Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023CA0581

Kawża C-581/23, Beevers Kaas: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Mejju 2025 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ hof van beroep te Antwerpen – il-Belġju) – Beevers Kaas BV vs Albert Heijn België NV, Koninklijke Ahold Delhaize NV, Albert Heijn BV, Ahold België BV (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kompetizzjoni – Akkordji – Projbizzjoni – Akkordji vertikali – Artikolu 101(3) TFEU – Regolament (UE) Nru 330/2010 – Eżenzjoni ta’ kategorija – Artikolu 4(b)(i) – Restrizzjoni fundamentali li tneħħi l-benefiċċju ta’ din l-eżenzjoni – Eċċezzjoni – Konċessjonijiet esklużivi – Projbizzjoni ta’ bejgħ attiv fit-territorju esklużivament allokat – Kunċett ta’ ftehim – Prova ta’ rieda komuni bejn il-fornitur u x-xerrejja tiegħu – Prova – Territorju esklużivament allokat lil xerrej – Assenza ta’ bejgħ attiv minn xerrejja oħra f’dan it-territorju)

ĠU C, C/2025/3378, 30.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3378/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3378/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/3378

30.6.2025

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Mejju 2025 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ hof van beroep te Antwerpen – il-Belġju) – Beevers Kaas BV vs Albert Heijn België NV, Koninklijke Ahold Delhaize NV, Albert Heijn BV, Ahold België BV

(Kawża C-581/23, Beevers Kaas)  (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kompetizzjoni - Akkordji - Projbizzjoni - Akkordji vertikali - Artikolu 101(3) TFEU - Regolament (UE) Nru 330/2010 - Eżenzjoni ta’ kategorija - Artikolu 4(b)(i) - Restrizzjoni fundamentali li tneħħi l-benefiċċju ta’ din l-eżenzjoni - Eċċezzjoni - Konċessjonijiet esklużivi - Projbizzjoni ta’ bejgħ attiv fit-territorju esklużivament allokat - Kunċett ta’ “ftehim” - Prova ta’ rieda komuni bejn il-fornitur u x-xerrejja tiegħu - Prova - Territorju esklużivament allokat lil xerrej - Assenza ta’ bejgħ attiv minn xerrejja oħra f’dan it-territorju)

(C/2025/3378)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van beroep te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Beevers Kaas BV

Konvenuti: Albert Heijn België NV, Koninklijke Ahold Delhaize NV, Albert Heijn BV, Ahold België BV

fil-preżenza ta’: B. A. Coöperatieve Zuivelonderneming Cono

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 4(b)(i) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 330/2010 tal-20 ta’ April 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) [TFUE] għal kategoriji ta’ akkordji vertikali u prattiċi miftiehma,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

meta fornitur ikun alloka territorju esklużiv lil wieħed mix-xerrejja tiegħu, is-sempliċi konstatazzjoni li x-xerrejja l-oħra ta’ dan il-fornitur ma jwettqux bejgħ attiv f’dan it-territorju ma hijiex biżżejjed sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ ftehim bejn l-imsemmi fornitur u dawn ix-xerrejja l-oħra dwar il-projbizzjoni ta’ bejgħ attiv fl-imsemmi territorju, għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni.

2)

L-Artikolu 4(b)(i) tar-Regolament Nru 330/2010

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

il-benefiċċju tal-eċċezzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni jingħata għall-perijodu li għalih jintwera li teżisti aċċettazzjoni tax-xerrejja ta’ fornitur fuq stedina ta’ dan tal-aħħar li ma jwettqux bejgħ attiv fit-territorju esklużiv allokat lil xerrej ieħor.


(1)  ĠU C, C/2023/1435.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3378/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top