This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62023CA0331
Case C-331/23, Dranken Van Eetvelde: Judgment of the Court (Ninth Chamber) of 12 December 2024 (request for a preliminary ruling from the rechtbank van eerste aanleg Oost-Vlaanderen, afdeling Gent – Belgium) – Dranken Van Eetvelde NV v Belgische Staat (Reference for a preliminary ruling – Taxation – Common system of value added tax (VAT) – Directive 2006/112/EC – Article 205 – Joint and several liability for tax debts owed by a third party – Conditions and scope of liability – Fight against VAT fraud – Joint and several liability for the payment of VAT which does not allow an assessment to be made on the basis of the contribution of each taxable person in the tax evasion – Principle of proportionality – Article 50 of the Charter of Fundamental Rights of the European Union – Principle non bis in idem – Criteria for application – Facts relating to different tax years against which administrative or criminal proceedings are brought – Continuing offence with unity of purpose – Facts not identical)
Kawża C-331/23, Dranken Van Eetvelde: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-rechtbank van eerste aanleg Oost-Vlaanderen, afdeling Gent – il-Belġju) – Dranken Van Eetvelde NV vs Belgische Staat (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 205 – Responsabbiltà in solidum għal djun fiskali ta’ terz – Kundizzjonijiet u portata tar-responsabbiltà – Ġlieda kontra l-frodi tal-VAT – Responsabbiltà in solidum għall-ħlas tal-VAT li ma tippermettix evalwazzjoni skont il-kontribuzzjoni ta’ kull persuna taxxabbli fl-evażjoni tat-taxxa – Prinċipju ta’ proporzjonalità – Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Prinċipju ta’ ne bis in idem – Kriterji ta’ applikazzjoni – Fatti relatati ma’ snin fiskali differenti mmexxija amministrattivament jew kriminalment – Ksur kontinwu bi skop kriminali uniku – Assenza ta’ identiċità tal-fatti)

ĠU C, C/2025/693, 10.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/693/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/693 |
10.2.2025 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-rechtbank van eerste aanleg Oost-Vlaanderen, afdeling Gent – il-Belġju) – Dranken Van Eetvelde NV vs Belgische Staat
(Kawża C-331/23 (1) , Dranken Van Eetvelde)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 205 - Responsabbiltà in solidum għal djun fiskali ta’ terz - Kundizzjonijiet u portata tar-responsabbiltà - Ġlieda kontra l-frodi tal-VAT - Responsabbiltà in solidum għall-ħlas tal-VAT li ma tippermettix evalwazzjoni skont il-kontribuzzjoni ta’ kull persuna taxxabbli fl-evażjoni tat-taxxa - Prinċipju ta’ proporzjonalità - Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Prinċipju ta’ ne bis in idem - Kriterji ta’ applikazzjoni - Fatti relatati ma’ snin fiskali differenti mmexxija amministrattivament jew kriminalment - Ksur kontinwu bi skop kriminali uniku - Assenza ta’ identiċità tal-fatti)
(C/2025/693)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank van eerste aanleg Oost-Vlaanderen, afdeling Gent
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Dranken Van Eetvelde NV
Konvenut: Belgische Staat
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 205 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, moqri fid-dawl tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, għandu jiġi interpretati fis-sens li: ma jipprekludix dispożizzjoni nazzjonali li, sabiex tiżgura l-ġbir tat-taxxa fuq il-valur miżjud, tipprevedi r-responsabbiltà in solidum mingħajr nuqqas ta’ persuna taxxabbli differenti minn dik li normalment tkun responsabbli għall-ħlas ta’ din it-taxxa mingħajr madankollu ma l-qorti kompetenti tkun tista’ teżerċita setgħa diskrezzjonali skont il-kontribuzzjoni tal-persuni differenti involuti fl-evażjoni tat-taxxa, sakemm din il-persuna taxxabbli jkollha l-possibbiltà li tistabbilixxi li hija ħadet kull miżura li tista’ raġonevolment tintalab minnha sabiex tiżgura ruħha li t-tranżazzjonijiet li hija wettqet ma kinux jagħmlu parti minn din l-evażjoni. |
|
2) |
L-Artikolu 205 tad-Direttiva 2006/112, moqri fid-dawl tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali, għandu jiġu interpretat fis-sens li: ma jipprekludix dispożizzjoni nazzjonali li timponi obbligu in solidum li titħallas it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) lil persuna taxxabbli differenti minn dik li normalment tkun responsabbli għall-ħlas ta’ din it-taxxa, mingħajr ma jittieħed inkunsiderazzjoni d-dritt ta’ din tal-aħħar għal tnaqqis tal-VAT dovuta jew imħallsa upstream. |
|
3) |
L-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti kumulu ta’ sanzjonijiet kriminali u ta’ sanzjonijiet amministrattivi ta’ natura kriminali, li jirriżultaw minn proċeduri differenti, għal fatti tal-istess natura li madankollu seħħew matul snin fiskali suċċessivi, li huma s-suġġett ta’ proċeduri amministrattivi ta’ natura kriminali għal sena fiskali oħra u għal proċeduri kriminali għal sena fiskali oħra. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/693/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)