑309/89, iktar ’il quddiem is-“sentenza Codorniu, EU:C:1994:197, punt 22).
( 9 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑6 ta’ Novembru 2018, Scuola Elementare Maria Montessori vs Il‑Kummissjoni, Il‑Kummissjoni vs Scuola Elementare Maria Montessori u Il‑Kummissjoni vs Ferracci (C‑622/16 P sa C‑624/16 P, EU:C:2018:873, punt 31 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 10 ) Ara, pereżempju, is-sentenza Codorniu, punt 19.
( 11 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑23 ta’ April 2013, Gbagbo et vs Il‑Kunsill (C‑478/11 P sa C‑482/11 P, EU:C:2013:258, punt 56). Ara wkoll is-sentenzi tad‑29 ta’ Ottubru 1980, Roquette Frères vs Il‑Kunsill (138/79, EU:C:1980:249, punti 15 u 16) (iktar ’il quddiem is-“sentenza Roquette Frères”); u tas‑17 ta’ April 2008, Flaherty et vs Il‑Kummissjoni (C‑373/06 P, C‑379/06 P u C‑382/06 P, EU:C:2008:230, punti 26, 27 u 41) (iktar ’il quddiem is-“sentenza Flaherty”).
( 12 ) Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat‑13 ta’ Marzu 2008, Il‑Kummissjoni vs Infront WM (C‑125/06 P, EU:C:2008:159, punt 71) (iktar ’il quddiem is-“sentenza Infront”); u tas‑27 ta’ Frar 2014, Stichting Woonpunt et vs Il‑Kummissjoni(C‑132/12 P, EU:C:2014:100, punt 59) (iktar ’il quddiem is-“sentenza Stichting Woonpunt”).
( 13 ) Bl-istess mod, Hartley, T.C., The Foundations of European Union Law, it‑8 ed., Oxford University Press, 2014, p. 373; u Gratsias, D., “Άμεση δικαστική προστασία των ιδιωτών κατά το άρθρο 263 ΣΛΕΕ: Μερικές σκέψεις”, f’Το Δικαστήριο της ΕΕ- Εγγυητής της εύρυθμης λειτουργίας της Ευρωπαϊκής Ένωσης και των δικαιωμάτων των πολιτών, Sakkoulas, 2016, p. 19 sa 44.
( 14 ) Għall-finijiet ta’ kompletezza, inżid li, għal ċertu żmien, it-test ta’ grupp magħluq ġie applikat mill-Qorti tal-Ġustizzja b’mod parallel ma’ test ieħor (alternattiv), li spiss jissejjaħ test terminoloġiku astratt. Dan it-test kien jikkonsisti essenzjalment fil-verifika ta’ jekk l-att ikkontestat kienx jikkostitwixxi deċiżjoni reali u mhux att ta’ portata ġenerali (ara, pereżempju, is-sentenzi tal‑5 ta’ Mejju 1977, Koninklijke Scholten Honig vs Il‑Kunsill u Il‑Kummissjoni, 101/76, EU:C:1977:70, punti 7 u 8, u tas‑17 ta’ Ġunju 1980, Calpak u Società Emiliana Lavorazione Frutta vs Il‑Kummissjoni, 789/79 u 790/79, EU:C:1980:159, punti 7 u 8). Dan it-test alternattiv kien ibbażat fuq il-formulazzjoni tal-Artikolu 173 KE ta’ dak iż-żmien, li kien jirreferi għal “deċiżjoni li għalkemm, fil-forma ta’ regolament jew deċiżjoni indirizzata lil xi persuna oħra, tirrigwarda direttament u individwalment [lir-rikorrent]” (enfasi miżjuda). Dan it-test ġie abbandunat lejn l-aħħar tas-snin tmenin, peress li kien imur kontra l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tgħid li dak li huwa rilevanti skont l-Artikolu 263 (tal-attwali) TFUE, huwa s-sustanza ta’ att u mhux il-forma tiegħu. Fi kwalunkwe każ, dan l-approċċ issa huwa inkompatibbli mal-formulazzjoni l-ġdida tal-Artikolu 263 TFUE, wara li t-Trattat ta’ Lisbona ssostitwixxa l-kelma “deċiżjoni” bil-kelma “att”.
( 15 ) Ara, inter alia, is-sentenza Nord Stream 2, punt 157.
( 16 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑17 ta’ Jannar 1985, Piraiki-Patraiki et vs Il-Kummissjoni (11/82, EU:C:1985:18, punti 20 u 21) (iktar ’il quddiem is-“sentenza Piraiki-Patraiki”).
( 17 ) Dan kien ċar sa mill-istadju bikri: ara, pereżempju, Bebr, G., Judicial Control of the European Communities, Stevens & Sons, 1962, pp. 69 sa 76.
( 18 ) It-terminoloġija tiegħi hija fil-biċċa l-kbira ispirata mix-xogħol ta’ W.N. Hohfeld. Mix-xogħolijiet ta’ dan l-awtur, ara, pereżempju, “Some Fundamental Legal Conceptions as Applied in Judicial Reasoning”, Yale Law Journal, Vol. 23, 1913, pp. 16 sa 59, fil-punt 30.
( 19 ) Għalkemm id-dritt tal-Unjoni ma jipprevedi ebda dritt speċifiku f’dan ir-rigward, sistema ta’ kompetizzjoni mhux distorta hija essenzjali għall-istabbiliment tas-suq intern (ara l-Artikolu 3 TUE u l-Protokoll (Nru 27) dwar is-suq intern u l-kompetizzjoni) u tista’ wkoll titqies bħala korollarja tal-libertà ta’ intrapriża (stabbilita fl-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, iktar ’il quddiem il-“Karta”). Ara, madankollu, is-sentenza tas-6 ta’ Novembru 2018, Scuola Elementare Maria Montessori vs Il-Kummissjoni, Il-Kummissjoni vs Scuola Elementare Maria Montessori u Il-Kummissjoni v Ferracci (C‑622/16 P sa C‑624/16 P, EU:C:2018:873, punt 43).
( 20 ) Ara, inter alia, is-sentenza tas‑26 ta’ Ġunju 1990, Sofrimport vs Il‑Kummissjoni (C‑152/88, EU:C:1990:259, punt 11); is-sentenza Piraiki‑Patraiki, punti 15 sa 19; u tal‑11 ta’ Frar 1999, is-sentenza Antillean Rice Mills et vs Il‑Kummissjoni (C‑390/95 P, EU:C:1999:66, punti 25 sa 30).
( 21 ) Ara, pereżempju, is-sentenzi Codorniu, punt 21; Infront, punt 72; u Stichting Woonpunt, punti 61 u 62. Għal enfasi dwar dan il-punt fid-duttrina ara Craig, P. u De Burca, G., EU Law: Text, Cases, and Materials, ir-4 ed., Oxford University Press, 2008, p. 513.
( 22 ) Dan ma jfissirx li l-pożizzjoni tar-rikorrenti kellha tkun kompletament ikkristallizzata fil-passat. Ara, pereżempju, is-sentenzi tas‑27 ta’ Novembru 1984, Agricola commerciale olio et vs Il‑Kummissjoni (232/81, EU:C:1984:358, punti 10 u 11), kif ukoll is-sentenza Flaherty, punti 40 u 41).
( 23 ) Ara, pereżempju, is-sentenzi tad‑19 ta’ Mejju 1993, Cook vs Il‑Kummissjoni (C‑198/91, EU:C:1993:197, punti 23 sa 26), u tal‑24 ta’ Mejju 2011, Il‑Kummissjoni v Kronoply u Kronotex (C‑83/09 P, EU:C:2011:341, punti 45 sa 48).
( 24 ) Ara s-sentenzi tal‑25 ta’ Ottubru 1977, Metro SB-Großmärkte vs Il‑Kummissjoni (26/76, EU:C:1977:167, punt 13); tal‑20 ta’ Marzu 1985, Timex vs Il‑Kunsill u Il‑Kummissjoni (264/82, EU:C:1985:119, punti 13 sa 16); tat‑28 ta’ Jannar 1986, Cofaz et vs Il‑Kummissjoni (169/84, EU:C:1986:42, punti 24 u 25); tat‑3 ta’ April 2003, BaByliss vs Il‑Kummissjoni (T‑114/02, EU:T:2003:100, punti 92 sa 95); u tal‑11 ta’ Lulju 2007, Alrosa vs Il‑Kummissjoni (T‑170/06, EU:T:2007:220, punt 40).
( 25 ) Ara, inter alia, is-sentenzi tas‑16 ta’ Mejju 1991, Extramet Industrie vs Il‑Kunsill (C‑358/89, EU:C:1991:214); tat‑3 ta’ April 2003, BaByliss vs Il‑Kummissjoni (T‑114/02, EU:T:2003:100, punti 87 sa 117); tat‑22 ta’ Diċembru 2008, British Aggregates vs Il‑Kummissjoni (C‑487/06 P, EU:C:2008:757, punti 46 sa 57); u tal‑20 ta’ Jannar 2022, Deutsche Lufthansa vs Il‑Kummissjoni (C‑594/19 P, EU:C:2022:40, punti 74 sa 76).
( 26 ) Ara, pereżempju, is-sentenza tas‑6 ta’ Novembru 1990, Weddel vs Il‑Kummissjoni (C‑354/87, EU:C:1990:371, punti 20 sa 23). Hartley T.C. irrefera għal “atti ta’ natura kważi ġudizzjarja”[traduzzjoni libera] f’dan ir-rigward (b’kuntrast ma’ “atti purament politiċi u diskrezzjonali” [traduzzjoni libera]). Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 13 iktar ’il fuq, p. 371.
( 27 ) Dan kien b’mod partikolari l-każ tad-dazji antidumping li, qabel l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 37/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑15 ta’ Jannar 2014 li jemenda ċerti regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni ta’ ċerti miżuri (ĠU 2014, L 18, p. 1), ġew introdotti permezz ta’ regolamenti tal-Kunsill. Ara, inter alia, is-sentenza tal‑21 ta’ Frar 1984, Allied Corporation et vs Il‑Kummissjoni (239/82 u 275/82, EU:C:1984:68, punt 11).
( 28 ) Ara, pereżempju, is-sentenzi tat‑30 ta’ Ġunju 1988, CIDA et vs Il-Kunsill (297/86, EU:C:1988:351, punt 13); tal‑24 ta’ Marzu 1994, Air France vs Il-Kummissjoni (T‑3/93, EU:T:1994:36, punt 82); u tal‑14 ta’ Lulju 2022, L-Italja u Comune di Milano vs Il‑Kunsill u Il‑Parlament (Sede tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini) (C‑106/19 u C‑232/19, EU:C:2022:568, punti 69 sa 72 u 76).
( 29 ) Ara l-konklużjonijiet tal-Avukata Ġenerali Kokott fil-kawża Inuit Tapiriit Kanatami et vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑583/11 P, EU:C:2013:21, punt 1).
( 30 ) Ara, inter alia, Barav, A., “Direct and Individual Concern: An Almost Insurmountable Barrier to the Admissibility of Individual Appeal to the EEC Court”, Common Market Law Review, 1974, p. 191; Enchelmaier, S., “No-One Slips Through the Net? Latest Developments, and Non-Developments, in the European Court of Justice’s Jurisprudence on Art. 230(4) EC”, Yearbook of European Law, 2005, p. 173; Craig, P. u De Burca, G., nota 21 ta’ qiegħ il-paġna iktar ’il fuq, p. 512; u Kombos, C.C., “The Recent Case Law on Locus Standi of Private Applicants under Art. 230 (4) EC: A Missed Opportunity or A Velvet Revolution?”, European Integration online Papers, Nru 17, 2005.
( 31 ) Ara, pereżempju, is-sentenzi tad‑29 ta’ Jannar 1985, Münchener Import-Weinkellerei Binderer vs Il‑Kummissjoni(147/83, EU:C:1985:26, punti 10 u 13); tal‑11 ta’ Settembru 2002, Pfizer Animal Health vs Il‑Kunsill (T‑13/99, EU:T:2002:209, punt 89); u tal‑1 ta’ April 2004, Il‑Kummissjoni vs Jégo-Quéré (C‑263/02 P, EU:C:2004:210, punt 46).
( 32 ) Ara, pereżempju, id-digrieti tat‑30 ta’ April 2003, VVG International et vs Il‑Kummissjoni (T‑155/02, EU:T:2003:125, punti 43 u 44); u tat‑13 ta’ Novembru 2008, Lemaître Sécurité v Il‑Kummissjoni (T‑301/06, EU:T:2008:495, punt 24) (iktar ’il quddiem id-“digriet Lemaître”).
( 33 ) Ara d-digrieti Lemaître, punt 25, u tal-5 ta’ Mejju 2009, WWF-UK v Il-Kunsill (C‑355/08 P, EU:C:2009:286, punti 44 u 45), u s-sentenza tat‑28 ta’ Frar 2002, BSC Footwear Supplies et vs Il‑Kunsill (T‑598/97, EU:T:2002:52, punt 61).
( 34 ) Ara d-digriet tat‑18 ta’ Diċembru 1997, Il‑Kummissjoni vs Sveriges Betodlares u Henrikson (C‑409/96 P, EU:C:1997:635, punt 37), u s-sentenza tal‑10 ta’ Diċembru 2002, Il‑Kummissjoni vs Camar u Tico (C‑312/00 P, EU:C:2002:736, punt 77).
( 35 ) Ara s-sentenza tad‑29 ta’ Ġunju 1993, Gibraltar vs Il‑Kunsill (C‑298/89, EU:C:1993:267, punt 18), u d-digriet tal‑15 ta’ Settembru 1998, Michaïlidis et vs Il‑Kummissjoni (T‑100/94, EU:T:1998:197, punt 60).
( 36 ) Ara s-sentenzi tat‑22 ta’ Novembru 2001, Nederlandse Antillen vs Il‑Kunsill (C‑452/98, EU:C:2001:623, punti 70 sa 75) (iktar ’il quddiem is-“sentenza Nederlandse Antillen”); u tal‑10 ta’ April 2003, Il‑Kummissjoni vs Nederlandse Antillen (C‑142/00 P, EU:C:2003:217, punti 70 sa 75).
( 37 ) Ara, pereżempju, Gormley, L.W., “Judicial review in EC and EU raw - Some architectural malfunctions and design improvements?”, Cambridge Yearbook of European Legal Studies, 2001, p. 174; u Winter, G., “Plaumann withering: standing before the EU General Court underway from distinctive to substantial concern”, European Journal of Legal Studies, 2023, p. 85.
( 38 ) Sentenza tal‑25 ta’ Marzu 2021, Carvalho et vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑565/19 P, EU:C:2021:252) (iktar ’il quddiem is-“sentenza Carvalho”).
( 39 ) Ara, pereżempju, Krämer, L., “The environment before the European Court of Justice”, f’Voigt, C. (ed.), International Judicial Practice on the Environment, Cambridge University Press, 2019, p. 25; u Arnull, A., “Private applicants and the action for annulment since Codorniu”, Common Market Law Review, 2001, pp. 8 u 9.
( 40 ) Konklużjonijiet fil-kawża Unión de Pequeños Agricultores vs Il‑Kunsill (C‑50/00 P, EU:C:2002:197, punti 33 sa 103) (iktar ’il quddiem, il-“konklużjonijiet UPA”). Ser nerġa’ lura għal uħud mill-argumenti mressqa mill-Avukat Ġenerali Jacobs iktar ’il quddiem f’dawn il-konklużjonijiet.
( 41 ) Sentenza tat‑3 ta’ Mejju 2002, Jégo-Quéré vs Il‑Kummissjoni (T‑177/01, EU:T:2002:112, punti 27 sa 51).
( 42 ) Sentenza tal‑25 ta’ Lulju 2002, Unión de Pequeños Agricultores vs Il‑Kunsill (C‑50/00 P, EU:C:2002:462, punti 34 sa 75).
( 43 ) Ara, pereżempju, it-testijiet ta’ “att li jippreġudika l-interessi ta’ rikorrent” [traduzzjoni libera] proposta minn Arnull, A., “Challenging Community acts – An introduction”, in Micklitz, H.W., u Reich, N. (eds), Public Interest Litigation Before European Courts, Nomos, 1996, p. 51; u “li jikkonċernawh personalment u severament” [traduzzjoni libera] proposta minn Winter, G. (nota ta’ qiegħ il-paġna 37 iktar ’il fuq, p. 105 et seq.).
( 44 ) Ara l-eżempji mogħtija, inter alia, f’Kombos, C., “Locus standi of representatives group in the shadow of Plaumann: Limitations and possible solutions”, Acta Juridica Hungarica, Vol. 47, Nru 4, Nru 2006, p. 375; u Winter, G., nota ta’ qiegħ il-paġna 37 iktar ’il fuq, p. 95 u 107.
( 45 ) Kif ser nispjega fil-punti 60 sa 64 iktar ’il quddiem.
( 46 ) Sentenza tat-3 ta’ Mejju 2002, Jégo-Quéré vs Il-Kummissjoni (T‑177/01, EU:T:2002:112, punt 51) (enfasi miżjuda).
( 47 ) Madankollu, jista’ jkun hemm ċirkustanzi eċċezzjonali fejn numru relattivament kbir ta’ persuni affettwati jistgħu jkunu “individwalment ikkonċernati”. Fil-fehma tiegħi, il-kawża Danielsson hija l-każ paradigmatiku ta’ dan it-tip. Il-kawża kienet tikkonċerna talba għal miżuri provviżorji minn tliet ċittadini tal-Polineżja Franċiża li kkontestaw il-legalità tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, adottata skont ir-regoli tat-Trattat Euratom, li, essenzjalment, ma opponietx it-testijiet nukleari mwettqa mill-awtoritajiet Franċiżi fl-Polynesian atolls ta’ Mururoa u Fangataufa. Madankollu, il-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza ta’ dak iż-żmien iddikjara li t-talba kienet manifestament inammissibbli, peress li ma kinux individwalment ikkonċernata. Huwa qies li, “anki jekk jitqies li r-rikorrenti jistgħu, jekk ikun il-każ, isofru dannu personali marbut mal-allegati konsegwenzi dannużi tat-testijiet nukleari inkwistjoni fuq l-ambjent jew fuq is-saħħa tal-popolazzjoni, din iċ-ċirkustanza waħedha ma hijiex biżżejjed sabiex tindividwalizzahom […] sa fejn dannu bħal dak li huma jinvokaw jista’ jaffettwa, bl-istess mod, kull persuna residenti fiż-żona inkwistjoni”. Sussegwentement huwa osserva li r-rikorrenti ma kienu pproduċew ebda prova li tista’ turi li, prima facie, id-deċiżjoni kkontestata kienet taffettwahom għal raġuni speċifika. Ara d-digriet tat‑22 ta’ Diċembru 1995, Danielsson et vs Il‑Kummissjoni (T‑219/95 R, EU:T:1995:219, punti 71 u 72).
( 48 ) Enfasi miżjuda.
( 49 ) Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Lagrange fil-kawża Assider vs L-Awtorità Għolja (3/54, EU:C:1954:6, p. 171).
( 50 ) Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal‑11 ta’ Frar 1955, Assider vs L-Awtorità Għolja (3/54, EU:C:1955:2, p. 69); u tad‑29 ta’ Novembru 1956, Fédération charbonnière de Belgique vs L-Awtorità Għolja (8/55, EU:C:1956:11, punti 257 u 258).
( 51 ) Ara s-sentenza tal‑14 ta’ Diċembru 1962, Confédération nationale des producteurs de fruits et légumes et vs Il‑Kunsill (16/62 u 17/62, EU:C:1962:47, p. 478) u, f’iktar dettall, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Lagrange fl-istess kawżi magħquda (EU:C:1962:40, p. 482 u 483).
( 52 ) Ara, b’mod partikolari, Catalano, N., “La prozione giurisdizionale nel sistema del Trattato C.E.E. nei confronti degli atti non normativi”, Foro Italiano, 1965, Parti V, col 77. Ara wkoll, b’riferimenti għal dokumenti kontemporanji oħra, Boerger-De Smedt, A.,“La Cour de Justice dans les négociations du traité de Paris instituant la CECA”, Journal of European Integration History, 2008, p. 7; u Arena, A., “The Community system of judicial protection: A tale of two legal revolutions”, Yearbook of European Law, 2025, pp. 13 sa 20.
( 53 ) Ara l-Konvenzjoni Ewropea, Rapport finali tal-grupp ta’ diskussjoni dwar il-Qorti tal-Ġustizzja, CONV 636/03, punti 17 sa 27.
( 54 ) Ara l-Konvenzjoni Ewropea, Praesidium, Articles on the Court of Justice and the High Court, CONV 734/03, pp. 17 sa 21.
( 55 ) Sentenza tat‑3 ta’ Ottubru 2013, Inuit Tapiriit Kanatami et vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑583/11 P, EU:C:2013:625, punti 69 sa 71). Enfasi miżjuda.
( 56 ) Kif irrileva l-Avukat Ġenerali Cosmas fil-konklużjonijiet tiegħu fil-kawża Greenpeace Council et vs Il‑Kummissjoni (C‑321/95 P, EU:C:1997:421, punt 53), “l-ordinament ġuridiku [tal-Unjoni] ma jirrikonoxxix l-eżistenza ta’ actio popularis” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Inżid ngħid li din hija forma ta’ azzjoni mhux magħrufa fil-parti l-kbira tal-ordinamenti ġuridiċi tal-Istati Membri. Ara, pereżempju, Eliantonio, M., et al., “Standing up for your right(s) in Europe – A comparative study on legal standing (Locus Standi) before the EU and Member States’ courts”, studju tal-Parlament Ewropew, 2012, p. 60.
( 57 ) Id-distinzjoni magħmula bejn ir-rikorrenti pprivileġġjati u dawk mhux ipprivileġġjati tmur manifestament kontra din l-idea. Dan it-tip ta’ proċedura ma hijiex meħtieġa mill-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem (iktar ’il quddiem il-“KEDB”). Kif iddeċidiet il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (iktar ’il quddiem il-“Qorti EDB”), “[l]-Artikolu 6 ma jiggarantixxix dritt ta’ aċċess għal qorti kompetenti sabiex tinvalida jew twarrab liġi adottata mil-leġiżlatur” [traduzzjoni mhux uffiċjali] (sentenza tal-24 ta’ Settembru 2002, Posti u Rahko vs Il-Finlandja, CE:ECHR:2002:0924JUD002782495, punt 52).
( 58 ) Ara, għal darba oħra, ir-rapport finali tal-grupp ta’ diskussjoni dwar il-Qorti tal-Ġustizzja (nota ta’ qiegħ il-paġna 53 iktar ’il fuq), punt 19. Ara wkoll is-sentenzi Carvalho, punti 47 u 49; u tal‑10 ta’ Settembru 2024, KS et vs Il‑Kunsill et (C‑29/22 P u C‑44/22 P, EU:C:2024:725, punt 73) (iktar ’il quddiem is-“sentenza KS u KD”); kif ukoll id-digriet tal‑14 ta’ Jannar 2021, Sabo et vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑297/20 P, EU:C:2021:24, punt 29).
( 59 ) Ara, b’mod partikolari, l-Opinjoni 2/13 (Adeżjoni tal-Unjoni għall-KEDB) tat-18 ta’ Diċembru 2014 (EU:C:2014:2454, punti 157 u 158).
( 60 ) Ara, b’riferimenti oħra, il-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Il‑Kummissjoni vs Ir-Renju Unit (Sentenza tal-Qorti Suprema) (C‑516/22, EU:C:2023:857, punt 76).
( 61 ) Ara, inter alia, is-sentenza tat‑22 ta’ Novembru 2022, Il‑Kummissjoni vs Il‑Kunsill (Adeżjoni mal-Att ta’ Genève) (C‑24/20, EU:C:2022:911, punt 83).
( 62 ) Ara, dwar dan is-suġġett, Eliantonio, M. u Lees, E. (eds), The Legitimacy of EU Environmental Governance and the Role of the European Courts, 2025, Oxford University Press, 2025, b’mod partikolari l-Kapitolu 7.
( 63 ) Opinjoni 1/09 (Ftehim dwar il-ħolqien ta’ sistema unifikata ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim fil-qasam tal-privattivi) tat-8 ta’ Marzu 2011 (EU:C:2011:123, punti 66 u 69).
( 64 ) L-Artikolu 277 TFUE jipprevedi l-“eċċezzjoni ta’ illegalità”, li tippermetti stħarriġ inċidentali tal-legalità tal-atti tal-Unjoni. Dan jippermetti lil kull parti fi proċedura li tikkontesta att tal-Unjoni ta’ portata ġenerali tinvoka l-motivi ta’ invalidità previsti mit-Trattat sabiex tinvoka l-inapplikabbiltà ta’ dan l-att, anki wara l-iskadenza tat-terminu li fih dan jista’ jiġi kkontestat.
( 65 ) F’dan is-sens, ara, inter alia, is-sentenzi tat‑23 ta’ April 1986, Les Verts vs Il‑Parlament (294/83, EU:C:1986:166, punt 23) (iktar ’il quddiem is-“sentenza Les Verts”); Inuit, punt 92; u tal‑15 ta’ Lulju 2021, FBF (C‑911/19, EU:C:2021:599, punt 60).
( 66 ) Sentenza tat‑30 ta’ Ġunju 2005, Bosphorus Hava Yolları Turizm ve Ticaret Anonim Şirketi vs L-Irlanda (CE:ECHR:2005:0630JUD004503698, punti 159 sa 165).
( 67 ) François-Marie Arouet (magħruf ukoll bħala Voltaire), Candide jew L-Ottimismu, ippubblikat għall-ewwel darba fl‑1759.
( 68 ) Eżempju wieħed f’dan ir-rigward huwa s-sentenza tal‑15 ta’ Novembru 2016, Ullens de Schooten (C‑268/15, EU:C:2016:874).
( 69 ) Bl-istess mod, ara, Bobek, M., “Why is it better to treat every provision of a directive as a (horizontally) directly effective one”, International Journal of Comparative Labour Law and Industrial Relations, 2023, p. 220. Ara wkoll il-konklużjonijiet UPA, punti 64 sa 67.
( 70 ) Fir-rigward tas-sentenza tas‑26 ta’ Frar 2002, Il‑Kunsill vs Boehringer (C‑23/00 P, EU:C:2002:118, punt 52). Ara wkoll, inter alia, is-sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2016, Club Hotel Loutraki et vs Il‑Kummissjoni (C‑131/15 P, EU:C:2016:989, punt 68).
( 71 ) Ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenza tad‑9 ta’ Marzu 1994, TWD Textilwerke Deggendorf (C‑188/92, EU:C:1994:90, punti 17 u 18). Ara, iktar reċenti, is-sentenzi tal-5 ta’ Marzu 2015, Banco Privado Português u Massa Insolvente do Banco Privado Português (C‑667/13, EU:C:2015:151, punt 28 u l-ġurisprudenza ċċitata), u tal‑25 ta’ Lulju 2018, Georgsmarienhütte et (C‑135/16, EU:C:2018:582, punti 43 u 44).
( 72 ) Ara, pereżempju, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Ruiz-Jarabo Colomer fil-kawżi magħquda Atzeni et (C‑346/03 u C‑529/03, EU:C:2005:256, punt 88).
( 73 ) Ara, inter alia, is-sentenza tas‑17 ta’ Marzu 2011, AJD Tuna (C‑221/09, EU:C:2011:153), u d-digriet tal‑14 ta’ Frar 2012, AJD Tuna vs Il‑Kummissjoni (T‑329/08, EU:T:2012:72). F’dan ir-rigward, ara, Mastroianni, R. u Pezza, A., “Striking the right balance: limits on the right to bring an action under Article 263(4) of the Treaty on the Functioning of the European Union”, American University International Law Review, 2015, p. 743. Ara wkoll, iktar reċenti, il-konklużjonijiet tal-Avukata Ġenerali Ćapeta fil-kawża WhatsApp Ireland vs EDPB (C‑97/23 P, EU:C:2025:210, punti 174 u 175).
( 74 ) Din il-proċedura tikkoeżisti fil-fatt ma’ dik fil-Kawża C‑759/23, PJ Carroll u Nicoventures Trading, li fiha ppreżentajt il-konklużjonijiet tiegħi fit‑30 ta’ Jannar 2025 (C‑759/23, EU:C:2025:44) u li bħalissa tinsab pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.
( 75 ) C‑348/20 P, EU:C:2021:831, punt 191. Enfasi miżjuda.
( 76 ) Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑6 ta’ Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU 2006, L 264, p. 13), kif emendat.
( 77 ) Ara l-konklużjonijiet tal-Avukata Ġenerali Kokott fil-kawżi magħquda BEI vs ClientEarth u Il‑Kummissjoni vs ClientEarth (C‑212/21 P u C‑223/21 P, EU:C:2022:1003, punti 47 sa 57).
( 78 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza Nord Stream 2, punti 159 sa 163.
( 79 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza Carvalho, punt 40. Ara wkoll is-sentenza tat‑2 ta’ Marzu 2010, Arcelor vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (T‑16/04, EU:T:2010:54, punt 104). Madankollu, il-gravità tal-effett ta’ att ikkontestat fuq is-sitwazzjoni tar-rikorrent tista’ tabilħaqq tkun wieħed mill-fatturi li, flimkien ma’ oħrajn, jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex tiġi stabbilita l-inċidenza individwali. Ara f’dan is-sens, is-sentenza tat‑18 ta’ Ottubru 2023, Zippo Manufacturing u Zippo vs Il‑Kummissjoni (T‑402/20, EU:T:2023:640, punt 26).
( 80 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑1 ta’ Lulju 1965, Toepfer u Getreide-Import Gesellschaft vs Il‑Kummissjoni (106/63 u 107/63, EU:C:1965:65, p. 411), u s-sentenza Piraiki-Patraiki, punt 31.
( 81 ) Ara l-kawżi msemmija fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 36 iktar ’il fuq.
( 82 ) Ara, b’mod partikolari, is-sentenza Nederlandse Antillen, punti 57 u 62 sa 64.
( 83 ) Ara, b’riferiment għall-ġurisprudenza, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Bobek fil-kawża Région de Bruxelles-Capitale vs Il‑Kummissjoni (C‑352/19 P, EU:C:2020:588, punt 62) (iktar ’il quddiem il-“konklużjonijiet Région de Bruxelles-Capitale”).
( 84 ) Ara l-Artikolu 109 l-Anness IV tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 91/482/KEE tal‑25 ta’ Lulju 1991 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji ekstra-Ewropej mal-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU 1991, L 263, p. 1).
( 85 ) Ara, b’mod partikolari, is-sentenza Nederlandse Antillen, punti 73 u 74.
( 86 ) Ara l-punt 3 iktar ’il fuq (enfasi miżjuda).
( 87 ) Ara, pereżempju, is-sentenza tal‑14 ta’ Lulju 1983, Spijker Kwasten vs Il‑Kummissjoni (231/82, EU:C:1983:220, punt 9), u d-digrieti tat‑28 ta’ Marzu 1996, Kik vs Il‑Kunsill u Il‑Kummissjoni (C‑270/95 P, EU:C:1996:155, punt 36); u tat‑12 ta’ Diċembru 2003, Bactria vs Il‑Kummissjoni (C‑258/02 P, EU:C:2003:675, punti 35 u 36). Ara wkoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Lenz fil-kawża Codorniu vs Il‑Kunsill (C‑309/89, EU:C:1992:406, punt 38) (iktar ’il quddiem il-“konklużjonijiet Codorniu”) u tal-Avukat Ġenerali Bobek fil-kawża Nord Stream 2 vs Il-Parlament u Il-Kunsill (C‑348/20 P, EU:C:2021:831, punt 190).
( 88 ) Ara l-konklużjonijiet Codorniu, (C‑309/89, EU:C:1992:406, punti 39 u 52).
( 89 ) Ara s-sentenza tal-11 ta’ Frar 1999, Antillean Rice Mills et vs Il-Kummissjoni (C‑390/95 P, EU:C:1999:66, punt 28) (enfasi miżjuda).
( 90 ) Ara s-sentenza Codorniu. Punt 22 (enfasi miżjuda).
( 91 ) Ara s-sentenza Flaherty, punti 26 u 41 (enfasi miżjuda).
( 92 ) Ara, fost ħafna oħrajn, Craig, P. u De Burca, G., op. cit., p. 512.
( 93 ) Ara, pereżempju, l-ewwel rapport annwali ppubblikat mill-Qorti tal-Ġustizzja, fl-1998 (dwar l-attività ġudizzjarja fl‑1997), b’mod partikolari il-punti 172 u 178.
( 94 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑9 ta’ Novembru 2010, Volker und Markus Schecke u Eifert (C‑92/09 u C‑93/09, EU:C:2010:662, punt 85).
( 95 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑17 ta’ Diċembru 2020, Centraal Israëlitisch Consistorie van België et (C‑336/19, EU:C:2020:1031, punt 65).
( 96 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑4 ta’ Mejju 2016, Philip Morris Brands et (C‑547/14, EU:C:2016:325, punti 152 sa 156).
( 97 ) Ara, b’mod partikolari, l-Artikolu 12 (“Il-libertà ta’ għaqda u ta’ assoċjazzjoni”) u l-Artikolu 16 (“Il-libertà ta’ intrapriża”) tal-Karta.
( 98 ) F’dan ir-rigward, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta, li azzjonijiet imressqa minn assoċjazzjonijiet huma ammissibbli fi tliet sitwazzjonijiet iddefiniti sew: l-ewwel, fejn l-assoċjazzjoni tirrappreżenta l-interessi ta’ impriżi li jkollhom id-dritt li huma stess jiftħu kawża u, b’hekk, ikollhom huma stess locus standi; it-tieni, fejn l-assoċjazzjoni tkun iddifferenzjata minħabba l-impatt fuq l-interessi tagħha stess bħala assoċjazzjoni; u, it-tielet, fejn dispożizzjoni legali tagħtiha espressament numru ta’ drittijiet ta’ natura proċedurali. Ara, reċentement, il-konklużjonijiet tal-Avukata Ġenerali Medina fil-kawża China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products et vs Il‑Kummissjoni (C‑478/21 P, EU:C:2023:117, punt 35 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 99 ) Dan ifisser li l-estensjoni modesta tal-ġurisprudenza proposta ser (i) tikkonċerna prinċipalment sitwazzjonijiet fejn huwa improbabbli li r-rikorrent ikollu aċċess għal qorti nazzjonali li tista’ tadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-validità tal-att tal-Unjoni inkwistjoni fid-dawl tal-Artikolu 267 TFUE (peress li jista’ ma jkunx hemm miżura nazzjonali ta’ implimentazzjoni); u (ii) teskludi kwalunkwe użu ta’ rikors għal annullament bħala forma ta’ actio popularis.
( 100 ) Dan ifisser ukoll li ċ-ċertezza legali tal-atti kkontestati hija msaħħa, peress li l-qrati tal-Unjoni huma aditi b’kull kwistjoni ta’ validità fi żmien qasir, kuntrarjament għall-kawżi mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 267 TFUE, li jistgħu jieħdu diversi snin.
( 101 ) Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Bobek fil-kawża Région de Bruxelles-Capitale, punt 142.
( 102 ) Ara, f’iktar dettall, il-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża BĊE vs Crédit lyonnais (C‑389/21 P, EU:C:2022:844, punti 41 sa 74).
( 103 ) Konklużjonijiet fil-kawża Djurgården-Lilla Värtans Miljöskyddsförening (C‑263/08, EU:C:2009:421, punt 62).
( 104 ) Konklużjonijiet fil-kawża Greenpeace Council et vs Il‑Kummissjoni (C‑321/95 P, EU:C:1997:421, punt 117).
( 105 ) Bl-istess mod, Harding, C., “The private interest in challenging community action”, European Law Review, 1980, p. 354.
( 106 ) Ara, pereżempju, Hoge Raad der Nederlanden (il-Qorti Suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi), sentenza tal‑20 ta’ Settembru 2019, State of the Netherlands vs Stichting Urgenda (19/00135, NL:HR:2019:2007); Bundesverfassungsgericht (il-Qorti Kostituzzjonali Federali, il-Ġermanja), digriet tal‑24 ta’ Marzu 2021, Klimabeschluss (1 BvR 2656/18, 1 BvR 288/20, 1 BvR 96/20, 1 BvR 78/20, DE:BVerfG:2021:rs20210324.1bvr265618); u l-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat, Franza), deċiżjoni tal‑1 ta’ Lulju 2021, Commune de Grande-Synthe vs France (n 427301, FR:CECHR:2021:427301.20210701).
( 107 ) Qorti EDB, sentenza tad‑9 ta’ April 2024, Verein KlimaSeniorinnen Schweiz et vs L-Isvizzera (CE:ECHR:2024:0409JUD005360020) (iktar ’il quddiem is-“sentenza KlimaSeniorinnen”), u deċiżjonijiet tad‑9 ta’ April 2024, Duarte Agostinho et vs Il‑Portugall u 32 oħra (CE:ECHR:2024:0409DEC003937120), u tad-9 ta’ April 2024, Carême vs Franza (CE:ECHR:2024:0409DEC000718921).
( 108 ) Opinjoni konsultattiva tal‑21 ta’ Mejju 2024, Każ Nru 31/2022, talba mressqa mill-Kummissjoni ta’ Stati Gżejjer Żgħar dwar it-tibdil fil-klima u d-dritt internazzjonali.
( 109 ) Sabiex nagħti eżempju, sa mill‑1985, Il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li l-protezzjoni tal-ambjent kienet “wieħed mill-għanijiet essenzjali tal-Komunità” (sentenza tas‑7 ta’ Frar 1985, ADBHU, 240/83, EU:C:1985:59, punt 13), minkejja li dak iż-żmien ma kienx hemm riferiment espliċitu għall-ambjent fit-trattati Komunitarji ta’ dak iż-żmien. Illum, l-iżgurar ta’ livell għoli ta’ protezzjoni u ta’ titjib tal-kwalità tal-ambjent fost l-għanijiet tal-Unjoni (Artikolu 3 TUE) u r-rekwiżiti li jirriżultaw mill-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent, għandhom jiġu integrati fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni ta’ politiki u azzjonijiet oħra tal-Unjoni (Artikoli 9 u 11 TFUE).
( 110 ) Sentenza tas‑17 ta’ Diċembru 2020, Centraal Israëlitisch Consistorie van België et (C‑336/19, EU:C:2020:1031, punt 77).
( 111 ) Sentenzi tas‑6 ta’ Ottubru 1982, Cilfit et (283/81, EU:C:1982:335), u tas‑6 ta’ Ottubru 2021, Consorzio Italian Management u Catania Multiservizi (C‑561/19, EU:C:2021:799).
( 112 ) Ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża KUBERA (C‑144/23, EU:C:2024:522, punti 90 sa 99).
( 113 ) Ara, b’mod ġenerali, G. F. Mancini u Keeling, D.T., “Democracy and the European Court of Justice”, The Modern Law Review, Marzu 1994, Nru 2, pp. 175 sa 190.
( 114 ) Sentenza tal‑1 ta’ April 1965, Sgarlata et vs Il‑Kummissjoni (40/64, EU:C:1965:36, p. 227).
( 115 ) Sentenzi tal‑5 ta’ Frar 1963, van Gend & Loos (26/62, EU:C:1963:1), u tal‑15 ta’ Lulju 1964, Costa (6/64, EU:C:1964:66).
( 116 ) Sentenza tal‑5 ta’ Frar 1963, van Gend & Loos (26/62, EU:C:1963:1, p. 12).
( 117 ) Sentenzi tat‑12 ta’ Novembru 1969, Stauder (29/69, EU:C:1969:57, punt 7); tad-29 ta’ Ottubru 1980, Roquette Frères vs Il-Kunsill (138/79, EU:C:1980:249, punt 33); u Les Verts, punt 23.
( 118 ) Ara, b’mod partikolari, l-Artikolu 11 TUE u l-Artikolu 15 TFUE.
( 119 ) Ara, l-iktar reċenti, is-sentenza Carvalho, punt 69 u l-ġurisprudenza ċċitata.
( 120 ) Ara s-sentenza tad‑9 ta’ Lulju 2020, Ir-Repubblika Ċeka vs Il‑Kummissjoni (C‑575/18 P, EU:C:2020:530, punt 52 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 121 ) Ara, pereżempju, is-sentenzi Les Verts, punt 33; UPA, punt 44; u tat‑3 ta’ Settembru 2008, Kadi u Al Barakaat International Foundation vs Il‑Kunsill u Il‑Kummissjoni (C‑402/05 P u C‑415/05 P, EU:C:2008:461, punti 281 u 316).
( 122 ) Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tad‑19 ta’ Lulju 2016, H vs Il‑Kunsill et (C‑455/14 P, EU:C:2016:569, punt 58); tat‑28 ta’ Marzu 2017, Rosneft (C‑72/15, EU:C:2017:236, punti 72 sa 75); u KS u KD, punti 77 u 115 sa 119.
( 123 ) Ara s-sentenza tat‑22 ta’ Ġunju 2021, Il-Venezwela vs Il‑Kunsill (Effett fuq Stat terz) (C‑872/19 P, EU:C:2021:507, punti 48 sa 52).
( 124 ) Ara s-sentenza tal‑5 ta’ Novembru 2019, BĊE et vs Trasta Komercbanka et (C‑663/17 P, C‑665/17 P u C‑669/17 P, EU:C:2019:923, punti 54 sa 63).
( 125 ) Ara, inter alia, is-sentenzi tat‑3 ta’ Diċembru 1992, Oleificio Borelli vs Il‑Kummissjoni (C‑97/91, EU:C:1992:491, punt 13); tal‑15 ta’ Ottubru 2009, Djurgården-Lilla Värtans Miljöskyddsförening (C‑263/08, EU:C:2009:631, punt 45); tat‑8 ta’ Marzu 2011, Lesoochranárske zoskupenie (C‑240/09, EU:C:2011:125, punti 30 u 31); tal‑5 ta’ Diċembru 2013, Asociación de Consumidores Independientes de Castilla y León (C‑413/12, EU:C:2013:800, punt 13); tad‑29 ta’ Lulju 2019, Torubarov (C‑556/17, EU:C:2019:626, punt 78); kif ukoll tas‑17 ta’ Mejju 2022, Unicaja Banco (C‑869/19, EU:C:2022:397, punti 39 u 40).
( 126 ) Ara, rispettivament, il-konklużjonijiet fil-kawżi magħquda Il‑Kunsill u Il‑Parlament vs Il-Kummissjoni u Il-Kummissjoni vs Vereniging Milieudefensie u Stichting Stop Luchtverontreinto Utrecht (C‑401/12 P sa C‑403/12 P, EU:C:2014:310, punt 132); u l-konklużjonijiet fil-kawża Région de Bruxelles-Capitale, punt 117.
( 127 ) Ara, pereżempju, Arnull, A., “The action for annment: A case of double standards?’, f’O’Keeffe, D. u Bavasso, A. (eds), Judicial review in the European Union, Kluwer, 2000, p. 185; u Krämer, L., ‘Access to environmental justice: the double standards of the ECJ’, Journal for European Environmental & Planning Law, 2017, p. 159.
( 128 ) Ara l-punti 45 sa 48 tal-konklużjonijiet fil-kawża Unión de Pequeños Agricultores vs Il-Kunsill (C‑50/00 P, EU:C:2002:197): inter alia, skambju sħiħ ta’ sottomissjonijiet bejn il-partijiet, possibbiltà ikbar għal partijiet terzi biex jintervjenu, u ċertezza legali ikbar minħabba r-rekwiżit li l-att jiġi kkontestat fi żmien qasir).
( 129 ) Konklużjonijiet fil-kawża Stichting Woonpunt et vs Il‑Kummissjoni (C‑132/12 P, EU:C:2013:335, punti 59 sa 63).
( 130 ) Ara iktar ’il fuq, il-punti [45 u 64] ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 131 ) Ara, inter alia, is-sentenzi tal-Qorti EDB tad‑9 ta’ Ottubru 1979, Airey vs L‑Irlanda (CE:ECHR:1979:1009JUD000628973, l-Artikolu 24); tat‑8 ta’ Diċembru 1983, Pretto et vs L-Italja (CE:ECHR:1983:1208JUD000798477, punt 21); tat‑23 ta’ Ottubru 1990, Moreira de Azevedo vs Il-Portugal (CE:ECHR:1990:1023JUD001129684, punt 66); tas‑27 ta’ Ottubru 1993, Dombo Beheer B.V. vs Il-Pajjiżi l-Baxxi (CE:ECHR:1993:1027JUD001444888, punt 33); u tas‑17 ta’ Jannar 2008, Ryakib Biryukov vs Ir-Russja (CE:ECHR:2008:0117JUD001481002, punt 37).
( 132 ) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 107 iktar ’il fuq.
( 133 ) Verżjoni kkonsolidata finali tal-abbozz ta’ strumenti ta’ adeżjoni provviżorjament approvati mill-Grupp 46 + 1 waqt it‑18‑il-laqgħa tiegħu, 46+1(2023)36 tas‑17 ta’ Marzu 2023 (disponibbli fuq is-sit internet tal-Kunsill tal-Ewropa).
( 134 ) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 58 iktar ’il fuq.
( 135 ) Ara, pereżempju, Iglesias Sánchez, S., “The jurisdiction of european courts in the CFSP: Between exceptionalism and consistency of legal remedies in a union based on the rule of law”, EU Law Live, Week-end Edition, 9 ta’ Mejju 2025.
( 136 ) Ara l-punt 79 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 137 ) Ara l-Artikolu 2(28), l-Artikolu 5(6) u (7), l-Artikolu 7(12), l-Artikolu 11(6), u l-Artikolu 28(2) u (3) tad-Direttiva 2014/40.
( 138 ) Madankollu, dan il-punt huwa kkontestat mir-rikorrenti. Ara l-punt 169 iktar ’il quddiem.
( 139 ) Ara l-premessi 5 u 6 tal-att ikkontestat kif ukoll ir-Rapport tal-Kummissjoni msemmi fil-premessa 5 (ara l-punt 12 ta’ dawn il-konklużjonijiet).
( 140 ) Ara l-punti 73 sa 77 tas-sentenza (imsemmija fil-punt 41 tad-digriet appellat).
( 141 ) Ara l-punti 60 sa 62 tas-sentenza appellata (imsemmija wkoll fil-punt 41 tad-digriet appellat).
( 142 ) Sentenza tat‑22 ta’ Ġunju 2006 (C‑182/03 u C‑217/03, EU:C:2006:416, punti 61 sa 64).
( 143 ) Ara, inter alia, is-sentenzi tal-20 ta’ Marzu 1985, Timex vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (264/82, EU:C:1985:119, punti 14 u 15); tal‑11 ta’ Lulju 1990, Neotype Techmashexport vs Il‑Kummissjoni u Il‑Kunsill (C‑305/86 u C‑160/87, EU:C:1990:295, punti 19 u 20); u tat‑18 ta’ Settembru 2014, Valimar (C‑374/12, EU:C:2014:2231, punti 30 sa 32). Ara wkoll, b’mod iktar ġenerali, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Bot fil-kawża Philips Lighting Poland u Philips Lighting vs Il‑Kunsill (C‑511/13 P, EU:C:2015:206, punti 92 sa 106).
( 144 ) Ara, f’dan is-sens, inter alia, is-sentenzi tas‑16 ta’ Mejju 1991, Extramet Industrie vs Il‑Kunsill (C‑358/89, EU:C:1991:214, punt 17); tat‑18 ta’ Mejju 2022, Uzina Metalurgica Moldoveneasca vs Il‑Kummissjoni (T‑245/19, EU:T:2022:295, punti 66 u 69); tat‑18 ta’ Ottubru 2023, Zippo Manufacturing u Zippo vs Il‑Kummissjoni (T‑402/20, EU:T:2023:640, punti 26 u 28); u tal‑20 ta’ Ġunju 2024, Euranimi vs Il‑Kummissjoni (C‑252/23 P, EU:C:2024:538, punti 38 sa 40).
( 145 ) Ara l-punti 36, 43 sa 45, 57 u 78 ta’ dawn il-konklużjonijiet u l-ġurisprudenza ċċitata.