Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023CA0424

Kawża C-424/23, DYKA Plastics: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Jannar 2025 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-ondernemingsrechtbank Gent, afdeling Gent – il-Belġju) – DYKA Plastics NV vs Fluvius System Operator CV (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet – Direttiva 2014/24/UE – Artikolu 42 – Speċifikazzjonijiet tekniċi – Formulazzjoni – Natura limitattiva tal-lista li tinsab fl-Artikolu 42(3) – Sejħa għal offerti li teħtieġ it-twettiq ta’ xogħlijiet tad-drenaġġ b’katusi tal-ġebel u tal-konkrit – Esklużjoni tal-katusi tal-plastik – Artikolu 42(4) – Riferiment għal tip jew għal produzzjoni speċifika – Każijiet fejn riferiment għandu jkun akkumpanjat mill-kliem jew ekwivalenti)

ĠU C, C/2025/1396, 10.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1396/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1396/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/1396

10.3.2025

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Jannar 2025 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-ondernemingsrechtbank Gent, afdeling Gent – il-Belġju) – DYKA Plastics NV vs Fluvius System Operator CV

(Kawża C-424/23  (1) , DYKA Plastics)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Direttiva 2014/24/UE - Artikolu 42 - Speċifikazzjonijiet tekniċi - Formulazzjoni - Natura limitattiva tal-lista li tinsab fl-Artikolu 42(3) - Sejħa għal offerti li teħtieġ it-twettiq ta’ xogħlijiet tad-drenaġġ b’katusi tal-ġebel u tal-konkrit - Esklużjoni tal-katusi tal-plastik - Artikolu 42(4) - Riferiment għal tip jew għal produzzjoni speċifika - Każijiet fejn riferiment għandu jkun akkumpanjat mill-kliem “jew ekwivalenti”)

(C/2025/1396)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Ondernemingsrechtbank Gent, afdeling Gent

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: DYKA Plastics NV

Konvenut: Fluvius System Operator CV

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 42(3) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku [kuntratti pubbliċi] u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

l-elenkar, f’din id-dispożizzjoni, tal-metodi ta’ formulazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi huwa eżawrjenti, bla ħsara għar-regoli tekniċi nazzjonali obbligatorji li huma kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, u bla ħsara għall-Artikolu 42(4) ta’ din id-direttiva.

2)

L-Artikolu 42(4) tad-Direttiva 2014/24

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

l-awtoritajiet kontraenti ma jistgħux, mingħajr iż-żieda tal-kliem “jew ekwivalenti”, jippreċiżaw, fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta’ kuntratt pubbliku għal xogħlijiet, minn liema materjali għandhom jiġu kkostitwiti l-prodotti proposti mill-offerenti, sakemm l-użu ta’ materjal partikolari ma jirriżultax inevitabbilment mis-suġġett tal-kuntratt, peress li ebda alternattiva bbażata fuq soluzzjoni teknika differenti ma hija possibbli.

3)

L-Artikolu 42(2) tad-Direttiva 2014/24, moqri flimkien mal-Artikolu 18(1) ta’ din id-direttiva,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

l-obbligu li l-operaturi ekonomiċi jingħataw ugwaljanza fl-aċċess għall-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi u l-projbizzjoni li jinħolqu ostakoli mhux iġġustifikati għall-ftuħ tal-kuntratti pubbliċi għall-kompetizzjoni, stabbiliti f’din id-dispożizzjoni tal-aħħar, huma neċessarjament miksura meta awtorità kontraenti telimina, permezz ta’ speċifikazzjoni teknika li ma hijiex kompatibbli mar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 42(3) u (4) tal-imsemmija direttiva, ċerti impriżi jew ċerti prodotti.


(1)  ĠU C C/2023/1125.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1396/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top